European Environment Agency
X’hemm ġdid
Filtered by
Minkejja titjib bil-mod, it-tniġġis tal-arja għadu jaqbeż il-limiti u l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea u tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, skont id-data aġġornata u l-informazzjoni ppubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). It-tniġġis tal-arja huwa ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Ħafna nies għadhom jassoċjaw il-merkurju mat-termometri u ħafna jafu wkoll li huwa tossiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu, il-merkurju qed jinqata’ minn prodotti fl-Ewropa iżda ħafna minnu għadu jiċċirkola fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fl-ekosistemi. Il-merkurju għadu problema u x'qed isir dwaru? Aħna intervistajna lil Ian Marnane, espert tal-EEA dwar l-użu tar-riżorsi sostenibbli u l-industrija.
Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima, għandna bżonn innaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Dan ifisser li biex nittraduċu dan l-għan ġenerali f’miżuri konkreti jirrikjedi fehim tas-sistema kumplessa li tgħaqqad emissjonijiet minn sorsi differenti mal-impatti nazzjonali u reġjonali, mal-governanza dinjija u mal-kobenefiċċji potenzjali. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex tkompli ttejjeb l-għarfien meħtieġ għat-tfassil fil-konkret ta’ miżuri effettivi.
Aħbar tajba għat-turisti: kwalità eċċellenti tal-ilma fil-biċċa l-kbira tas-siti għall-għawm tal-Ewropa
News 29 May 2018Minkejja tnaqqis żgħir fir-riżultati, 85% tas-siti għall-għawm madwar l-Ewropa mmonitorjati fl-2017 laħqu l-ogħla u l-aktar standards stretti ta’ kwalità “eċċellenti” għall-ilmijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom ħielsa minn sustanzi li jniġġsu, skont l-aħħar rapport annwali Ewropew dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm ippubblikat illum. Ir-riżultati jagħtu indikazzjoni tajba ta’ fejn it-turisti jistgħu jsibu l-aħjar ilma għall-għawm ta’ kwalità dan is-sajf.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha l-għan li tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli billi tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa, permezz tal-għoti f’waqtu ta’ informazzjoni mmirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
Artikolu muri
Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex ...