All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Il-governanza ambjentali tibbenefika minn xibka densa ta' ftehimiet u istituzzjonijiet internazzjonali. L-aktar oqfsa ta' politika ambjentali prominenti fit-tul huma il- Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni dwar il-Biodiversità u l-Miri tal-Iżvilupp għall-Millennju. L-objettivi fuq medda ta' żmien medju jew twil li fuqhom huma bbażati diversi konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali, per eżempju l-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu u l-Protokoll ta' Montreal tagħha dwar is-Sustanzi li jagħmlu ħsara lis-Saff tal-Ożonu u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPs).
L- Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDS) tistabbilixxi pjan sabiex titratta b'mod konsistenti seba' sfidi b'terminu nofsani jew twil ta' żvilupp sostenibbli, bħall-bidla fil-klima, l-eneġija nadifa u t-trasport sostenibbli u l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Numru ta' direttivi Ewropej espliċitament isegwu objettivi fit-tul, speċjalment fil-qasam tal-politika dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija. Żviluppi simili jistgħu jiġu osservati fl-Istati Membri tal-UE - ħafna għandhom programmi istituzzjonalizzati li jipprevedu l-bżonnijiet futuri fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.
L-ippjanar fit-tul huwa anqas avvanzat fix-Xlokk tal-Ewropa u l-pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa, l-Kawkasu u l-Ażja Ċentrali, fejn l-attenzjoni hija aktar fuq ir-riforma tal-linji politiċi, liġijiet u regolamenti ambjentali u fuq it-tisħiħ tal-konformità. Madankollu, jinsabu għaddejjin inizjattivi, sabiex jgħinu biex jiġu evitati kunflitti madwar ir-riżorsi naturali skarsi kif ukoll biex jappoġġjaw l-użu sostenibbli globali tar-riżorsi naturali (ara l-eżempji oprovduti fil- ħarsa ġenerali tal-istudji li jħarsu 'l quddiem).
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/scenarios/scenarios-and-forward-studies-policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 28 Mar 2024, 08:30 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn