li jmiss
preċedenti
punti

Dwarna

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 28 Sep 2020
1 min read
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea, li għandha l-kompitu li tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent. L-EEA għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli billi tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent ta’ l-Ewropa, permezz ta’ l-għoti ta’ informazzjoni fʼwaqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.

In-netwerk Ewropew ta' informazzjoni u osservazzjoni ta’ l-ambjent (Eionet) huwa netwerk taʼ sħubija tal-EEA u tal-pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni tagħha. Permezz tal-Eionet, l-EEA tiġbor flimkien informazzjoni ambjentali minn pajjiżi individwali, filwaqt li tikkonċentra fuq it-twassil taʼ data fʼwaqtha, validata fuq livell nazzjonali u taʼ kwalità tajba.

Dan it-tagħrif huwa disponibbli bʼmod wiesaʼ permezz tas-sit web ta’ l-EEA u jifforma l-bażi taʼ valutazzjonijiet ambjentali kemm tematiċi kif ukoll integrati. Din l-informazzjoni sservi biex tappoġġa l-proċessi taʼ ġestjoni ambjentali, it-tfassil taʼ politika u l-valutazzjoni ambjentali, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini.

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Tags

Filed under:
Filed under: corporate
Dokument ta’ Azzjonijiet