li jmiss
preċedenti
punti

Dwar l-ambjent urban

Page Mibdul l-aħħar 22 Feb 2017
This page was archived on 22 Feb 2017 with reason: Other (No more updates will be done. Content about the urban environment can now be found under the topic "Sustainability transitions")
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-bniedem, aktar nies qed jgħixu fi bliet żgħar jew kbar milli f'żoni rurali. L-Ewropa hija waħda mill-aktar kontinenti urbanizzati. Bejn wieħed u ieħor 75 % tal-popolazzjoni tagħha tgħix f'żoni urbani; sal-2020, din se tkun 80 %. Bħala riżultat, id-domanda għall-art fl-ibliet u l-madwar qed issir aktar akuta; il-firxa urbana qed tagħti sura ġdida lill-pajżaġġi u qed taffettwa l-kwalità ta' ħajja tan-nies u l-ambjent bħal qatt qabel. L-ippjanar u l-maniġment urban telgħu 'l fuq fl-aġenda politika, bit-trasport u d-djar ikunu l-isfidi kruċjali.

L-iżvilupp urban għandu dimensjoni Ewropea qawwija. L-ibliet jinteraġixxu u jinfluwenzaw l-art ta' madwarhom, u għalhekk jaffettwaw l-ambjent ta' żona ħafna aktar wiesa'. L-iżvilupp tagħhom huwa wkoll mmexxi minn fatturi esterni bħall-bidla demografika, il-bżonn ta' mobilità, il-globalizzazzjoni u l-bidla fil-klima. It-tnaqqis fid-daqs tal-familji u l-popolazzjoni li qed tixjieħ mistennija li jżidu l-pressjonijiet ambjentali fid-deċennji li ġejjin. Aktar żvilupp ta' informazzjoni, servizzi ta' komunikazzjoni u t-teknoloġija jġibu bidliet kwalitattivi importanti ġodda għas-sistemi urbani.

L-ibliet u jaġixxu bħala magni għall-progress, ħafna drabi jmexxu ħafna mill-kisbiet u l-innovazzjonijiet kulturali, intellettwali u teknoloġiċi tagħna. Madankollu, ix-xejra tal-lum ta' approċċi ġodda b'densità baxxa għall-iżvilupp urban tirriżulta f'żieda fil-konsum tal-enerġija, ir-riżorsi, it-trasport u l-art, u b'hekk jogħlew l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra,it-tniġġis ta' l-arja u l-istorbju għal livelli li spiss jaqbżu l-limiti legali jew rakkomandati għas-saħħa tal-bniedem.

Il-konsum globali, l-użu tal-enerġija, l-użu tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-iskart jimxu id f'id ma' numru dejjem akbar ta' djar urbani. Ir- rapport tal-EEA dwar il-firxa urbana juri li aktar minn kwart tat-territorju tal-Unjoni Ewropea kien affettwat direttament mill-użu tal-art urbana: bejn l-1990 u l-2000, erja ħames darbiet akbar minn dik ta' Londra bis-subborgi tagħha kienet mogħtija għall-firxa urbana. Primarjament din ġrat fuq art li qabel kienet agrikola, bir-riżultat ta' telf importanti ta' servizzi tal-ekosistema, bħall-produzzjoni tal-ikel, il-protezzjoni mill-għargħar u d-diversità bijoloġika.

Il- kunċett tal-marka ekoloġika jindika x'erja ta' art jew ilma jeħtieġ individwu, belt jew pajjiż sabiex jiġu prodotti r-riżorsi li jiġu kkunsmati u sabiex jiġi assorbit l-iskart li jinħoloq. Il-marka ekoloġika ta' Londra bis-subborgi tagħha, pereżempju, hija 293 darba daqs l-erja tagħha, daqs ir-Renju Unit għal darbtejn.

It-tniġġis tal-arja fl-Ewropa bejn l-1990-2004 wera li minkejja t-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-konċentrazzjonijiet tal-partiċelli fini u l-ożonu fuq l-art għadhom qed jikkaqżaw problemi f'diversi bliet u żoni tal-madwar. Il-materja ta' partiċelli fini, issa hija rikonoxxuta bħala t-theddida ewlenija għal saħħet il-bniedem mit- tniġġis tal-arja. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li madwar 100 000 mewta fis-sena tista' tkun minħabba t-tniġġis ambjentali tal-arja fil-ibliet fl-Ewropa, li tnaqqas l-aspettattiva tal-ħajja b'medja ta' sena.

Kawża ewlenija ta' tniġġis tal-arja u l-problemi tal-istorbju hija ż-żieda fit-traffiku motorizzat li jwassal ukoll għal tnaqqis fid-disponibilità ta' spazji ħodor u kwieti fiċ-ċentri tal-ibliet. Dan iġiegħel lin-nies joħorġu 'l barra mill-belt u jmorru fis-subborgi u fl-intern tal-pajjiż. Iż-żoni urbani ġodda b'densità baxxa, iwasslu għal aktar użu ta' trasport individwali li jaggrava l-problemi eżistenti.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet