Kuntest politiku
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Kważi kull politika tal-Komunità Ewropea taffettwa l-użu u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali. Fost l-aktar importanti hemm il-politika komuni dwar l-agrikoltura, il-politika komuni dwar is-sajd, il-politika dwar l-iżvilupp reġjonali, u l-politiki dwar it-trasport u l-enerġija. Numru ta' strateġiji ambjentali traversi jindirizzaw l-użu u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi inkluż l- Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, is- 6 programm ta' azzjoni ambjentali, u l-istrateġiji tematiċi tal-2005 dwar il- prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart u dwar l- użu sostenibbli tar-riżorsi naturali.
Id-dibattitu politiku li għaddej bħalissa juri l-ħtieġa għall-integrazzjoni aħjar tal-kunsiderazzjonijiet dwar l-ambjent u dawk relatati mar-riżorsi, f'oqsma settorali u f'oqsma politiċi oħra. Ftit mill-mistoqsijiet pendenti jduru madwar kif issir stima tal-impatti ambjentali tal-użu ta' riżorsi, liema oqsma ta' prijorità jew riżorsi speċifiċi għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-intervent politiku, u kif jiġu stabbiliti l-miri u jitkejjel il-progress fl-użu u l-immaniġġjar sostenibbli ta' riżorsi.
Waqt li l-kisbiet fl-effiċjenza teknika ħafna drabi huma kkanċellati b'aktar konsum mifrux, huwa improbabbli li l-użu ta' riżorsi u l-ġenerazzjoni tal-iskart jista' jitnaqqas biss bit-titjib teknoloġiku. Is-sostenibilità tal-mudellli tal-istili ta' ħajja u l- konsum preżenti jistgħu jkollhom jiġu riveduti b'mod kritiku u t-teknoloġija trid tkun magħquda ma' strumenti politiċi oħra
Filwaqt li l-politiki tal-UE dwar ir-riżorsi għadhom qed jevolvu, il-politiki dwar l-iskart kemm fl-UE u fl-Istati Membri individwali kienu progressivament implimentati sa mis-snin 70. Il-politika preżenti tal-UE dwar l-iskart hija bbażata fuq il-'ġerarkija tal-iskart'. L-ewwel timmira lejn il-prevenzjoni tal-iskart, imbagħad lejn it-tnaqqis tar-rimi tal-iskart billi jerġa' jintuża, ir-riċiklaġġau operazzjonijiet oħra ta' rkuprar tal-iskart. Din il-ġerarkija probabbli li tissaħħaħ bid- Direttiva Qafas dwar l-Iskart emendata li bħalissa qed tiġi riveduta, u bl- istrateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart.
L-attivitajiet ewlenin tat-trattament tal-iskart huma regolati mid- Direttiva dwar il-Landfills, id- Direttiva dwar il-Ħruq tal-Iskart u d- Direttiva IPPC. Għal skart speċjali bħal skart li ġej mill-ippakkjar, minn vetturi li waslu fl-aħħar u minn apparat elettriku u elettroniku mormi, il-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart ġie ttrasformat, pereżempju bl-introduzzjoni ta' miri konkreti għar-riċiklaġġ.
Approċċ ta' ċiklu tal-ħajja fit-tfassil tal-politika jassigura li l-impatti jkunu vvalutati mill-benniena sal-qabar, u li l-impatti ambjentali mhumiex sempliċement moħbija billi jiġi mċaqilqa għal pajjiżi differenti jew għal stadji differenti tal-produzzjoni jew konsum.
Aktar informazzjoni:
- Websajts tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżorsi naturali u dwar l-iskart
- Pànel Internazzjonali għall-Immaniġġjar Sostenibbli tar-Riżorsi
- Websajt ta' JRC/IPTS dwar l-identifikar ta' prodotti bl-akbar potenzjal għal titjib ambjentali
- Xogħol tal-OECD dwar il-produttività tar-riżorsi u l-flussi ta' materjal
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn