Kuntest politiku
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
L-ETAP jikkumplimenta l-approċċi regolatorji tal-Kummissjoni Ewropea u jindirizza direttament it-tliet dimensjonijiet tal- Istrateġija ta' Liżbona: it-tkabbir, ix-xogħol u l-ambjent. Ibbażati fuq l-ETAP, l-Istati Membri żviluppaw Roadmaps Nazzjonali, li jiddeskrivu l-pjanijiet, l-azzjonijiet u l-kisbiet rilevanti għat-teknoloġiji ambjentali u l-eko-innovazzjonijiet.
Ir-riċerka u l-iżvilupp huwa element importanti tal-Istrateġija ta' Liżbona, li għandha l-għan 'li tagħmel l-Ewropa l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja'. Is-Seba' Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea (FP7) għar-Riċerka (2007-2013) huwa wkoll mistenni li jkollu rwol importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' Liżbona. Numru ta' Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej se jkomplu jmexxu l-FP7 lejn il-bżonnijiet tal-industrija. Dawn jindirizzaw temi teknoloġiċi bħall-enerġija mir-riħ, iċ-ċelloli tal-fjuwil idroġenu, il-fotovoltajċi u l-impjanti tal-enerġija bil-karburanti fossili bla emissjoni. Pjattaformi bħal dawn ikollhom influwenza kbira fuq il-kapaċità innovattiva tal-Ewropa biex tittrasforma l-għarfien u l-innovazzjoni f'valur ekonomiku miżjud u f'sostenibilità ambjentali.
Il-vjaġġ tal-Ewropa lejn emissjonijiet-żero kien telaq b'numru ta' miri: tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2020 (imqabbla mal-livelli tal-1990); 20 % ta' enerġija li trid tiġi minn sorsi li jiġġeddu sal-2020; u 10 % ta' fjuwil tat-trasport tat-triq li jrid jiġi minn bijofjuwils. Dawn il-miri ħolqu potenzjal konsiderevoli għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija u għat-trasformazzjoni ta' reġimi ta' enerġija li ilhom għaxar snin. Is-seklu 21 se jara rikonfigurazzjoni tal-grilji tal-enerġija b'teknoloġiji ġodda għall-ħolqien ta' enerġija li tiġġedded, iżgħar u aktar imferrxin u li joperaw f'aktar livelli lokali, anke fid-djar individwali.
It-teknoloġiji waħedhom ma jistgħux isolvu l-problemi ambjentali tal-Ewropa. Hemm bżonn ta' taħlita ta' approċċi, minn miżuri leġiżlattivi għal azzjonijiet volontarji, sabiex jinkisbu vantaġġi ekonomiċi ċari u ambjentali. Regolamenti bħad-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) taw prova li huma mod effettiv ta' kif tinkoraġġixxi lill-industrija u n-negozji fl-Ewropa sabiex inaqqsu l-iskart u jadottaw ir-riċiklaġġ billi jippromwovu l-użu ta' teknoloġija nadifa. Bl-istess mod, l-approċċi volontarji bħall-iskema ta' eko-maniġment u awditjar (EMAS) ġabu titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali għal eluf ta' industriji u organizzazzjonijiet fl-Ewropa.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn