HelpCenter FAQ
Għaliex għandna bżonn sistema ta’ mobbiltà sostenibbli?
It-trasport attwalment jirrappreżenta aktar minn kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE u din iċ-ċifra qed tkompli tiżdied hekk kif id-domanda tikber u setturi oħra jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. Il-mixja lejn mobbiltà aktar sostenibbli hija għalhekk importanti ħafna u tfisser li l-utenti jiġu l-ewwel u jiġu pprovduti b’alternattivi aktar affordabbli, aċċessibbli, aktar tajbin għas-saħħa u aktar nodfa.
Qed jitressqu diversi azzjonijiet importanti fil-livell tal-UE biex tingħata spinta lill-użu ta’ vetturi nodfa u fjuwils alternattivi, biex tiġi ffaċilitata bidla għal mezzi ta’ trasport aktar sostenibbli bħall-ferroviji u passaġġi fuq l-ilma interni, biex jiġi promoss it-trasport multimodali – l-għaqda ta’ diversi mezzi ta’ trasport matul vjaġġ – u ċ-ċikliżmu, il-mixi u t-trasport pubbliku f’żoni urbani. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta taqsima 16.4 dwar is-sistema ta’ mobbiltà tar-rapport dwar L-Ambjent Ewropew - L-Istat u l-Prospetti 2020.
Permalinks
- Permalink to this version
- 68f662897ea247d193ecd21f9fb84ba8
- Permalink to latest version
- SZ7NOD1UV8
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/ghaliex-ghandna-bzonn-sistema-ta2019 or scan the QR code.
PDF generated on 09 Jun 2023, 01:15 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn