li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 07 May 2021
This page was archived on 01 Sep 2016 with reason: No more updates will be done
L-EEA tappoġġja l-pjan ta' azzjoni tat-teknoloġija ambjentali (ETAP) billi tipprovdi skambju tal-għarfien u l-informazzjoni fuq teknoloġiji 'soft' u 'hard'. Inventarju tas-sussidji ta' dannu għall-ambjent jipprovdi bażi għal aktar analiżi sabiex jappoġġja l-formulazzjoni ta' proposti konkreti dwar kif tespandi d-domanda u l-użu ta' teknoloġiji ambjentali. Għaddej xogħol fuq l-iżvilupp ta' statistika u indikaturi dwar it-teknoloġija u l-eko-innovazzjoni. Dawn l-indikaturi għandhom ikejlu l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-ETAP.

L-EEA hija involuta f'dawn l-attivitjiet segwenti, li jappoġġjaw it-teknolokġiji ambjentali:

  • Bħala appoġġ għall-ETAP, l-EEA ġabret informazzjoni dwar l-ostakli li jfixklu l-użu aktar wiesa' tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, bħas-sussidji ta' dannu għall-ambjent. Dan irriżulta fil-produzzjoni ta' inventarju ta' sussidji u regoli, parzjalment ibbażat fuq is-sejbiet tal-OECD.
  • L-EEA tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp tal-għarfien dwar teknoloġiji 'soft', prinċiparjament tinkludi informazzjoni dwar metodi, sistemi u l-aħjar prattiċi sabiex il-kwistjonijiet ambjentali fl-organizzazzjonijiet jiġu ttrattati aktar sistematikament, per eżempju l-iskema tal-eko-maniġment u l-awditjar (EMAS).
  • Il- portal dwar it-teknoloġiji Ambjentali jipprovdi informazzjoni dwar teknoloġiji 'hard', bħall-apparat fiżiku, strumenti u magni li jagħmlu diversi funzjonijiet ta' produzzjoni jew trasformazzjoni.  
  • L- atlas tat-teknoloġija Ambjentali għandu l-għan li jassisti lill-kumpaniji privati kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-korpi pubbliċi li għandhom bżonn isibu sorsi ta' teknoloġija ambjentali ġdida madwar l-Ewropa, u juri l-pożizzjoni ta' u l-informazzjoni dwar kumpaniji, ċentri ta' għarfien u installazzjonijiet teknoloġiċi ewlenin. L-Atlas jikkontribwixxi wkoll għall-Azzjoni 4 tal-ETAP li tikkonċerna l-iżvilupp ta' direttorji u databases eżistenti dwar it-teknoloġiji abjentali.
  • L-iżvilupp ta' indikaturi biex janalizzaw it-tkabbir tal-eko-innovazzjoni u l-evoluzzjoni tar-risposti tat-teknoloġiji ambjentali huwa kontinwu.

 

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet