Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ħela ta’ ikel
Jun 05, 2012Madwar terz tal-ikel prodott madwar id-dinja jintilef jew jinħela. Meta aktar minn biljun ruħ fid-dinja jmorru jorqdu bil-ġuħ, huwa impossibbli li wieħed ma jistaqsix x’jista’ jsir. Iżda l-ħela tal-ikel mhijiex biss opportunità mitlufa biex jintemgħu dawk bil-ġuħ. Tirrappreżenta anki telf sostanzjali ta’ riżorsi oħra bħall-art, l-ilma, l-enerġija — u x-xogħol.
Minn minjiera għal skart, u lil hinn
Jun 05, 2012Kważi kulma nikkonsmaw u nipproduċu jħalli impatt fuq l-ambjent tagħna. Meta niffaċċjaw għażliet ta’ kuljum biex nixtru ċerti prodotti jew servizzi, rari naħsbu dwar l-‘impronta’ li dawn iħallu fuq l-ambjent. Il-prezzijiet fuq l-ixkaffa tagħhom ftit li xejn jirriflettu l-ispejjeż veri tagħhom. Iżda hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu biex il-konsum u l-produzzjoni tagħna jsiru aktar ekoloġiċi.
L-iskart fil-Groenlandja
Jun 05, 2012Minn ibliet densament popolati sa villaġġi remoti, kull fejn ngħixu niġġeneraw l-iskart. Ikel żejjed, skart elettroniku, batteriji, karti, fliexken tal-plastik, ħwejjeġ, għamara antika — dawn kollha jridu jintremew. Uħud jispiċċaw jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati; oħrajn jinħarqu għall-enerġija jew jintbagħtu f’miżbliet. Ma hemmx mod wieħed kif jiġi ġestit l-iskart, li jkun japplika għall-iskart kollu kullimkien. Il-mod kif nagħmlu dan irid jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi lokali. Wara kollox, l-iskart jibda bħala problema lokali. Minħabba l-popolazzjoni sparsa, id-distanzi twal bejn il-villaġġi u n-nuqqas ta’ infrastrutturi tagħha, il-gvern tal-Groenlandja jindirizza l-problema tal-iskart tal-pajjiż bil-mod li ġej.
Skart mingħajr fruntieri: Zhang Guofu, 35, jaqla’ EUR 700 fix‑xahar, paga enormi għal min jgħix fil‑provinċja Ċiniża, billi jifred iż‑żibel li jinkludi boroż tax‑xirjiet minn katina tas‑supermarkets Brittanika u DVDs bil‑lingwa Ingliża. Il‑verità hi li skart mitfugħ f’barmil taż‑żibel f’Londra, jista’ faċilment isib ruħu sa 5 000 mil ’il bogħod f’fabbrika tar‑riċiklaġġ fid‑delta tax‑Xmara tal‑Perli fiċ‑Ċina.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn