Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / It-teknoloġija ambjentali / Dwar it-teknoloġija ambjentali

Dwar it-teknoloġija ambjentali

Waqt li l-prezz taż-żejt ikompli jogħla u ż-żieda fid-dijossidu tal-karbonju tkompli tħalli effett fuq il-klima tad-dinja u l-ekosistemi, it-tnedija ta' teknoloġiji ambjentali ssir indispensabbli sabiex niżviluppaw l-ekonomiji tagħna aktar sostenibbli.

It-teknoloġiji ambjentali jipprovdu soluzzjonijiet sabiex jitnaqqsu l-inputs tal-materjal, inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet, jirkupraw prodotti sekondarji ta' valur u jimminimizzaw il-problema ta' rimi ta' skart. Dawn ikabbru l-eko-effiċjenza, jew fi kliem ieħor, 'jagħmlu aktar b'inqas', jappoġġjaw l-applikazzjoni ta' sistemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u jagħmlu l-proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa.

Fl-Ewropa hemm opportunitajiet kbar biex isir użu aħjar tal-aħħar teknoloġiji fl-użu tal-enerġija, it-trasport u l-materjal. Il-kumpaniji Ewropej huma partikolarment b'saħħithom fil-ħolqien ta' enerġija li tiġġedded, u fl-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ, fejn għandhom sehem mis-suq globali ta' 40 % u 50 % rispettivament.

It-teknoloġiji ambjentali jintużaw ukoll sabiex tinġabar informazzjoni dwar l-ambjent - monitoraġġ u ġbir ta' dejta sabiex tiġi identifikata l-preżenza ta' sustanzi li jniġġsu, bidliet fil-wiċċ tal-art, jew biex jiġu identifikati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem permezz tal-bijomonitoraġġ.

It-teknoloġiji ambjentali għandhom il-potenzjal li fid-deċennju li jmiss jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra b' 25-80 %, għat-tnaqqiis tal-ożonu b' 50 % u għall-aċidifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni sa 50 %. Għall-industrija tal-ilma, l-isfida hija li tiżviluppa teknoloġiji ġodda u b'infiq effettiv li jikkunsidraw l-esternalitajiet ambjentali u l-aspetti tal-enerġija. Tkabbir sinifikinati fit-teknoloġija u l-espansjoni tas-suq huma wkoll mistennija għal soluzzjonijiet ta' skart li jinbidel f'enerġija fuq skala żgħira u l-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija fuq skala żgħira ibbażati fuq il-bijomassa.

Sabiex jiġi realizzat il-potenzjal tat-teknoloġiji ambjentali, hemm bżonn li tinħoloq aktar aċċettazzjoni tas-suq. In-nuqqas ta' għarfien dwar il-prezzijiet reali biex jinkisbu, jintużaw u jintremew il-materjal u l-enerġija xorta għadu ostaklu sinifikanti għall-implimentazzjoni aktar wiesgħa ta' ħafna eko-innovazzjonijiet.

Il-konsumaturi u l-investituri jridu jkunu jafu preċiż l-effikaċja u l-benefiċċji ambjentali tat-teknoloġiji differenti sabiex ikunu jistgħu jixtru u jiffinanzjaw b'kunfidenza prodotti li spiss ikunu ġodda għas-suq. Sabiex isostnu dan, dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa bħalissa qed jiddiskutu kif għandhom isiru il-verifiki ta' dawn it-teknoloġiji.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33005 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100