Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / L-istorbju / Attivitajiet tal-EEA

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Ix-xogħol tal-EEA huwa relatat l-aktar mad-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali. Hija tappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fl-immaniġġjar tad-dejta dwar l-istorbju kif ukoll fil-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni għall-istorbju.

Taħt id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali, iridu jiġu rrappurtati diversi flussi ta' dejta. L-EEA assistiet lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' proposta għal mekkaniżmu ta' rappurtaġġ elettroniku fil-bidu tal-2007, armonizzata mas-sistema ta' rappurtaġġ tal-EEA. L-informazzjoni rappurtata s'issa mill-Istati Membri kienet riveduta mill-EEA u tinsab disponibbli fuq is-sit CIRCA tal-Kummissjoni .

Fl-2001, l-EEA ippubblikat l- ewwel stima tan-numru ta' nies esposti għall-istorbju tat-traffiku. Dan l-indikatur kien żviluppat taħt il-mekkaniżmu ta' rappurtaġġ tat-trasport u l-ambjent tal-EEA (TERM).

Il-valutazzjoni tal-espożizzjoni għall-istorbju li jmiss se tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri sa l-aħħar tal-2007 skont id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali. Din se tkun l-ewwel darba li l-pajjiżi jirrappurtaw espożizzjoni għal ċerti livelli ta' storbju. Skont id-Direttiva, l-Kummissjoni trid tistabbilixxi database tal-informazzjoni rappurtata. L-EEA qed tappoġġja din il-ħidma.

L-EEA tmexxi l-grupp ta' ħidma tal-UE dwar l-evalwazzjoni tal-espożizzjoni għall-istorbju (WG AEN), li żviluppa gwida fuq l-immappjar tal-istorbju skont id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali. L-EEA taħdem mill-qrib maċ- Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Użu tal-Art u l-Informazzjoni dwar l-Ispazju u man-netwerk tal-pajjiżi tal-EEA (Eionet).

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100