All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Skont id- dejta tal-Corine land cover l-EEA żviluppat sett ta' unitajiet analitiċi - Żoni Morfoloġiċi Urbani (UMZ). Id-deta turi l-estensjoni tat-teħid tal-art urbana fl-Ewropa, fejn issir il-firxa u kif inhi ffurmata. Flimkien ma' dejta oħra dwar il-Corine land cover fuq il-bidliet tal-użu tal-art, iż-żoni ħodor u s-siti ta' Natura 2000, tista' tkun analizzata l-influwenza tal-ibliet fuq it-tipi ta' art naturali u tipi oħrajn, kif ukoll il-kwalità ta' ħajja u d-densitajiet tal-popolazzjoni.
Qed tkun żviluppata għodda sabiex id-dejta tal-EEA dwar l-ispazju tiġi integrata ma' dejta urbana oħra soċjo-ekonomika u funzjonali bħad- database ta' awditjar Urban (Eurostat u DG REGIO) u n- Netwerk tal-Osservatorju Ewropew għall-Ippjanar tal-Ispazju (ESPON).
Wara d-Direttiva Qafas dwar il-Kwalità tal-Arja, l-EEA qed tiġbor dejta dwar il-kwalità tal-arja tal-madwar fl-agglomerazzjonijiet Ewropej (madwar 1 700 belt) fl- AirBase.
Id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali titlob lill-Istati Membri sabiex jibagħtu dejta dwar l-espożizzjoni għall-istorbju fl-agglomerazzjonijiet prinċipali. Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet database tal-informazzjoni rrappurtata, sostnuta mir-reviżjonijiet tal-EEA.
Id-dejta dwar it-trattament tal-ilma urban mormi huma disponibbli fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Ilma għall-Ewropa (WISE).
Ir-Rappport tal-EEA Il-Firxa Urbana fl-Ewropa - L-isfida injorata jagħti l-ewwel ħarsa komprensiva lejn il-problema tal-firxa urbana, janalizza l-impatti u l-fatturi ewlenin, bħal-linji politiċi tat-trasport u l-ipprezzar. Meta d-dejta soċjo-ekonomika u funzjonali tkun aktar integrata, ikun possibbli li dawn ir-relazzjonijiet jiġu esplorati f'aktar dettall.
Il-valutazzjonijiet urbani huma inklużi wkoll fil-valutazzjonijiet regolari tal-EEA dwar it-tniġġiż tal-arja, ir-rapporti tagħha dwar l-istat u l-prospetti, eż. ir- rapport tal-2005 dwar l-Istat u l-prospetti , u rapporti oħra ta' natura traversa.
L-EEA, flimkien man-netwerks ewlenin tal-ibliet il-kbar Ewropej u l-partijiet interessati, qed tesplora wkoll l-inter-relazzjonijiet bejn it-tfassil tal-politika urbana u Ewropea taħt l-isfidi preżenti u futuri bħall-bidla fil-klima, il-mudelli ta' konsum li qed jinbidlu u l-bidliet demografiċi.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/urban/eea-activities or scan the QR code.
PDF generated on 19 Mar 2024, 02:55 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn