All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-iżvilupp urban għandu dimensjoni Ewropea qawwija. L-ibliet jinteraġixxu u jinfluwenzaw l-art ta' madwarhom, u għalhekk jaffettwaw l-ambjent ta' żona ħafna aktar wiesa'. L-iżvilupp tagħhom huwa wkoll mmexxi minn fatturi esterni bħall-bidla demografika, il-bżonn ta' mobilità, il-globalizzazzjoni u l-bidla fil-klima. It-tnaqqis fid-daqs tal-familji u l-popolazzjoni li qed tixjieħ mistennija li jżidu l-pressjonijiet ambjentali fid-deċennji li ġejjin. Aktar żvilupp ta' informazzjoni, servizzi ta' komunikazzjoni u t-teknoloġija jġibu bidliet kwalitattivi importanti ġodda għas-sistemi urbani.
L-ibliet u jaġixxu bħala magni għall-progress, ħafna drabi jmexxu ħafna mill-kisbiet u l-innovazzjonijiet kulturali, intellettwali u teknoloġiċi tagħna. Madankollu, ix-xejra tal-lum ta' approċċi ġodda b'densità baxxa għall-iżvilupp urban tirriżulta f'żieda fil-konsum tal-enerġija, ir-riżorsi, it-trasport u l-art, u b'hekk jogħlew l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra,it-tniġġis ta' l-arja u l-istorbju għal livelli li spiss jaqbżu l-limiti legali jew rakkomandati għas-saħħa tal-bniedem.
Il-konsum globali, l-użu tal-enerġija, l-użu tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-iskart jimxu id f'id ma' numru dejjem akbar ta' djar urbani. Ir- rapport tal-EEA dwar il-firxa urbana juri li aktar minn kwart tat-territorju tal-Unjoni Ewropea kien affettwat direttament mill-użu tal-art urbana: bejn l-1990 u l-2000, erja ħames darbiet akbar minn dik ta' Londra bis-subborgi tagħha kienet mogħtija għall-firxa urbana. Primarjament din ġrat fuq art li qabel kienet agrikola, bir-riżultat ta' telf importanti ta' servizzi tal-ekosistema, bħall-produzzjoni tal-ikel, il-protezzjoni mill-għargħar u d-diversità bijoloġika.
Il- kunċett tal-marka ekoloġika jindika x'erja ta' art jew ilma jeħtieġ individwu, belt jew pajjiż sabiex jiġu prodotti r-riżorsi li jiġu kkunsmati u sabiex jiġi assorbit l-iskart li jinħoloq. Il-marka ekoloġika ta' Londra bis-subborgi tagħha, pereżempju, hija 293 darba daqs l-erja tagħha, daqs ir-Renju Unit għal darbtejn.
It-tniġġis tal-arja fl-Ewropa bejn l-1990-2004 wera li minkejja t-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-konċentrazzjonijiet tal-partiċelli fini u l-ożonu fuq l-art għadhom qed jikkaqżaw problemi f'diversi bliet u żoni tal-madwar. Il-materja ta' partiċelli fini, issa hija rikonoxxuta bħala t-theddida ewlenija għal saħħet il-bniedem mit- tniġġis tal-arja. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li madwar 100 000 mewta fis-sena tista' tkun minħabba t-tniġġis ambjentali tal-arja fil-ibliet fl-Ewropa, li tnaqqas l-aspettattiva tal-ħajja b'medja ta' sena.
Kawża ewlenija ta' tniġġis tal-arja u l-problemi tal-istorbju hija ż-żieda fit-traffiku motorizzat li jwassal ukoll għal tnaqqis fid-disponibilità ta' spazji ħodor u kwieti fiċ-ċentri tal-ibliet. Dan iġiegħel lin-nies joħorġu 'l barra mill-belt u jmorru fis-subborgi u fl-intern tal-pajjiż. Iż-żoni urbani ġodda b'densità baxxa, iwasslu għal aktar użu ta' trasport individwali li jaggrava l-problemi eżistenti.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/urban/about-the-urban-environment or scan the QR code.
PDF generated on 19 Mar 2024, 08:31 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn