Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Ambjent Urban / Ambjent Urban

Ambjent Urban

Biddel il-lingwa
L-Ewropa hija Unjoni ta’ bliet u rħula; madwar 75% mill-popolazzjoni tal-UE għażlet li tgħix f’żoni urbani. Iżda l-impatti tal-urbanizzazzjoni jmorru lil hinn mill-konfini tal-ibliet. L-Ewropej adottaw stili ta’ ħajja urbani u jużaw faċilitajiet tal-ibliet bħal servizzi kulturali, edukattivi jew tas-saħħa. Filwaqt li l-ibliet huma l-magna tal-ekonomija tal-Ewropa u l-ħallieqa tal-ġid Ewropew, dawn jiddependu b’mod qawwi fuq ir-riżorsi tar-reġjuni li ma jagħmlux parti mill-Ewropa biex jissodisfaw id-domanda tagħhom għal riżorsi bħall-enerġija, l-ilma, l-ikel u biex jakkomodaw l-iskart u l-emissjonijiet.

L-urbanizzazzjoni fl-Ewropa hija fenomenu kontinwu, kemm f’termini ta’ espansjoni tal-art urbana u ta’ żieda fis-sehem tal-popolazzjoni. Filwaqt li t-tkabbir jieħu ħafna forom differenti madwar l-Ewropa, il-qasma bejn l-urban u r-rurali qiegħda tispiċċa. Illum il-ġurnata, l-ispazju periurban qiegħed jikber b’pass ħafna aktar mgħaġġel minn dak li qegħdin jikbru bih il-ibliet ewlenin tradizzjonali. Il-(PLUREL) ġie stabbilit biex jiżviluppa strateġiji ġodda u għodod ta’ pjanar u tbassir li huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet fl-użu sostenibbli tal-art rurali u urbana.

L-isfidi ambjentali u l-opportunitajiet ta’ urbanizzazzjoni huma marbuta mill-viċin ma’ xulxin. Ħafna mill-ibliet jitħabtu biex ilaħħqu mal-problemi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jirriżultaw minn pressjonijiet bħal popolazzjonijiet eċċessivi jew tnaqqis fil-popolazzjoni, inġustizzja soċjali, tniġġis jew traffiku. Min-naħa l-oħra, il-prossimità tan-nies, in-negozji u s-servizzi tipprovdi opportunitajiet biex tinbena Ewropa aktar effiċjenti fir-riżorsi. Diġà, id-densità tal-popolazzjoni fl-ibliet tfisser vjaġġi iqsar lejn ix-xogħol u s-servizzi, u aktar mixi, ċikliżmu jew użu tat-trasport pubbliku, filwaqt li l-appartamenti fid-djar jew il-blokki b’ħafna familji jeħtieġu inqas tisħin u inqas spazju għal kull persuna. B’riżultat ta’ dan, l-abitanti urbani bħala medja jikkunsmaw inqas enerġija u art għal kull persuna milli jagħmlu r-residenti rurali.

Is-sejba tal-bilanċ bejn id-densità u l-kumpattezza fuq naħa waħda u l-kwalità tal-ħajja f’ambjent urban b’saħħtu min-naħa l-oħra huma l-isfidi ewlenin għaż-żoni urbani Ewropej.

Politiki tal-UE

L-ibliet huma importanti għall-Ewropa kollha. Il-politika tal-UE għandha tippermetti lill-ibliet u lill-irħula jamministraw iż-żoni tagħhom b’mod sostenibbli. L-ibliet sostenibbli huma bażi importanti għall-kisba tal-effiċjenza fir-riżorsi tal-Ewropa - mira importanti tal-Istrateġija Ewropa 2020

L-integrazzjoni tal-politiki bejn il-livell Ewropej u dak lokali, u l-forom ġodda ta’ governanza huma essenzjali biex l-urbanizzazzjoni tiġi sfruttata bl-aħjar mod. Inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea bħall-Premju Ewropew għall-Kapitali Ambjentali jew il-Patt tas-Sindki, li fihom l-ibliet jikkooperaw b’mod volontarju mal-UE, jindikaw din id-direzzjoni l-ġdida fil-politika. Dawn jimplimentaw l-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban u jikkumplimentaw il-politiki tal-UE li huma mmirati direttament lejn l-ibliet, bħad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja, l-istorbju ambjentali u l-ilma urban mormi, jew indirettament, bħad-Direttiva dwar l-Għargħar

Dawn il-politiki jiffurmaw l-hekk imsejħa ‘Aġenda Urbana’ tal-Ewropa, li tinkludi wkoll il-politiki urbani tal-UE f’oqsma oħra, bħall-Karta ta' Leipzig dwar l-ibliet Ewropej Sostenibbli, id-dimensjoni urbana fil-Politika ta’ Koeżjoni jew il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana.

Attivitajiet tal-EEA

L-EEA tivvaluta b’mod regolari l-ambjent urban fl-Ewropa - it-tendenzi fit-teħid, il-konsum u l-kwalità ambjentali tal-art - bħall-valutazzjoni tematika tal-Ambjent Urban tal-Istat tar-Rapport Ambjentali għall-2010. L-għan tal-EEA huwa li l-ambjent urban jitqiegħed fil-kuntest usa’ ta’ forniment tal-Kwalità tal-ħajja fl-ibliet u l-irħula Ewropej, li jgħaqqad id-dimensjoni soċjoekonomika u kulturali.

L-EEA tipproduċi jew iżżomm settijiet tad-dejta urbana mifruxa fl-Ewropa bħall-Atlas Urban, Bażi tal-Arja u Osservazzjoni tal-Istorbju u Servizz ta’ Informazzjoni għall-Ewropa (NOISE). Dawn huma elenkati flimkien ma’ settijiet ta’ dejta urbana minn organizzazzjonijiet Ewropej fil-pjattaforma web tal-Monitoraġġ Urban Integrat fl-Ewropa (IUME), fejn l-EEA tikkoopera ma’ partijiet interessati Ewropej oħra biex ittejjeb il-bażi tad-dejta urbana.

Prospettivi

Bħalissa, fil-valutazzjonijiet tagħha, l-EEA tinkludi valutazzjoni ta’ komponenti urbani uniċi bħall-użu tal-art urbana jew il-kwalità tal-arja sa kunċett aktar komprensiv - il-metaboliżmu urban. Dan il-kunċett jippermetti d-deskrizzjoni tal-funzjonalitajiet taż-żoni urbani u valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-mudelli urbani u l-proċessi ta’ urbanizzazzjoni kontinwi. Dawn il-valutazzjonijiet huma kruċjali għal dawk li jfasslu l-politika li għandhom l-għan li jagħmlu użu sostanzjali tal-potenzjal ta’ effiċjenza fir-riżorsi taż-żoni urbani għall-Ewropa.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33105 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100