All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Fl-Ewropa, il-preokkupazzjonijiet ewlenin ta' saħħa relatati mal-ambjent huma relatati mat-tniġġis tal-arja fuq barra u fuq ġewwa, il-kwalità fqira tal-ilma, il-livell baxx ta' sanità u l-kimiċi perikolużi. L-impatti ta' saħħa relatati jinkludu mard respiratorju u kardjovaskulari, il-kanċer, l-ażma u l-allerġija, kif ukoll disturbi riproduttivi u fl-iżvilupp newroloġiku.
Il-materja tal-partiċella fina u l-ożonu fil-livell tal-art huma t-theddid ewlieni għas-saħħa umana mit- tniġġis tal-arja. Il-programm tal-UE dwar Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE) ħareġ stima ta' total ta' 348 000 mewt prematura kull sena minħabba l-espożizzjoni għall-partiċelli fini (PM2.5). F'dan il-livell ta' espożizzjoni, it-tul ta' ħajja medja titnaqqas b'madwar sena.
Il- Green Paper tal-UE dwar l-espożizzjoni għall-istorbju tiddikkjara li madwar 20 % tal-popolazzjoni tal-UE ssofri minn livelli ta' storbju li l-esperti tas-saħħa jqisu bħala inaċċettabbli, jiġifieri li jistgħu jwasslu għal fastidju, interruzzjoni fl-irqad u effetti negattivi fuq is-saħħa.
It-trasport, espeċjalment f'żoni urbani, huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin għall-espożizzjoni tal-bniedem għat-tniġġis tal-arja u l-istorbju.
Ħafna inqas hu magħruf dwar l-impatti tal-kimiċi fuq is-saħħa. Hemm tħassib li qed jiber dwar l-effetti tal-espożizzjoni għal taħlitiet ta' kimiċi f'livell baxx u għal perijodi twal f'ħajjitna, b'mod partikolari waqt il-bidu tat-tfulija u fit-tqala.
Kimiċi persistenti b'effetti fit-tul, bħall-polychlorinated biphenyls (PCBs) u l-chlorofluorocarbons CFCs, u dawk użati fi strutturi li jdumu għal ħafna żmien - per eżempju materjal tal-kostruzzjoni - jistgħu jippreżentaw riskji anke wara li l-produzzjoni tagħhom tkun waqfet b'mod gradwali.
Ħafna sustanzi li jniġġsu magħrufa li jaffettwaw is-saħħa umana, gradwalment qed jiġu taħt kontroll regolatorju. Madankollu, hemm kwistjinijiet emerġenti li t-toroq ambjentali għalihom u l-effetti għas-saħħa għadhom mhux mifhuma sew. l-eżempji huma l-oqsma elettromanjetiċi (EMF), il-farmaċewtiċi fl-ambjent u xi mard li jittieħed (li l-firxa tagħhom tista' tkun affettwata mill-bidla fil-klima). L-iżvilupp ta' 'sistemi ta' twissija kmieni' għandhom jiġu mħeġġa sabiex jitnaqqas il-ħin bejn l-iskoperta ta' periklu potenzjali u l-azzjoni jew l-intervent politiku.
Is-saħħa tal-bniedem dejjem kienet mhedda mill-perikli naturali bħall-maltempati, għargħar, nirien, valangi u nixfiet. Il-konsegwenzi ta' dawn qed jiħżienu minħabba n-nuqqas ta' preparazzjoni u minħabba l-azzjonijiet umani bħad-deforestazzjoni, il-bidla fil-klima u t-telf ta' biodiversità.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/human/about-environment-and-health or scan the QR code.
PDF generated on 28 Mar 2024, 11:19 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn