Attivitajiet tal-EEA
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ix-xogħol tal-EEA dwar l-iskart u r-riżorsi materjali jinkludi:
- valutazzjonijiet perjodiċi u rapporti dwar il-flussi ta' skart u materjal bħar-reviżjoni pan-Ewropea 'L-Ambjent fl-Ewropa - Ir-raba' valutazzjoni ';
- deskrizzjonijiet reġjonali qosra dwar l-implimentazzjoni tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, u dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart u l-użu ta' riżorsi b'mod partikolari;
- appoġġ għal prijoritajiet politiċi speċifiċi, inkluż użu u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali u s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill- użu ta' riżorsi u l-iskart;
- appoġġ lill-pajjiżi membri fir- rappurtaġġ tal-iskart (inkluż id-Direttiva dwar l-Iskart mill-Ippakkjar) u l-kontabilità tal-fluss ta' materjal;
- studji dwar l-effikaċja tal-politika, eż. l-immaniġġjar tal-iskart mill-ippakkjar, is-sistema tat-trattament tal-ilma urban mormi, id-devjazzjoni tal-iskart mil-landfills, l-użu ta' strumenti ekonomiċi fl-immaniġġjar tar-riżorsi; ara wkoll L-istrumenti politiċi.
- xogħol fuq it-trasport transkonfinali bil-baħar tal-iskart fl-Ewropa u l-effetti ambjentali tas-'soċjetà li tirriċikla';
- studji dwar il-prospetti u x-xenarji futuri, bħal dwar l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-impatti ambjentali tagħha;
- indikaturi dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali u l-ġenerazzjoni u r-riċiklaġġ ta' skart mill-ippakkjar;
- karti bil-fatti tal-pajjiżi dwar l-immaniġġjar tal-iskart fl-Istati Membri tal-UE;
- inventarju tal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart, ċentri ta' għarfien u installazzjonijiet fl- Atlas Ewropew dwar it-Teknoloġija Ambjentali.
Il-grupp tal-EEA dawr il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli jmexxi x-xogħol tal-EEA dwar l-iskart u r-riżorsi materjali. L-attivitajiet huma implimentati permezz ta' kooperazzjoni maċ-Ċentru Tematiku Ewropew tal-EEA dwar l-Immaniġġjar tar-Riżorsi u l-Iskart (ETC/SCP) u b'kollaborazzjoni man-netwerk tal-pajjiżi tal-EEA (Eionet). L-Eurostat qed tiġbor dejta dwar l-iskart, u mill-2008 hija se tospita ċ-ċentri ta' dejta ambjentali dwar ir-riżorsi, il-prodotti u l-iskart.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn