li jmiss
preċedenti
punti
Il-klima, in-natura u n-nies: futur kondiviż għall-pjaneta tagħna

Ir-riskji qatt ma kienu ogħla. Il-pjaneta tagħna qed tisħon u titlef l-ispeċijiet b’rata allarmanti. Żewġ konferenzi globali matul dawn l-aħħar xahrejn ġabu nies mid-dinja kollha madwar suġġett komuni – il-klima u l-bijodiversità. L-isfidi fiż-żewġ oqsma huma s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. Minkejja l-kumplessità tan-negozjati, dawn huma kruċjali għas-sensibilizzazzjoni globali, għall-kunsens u għall-azzjoni urġenti.

Aqra iktar

Intervista — Il-prosumaturi u l-kriżi tal-enerġija: iċ-ċittadini jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Ewropa

X’inhuma “prosumaturi” tal-enerġija u xi rwol jista’ jkollhom biex l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa jingħata spinta? Aħna ltqajna mal-espert tal-EEA fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent, Javier Esparrago, biex nitkellmu dwar il-mod kif iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u n-negozji jistgħu jgħinu biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tal-enerġija billi jsiru prosumaturi li kemm jipproduċu kif ukoll jikkonsmaw l-enerġija rinnovabbli. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-EEA ppubblikat rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rwol tal-prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli u din il-prattika li dejjem qed tikber b’segwitu għal teknoloġija aħjar u irħas u l-politiki li jippromwovuha.

Aqra iktar

Is-solidarjetà hija kruċjali għall-irkupru mill-Covid-19 u għal futur aħjar u sostenibbli

L-2021 kienet ikkaratterizzata mill-Covid-19 u mill-impatti tat-tibdil fil-klima. Quddiem prezzijiet ogħla tal-enerġija u tħassib dwar is-saħħa, l-irkupru tal-Ewropa jeħtieġ deċiżjonijiet diffiċli fl-2022. L-azzjoni mdewma jew l-ambizzjonijiet aktar baxxi x’aktarx li jkollhom spejjeż soċjali u ekonomiċi ogħla fuq perjodu ta’ żmien twil. L-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali f’din it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà huwa ċ-ċavetta għal futur aħjar għalina lkoll.

Aqra iktar

Intejbu l-prestazzjoni ambjentali fl-organizzazzjonijiet

Minbarra li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-ambjent u l-klima tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qed taħdem biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha stess bħala organizzazzjoni. Intervistajna lil Melanie Sporer, li tikkoordina dawn l-isforzi fl-EEA, permezz tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE.

Aqra iktar

Nirriflettu fuq l-ambizzjonijiet dwar in-newtralità klimatika fl-Ewropa fiż-żminijiet ta’ Covid-19

Il-pajjiżi Ewropej qed jieħdu miżuri drastiċi biex jillimitaw l-impatti ta’ Covid-19 fuq is-saħħa tal-Ewropej u fuq l-ekonomija. Kriżi bħal din għandha t-tendenza li jkollha impatti immedjati u severi fuq popolazzjonijiet sħaħ u fuq l-ekonomija. Meta wieħed iqis il-potenzjal tagħha li taffettwa setturi ekonomiċi ewlenin, il-kriżi tal-coronavirus hija mistennija li tnaqqas xi wħud mill-impatti tal-attivitajiet ekonomiċi fuq l-ambjent u fuq il-klima. Madankollu, xokkijiet kbar u għall-għarrieda b’kost estremament għoli għas-soċjetà mhumiex il-mod kif l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tittrasforma l-ekonomija tagħha u tikseb newtralità klimatika sal-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima li ġiet proposta reċentament jappellaw minflok li jkun hemm tnaqqis irreversibbli u gradwali fl-emissjonijiet, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, u jiġu appoġġati dawk affettwati.

Aqra iktar

Nagħmlu s-sostenibbiltà realtà: politiki Ewropej ġodda joffru opportunità unika

Ursula von der Leyen, President elett tal-Kummissjoni Ewropea, stabbilixxiet il-prijoritajiet politiċi tat-tim tagħha għall-ħames snin li ġejjin. Patt Ekoloġiku Ewropew, li jiddeskrivi azzjoni aktar ambizzjuża dwar il-kriżijiet tal-klima u tal-bijodiversità, jinsab fil-qalba tal-aġenda tagħha. Il-politiki Ewropej ilhom jindirizzaw id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima b’xi ftit suċċess u b'xi nuqqasijiet. Bl-appoġġ ta’ sejħiet mill-pubbliku dejjem jikbru għal azzjoni, dan it-terminu ta’ politika ġdida — bil-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament il-ġodda — jipprovdi opportunità unika biex tiżdied u titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u ġusta għall-Ewropa.

Aqra iktar

EEA: 25 sena ta’ għarfien dejjem jikber għall-appoġġ tal-politiki ambjentali Ewropej

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha waħda mill-għadd ta’ miri klimatiċi u ambjentali l-iktar ambizzjużi fid-dinja, li jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika mill-kwalità tal-arja, l-iskart u l-kwalità tal-ilma sa l-enerġija u t-trasport. Abbażi ta’ data rrappurtata mill-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tgħin biex ikun hemm monitoraġġ tal-progress u tidentifika l-oqsma fejn hemm bżonn ta’ aktar ħidma. Mit-twaqqif tagħha 25 sena ilu, l-EEA ilha tiżviluppa d-data u x-xogħol tal-għarfien tagħha biex tappoġġa t-tfassil tal-politika fl-Ewropa.

Aqra iktar

Vetturi elettriċi: għażla intelliġenti għall-ambjent

Il-vetturi elettriċi, huma aħjar mill-karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diżil għall-klima u għall-kwalità tal-arja tagħna? Aħna poġġejna flimkien ma’ Andreas Unterstaller, espert tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) dwar it-trasport u l-ambjent biex niddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-vetturi elettriċi, li huwa l-għan ċentrali tar-rapport ġdid tal-EEA.

Aqra iktar

Fehim u azzjoni dwar il-kumplessità tat-tibdil fil-klima

Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima, għandna bżonn innaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Dan ifisser li biex nittraduċu dan l-għan ġenerali f’miżuri konkreti jirrikjedi fehim tas-sistema kumplessa li tgħaqqad emissjonijiet minn sorsi differenti mal-impatti nazzjonali u reġjonali, mal-governanza dinjija u mal-kobenefiċċji potenzjali. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex tkompli ttejjeb l-għarfien meħtieġ għat-tfassil fil-konkret ta’ miżuri effettivi.

Aqra iktar

Lenti fuq l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u mit-trasport marittimu

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) reċentement ippubblikat ir-rapport annwali tagħha dwar il-Mekkaniżmu ta’ Rappurtar dwar it-Trasport u l-Ambjent (TERM) li, din is-sena, iffoka fuq l-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Dawn iż-żewġ setturi qed jikbru b’pass mgħaġġel, xi ħaġa li qed tħalli wkoll impatt fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-emissjonijiet. Staqsejna lil Anke Lükewille, esperta tal-EEA dwar it-tniġġis tal-arja, sabiex tispjega l-punti ewlenin tar-rapport TERM ta’ din is-sena.

Aqra iktar

Finanzjament tal-klima: riżorsi għal Ewropa b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima

Il-klima tagħna qed tinbidel. Jeħtieġ li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex nillimitaw ir-rata tat-tibdil fil-klima, u fl-istess ħin, nieħdu miżuri li jgħinuna nippreparaw għal impatti kurrenti u futuri. Dawn iż-żewġ linji ta’ azzjoni jeħtieġu direzzjoni ġdida ta’ l-investimenti li qatt ma kien hawn bħalha qabel. Dan ġie rikonoxxut mill-konferenzi dwar il-klima f’Pariġi u reċentement f’Marrakesh. Is-settur finanzjarju jista’ u ser ikollu rwol strumentali fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ta’ l-Ewropa lejn soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

Aqra iktar

Vetturi elettriċi: nimxu lejn sistema ta' mobilità sostenibbli

Is-soċjetà moderna tiddependi fuq il-moviment ta' prodotti u nies, iżda s-sistemi tagħna ta' trasport attwali għandhom impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Aħna tkellimna ma' Magdalena Jóźwicka, maniġer tal-proġetti ta' rapport li jmiss dwar vetturi elettriċi, dwar il-vantaġġi u l-isfidi ambjentali ta’ l-użu ta’ l-elettriku bħala alternattiva għall-fjuwils konvenzjonali għall-vetturi.

Aqra iktar

Lil hinn minn Pariġi: l-implimentazzjoni ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju

F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.

Aqra iktar

Il-ġestjoni sostenibbli hija l-qofol għal foresti b'saħħithom fl-Ewropa

Il-foresti fl-Ewropa jipprovduna b'servizzi essenzjali: arja nadifa, ilma nadif, ħażna tal-karbonju naturali, injam, ikel u prodotti oħra. Huma l-kenn ta' ħafna speċi u ħabitats. Tkellimna dwar l-isfidi li jaffaċċjaw il-foresti ta’ l-Ewropa ma' Annemarie Bastrup-Birk, esperta tal-foresti u l-ambjent fl-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ambjent.

Aqra iktar

Mhix kwistjoni ta’ arja sħuna biss - Id‑diplomazija globali u t‑tfittxija għal suċċessur tal‑Protokoll ta’ Kyoto

Kull xitwa il‑gradi tal‑famużi Ġonna ta’ Tivoli ta’ Kopenħagen, park ta’ divertiment dinji antik fil‑qalba tal‑belt, jinfetħu sabiex jimmarkaw uffiċjalment il‑bidu tal‑perjodu mtawwal tal‑Milied. Madankollu, f’Diċembru li ġej, huwa probabbli li d‑dwal iteptpu ta' Tivoli sejrin jiġu misbuqa mill‑COP 15 — l‑aktar laqgħa globali importanti dwar il‑bidla fil‑klima li qatt saret — hekk kif eluf ta’ diplomatiċi, politiċi, negozjanti, ambjentalisti u esperti dwar il‑klima minn madwar id‑dinja jinġabru fil‑kapitali Daniża.

Aqra iktar

Jekk il‑bijoenerġija tiżdied f’daqqa – Il‑bidla miż‑żejt għall‑bijoenerġija mhijiex mingħajr riskji

Il‑bijoenerġija mhijiex ġdida. Għal eluf ta’ snin, in‑nies kienu jaħarqu l‑injam. Ir‑rivoluzzjoni industrijali f’nofs is‑snin tal‑1800 ġabet fuq quddiem dawk li huma magħrufin bħala 'fjuwils fossili', prinċipalment il‑faħam u ż‑żejt. Madankollu, il‑fjuwils fossili qegħdin kull ma jmur isiru iktar diffiċli biex jinstabu u jiġu estratti, iqumu aktar flus, u suġġetti għal diskussjoni politika mqanqla.

Aqra iktar

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet