li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 22 Apr 2016
This page was archived on 19 Nov 2015 with reason: Content is outdated
L-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-politika għandha rwol importanti fit-tfassil u t-titjib tal-linji politiċi. Il-valutazzjoni tal-effetti tal-istrumenti ambjentali tal-UE, u jekk miżuri speċifiċi attwalment kinux effettivi sabiex iwasslu r-riżultati mistennija, huwa kompitu essenzjali. Irridu nistaqsu mistoqsijiet diffiċli bħal: il-politiki ambjentali qed jaħdmu fil-prattika, huma effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom? Jekk le, kif jistgħu jiġu mtejba? Dawn huma l-mistoqsijiet li l-EEA tindirizza fix-xogħol tagħha dwar l-effikaċja tal-politika u tal-istrumenti ibbażati fuq is-suq. Preżentement, qed tingħata attenzjoni partikolari għall-potenzjal tar-riforma tat-taxxa ambjentali.

Ir-rapport tal-2001 Rappurtaġġ fuq miżuri ambjentali: Aħna effettivi? jistabbilixxi il-qafas metodoloġiku għall-evalwazzjonijiet ex-post tal-EEA dwar l-effikaċja tal-linji politiċi. L-approċċ kien pilotat fl-evalwazzjonijiet bħal dawk tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma mormi, tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ u tad-Direttiva dwar il-Landfills. L-istudji dwar l-effikaċja tal-istrumenti bbażati fuq is-suq għall-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi u dwar l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni huma kontinwi.

Sa mill-1996, l-EEA regolarment irrappurtat dwar l-esperjenzi ta' strumenti bbażati fuq is-suq (MBIs). Dan jinkludi l-esplorazzjoni tal-potenzjal ta' riforma tat-taxxa ambjentali, mhux għax-xogħol biss, iżda wkoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività u, b'mod partikolari, biex tiġi stimulata  l-'eko-innovazzjoni'. Dan jinkludi studju kontinwu Ir-Riforma tat-Taxxa Ambjentali fl-Ewropa, fil-kuntest tal-popolazzjoni fl-Ewropa li qed tixjieħ: l-implikazzjoni għall-eko-innovazzjoni u għad-distribuzzjoni f'kull dar.

Flimkien mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), l-EEA tmexxi d- database tal-istrumenti ekonomiċi għall-politika ambjentali tal-OECD/EEA . Din tkopri l-informazzjoni dwar taxxi relatati mal-ambjent u l-ispejjeż/ħlasijiet, l-iskemi ta' rimbors tad-depożitu, il-permessi negozjabbli, is-sussidji u l-ftehimiet volontarji. L-EEA hija wkoll responsabbli għall-ġbir ta' informazzjoni għall-15-il pajjiż tal-EEA li mhumiex pajjiżi tal-OECD.

Sabiex tappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju, bħalissa qed titħejja t-tieni edizzjoni tal-volum 'Nitgħallmu tard minn twissijiet bikrija'. Dan jinkludi studji skond il-każ minn esperti dwar il-perikli milll-attivitajiet ekonomiċi tal-bniedem.

L-EEA tospita wkoll is-Segretarjat għan-netwerk tal-Kapijiet tal- Aġenziji Ewropej għall-Protezzjoni tal-Ambjent.

It-taxxi huma l-indikatur ta' soċjetà ċivilizzata, qal Roosevelt. Ir-Riforma tat-Taxxa Ambjentali hija l-indikatur ta' soċjetà sostenibbli?

Jacqueline McGlade, konferenza Globali dwar it-tassazzjoni ambjentali, 2007

Permalinks

Topics

Dokument ta’ Azzjonijiet