Xenarji ambjentali
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Problemi bħall-bidla fil-klima, it-telf tal-biodiversità u l-użu tar-riżorsi naturali għandhom implikazzjonijiet fit-tul li jirrikjedu soluzzjonijiet politiċi fit-tul. Sabiex nagħmlu deċiżjonijiet strateġiċi informati, irridu nippruvaw nantiċipaw x'hemm lest għall-futur u li nadottaw żviluppi emerġenti u eżistenti. Jekk irridu nindirizzaw b'mod serju s-sostenibilità tal-Ewropa, irridu nħarsu lil hinn minn żewġ ċikli leġiżlattivi u aktar. Madankollu, biex inħarsu 'l bogħod irridu moħħ miftuħ: l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Ewropa, biż-żmien jistgħu jinbidlu b'mod sinifikanti. Ix-xenarji ambjentali, il-prospetti u tipi oħra ta' studji li jħarsu 'l quddiem jgħinuna nindirizzaw id-diskontinwità u l-inċertezzi tal-iżviluppi futuri u biex niddisinnjaw politiki robusti li jistgħu jifilħu l-prova taż-żmien. More
It-tibdil fi-klima qiegħed jaffettwa r-reġjuni kollha fl-Ewropa, u jikkawża firxa wiesgħa ta’ impatti fuq is-soċjetà u fuq l-ambjent. Huma mistennija aktar impatti fil-ġejjieni, li ser jikkawżaw potenzjalment spejjeż kbar ta’ ħsara, skont l-aħħar valutazzjoni ppubblikata llum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.