Kuntest politiku
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Fl-1999, Il-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP) wasslet għal orjentazzjonijiet fil-politika Ewropea għall-bilanċ u l-koeżjoni territorjali, għal kompetittività mtejba, għal aċċess għas-swieq u l-għarfien, kif ukoll għal immaniġġjar aktar għaqli tar-riżorsi naturali u kulturali. Aktar reċenti, l-iżvilupp tal-ispazju integrat ġie indirizzat mill- Aġenda Territorjali tal-UE li għandha l-għan li timmobilizza l-potenzjal tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u għal aktar xogħol.
Id-deċiżjonijiet fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-użu tal-art, ġeneralment huma magħmula fil-livell lokali jew reġjonali. Madankollu, l- Kummissjoni Ewropea għandha sehem x'tagħti sabiex tassigura li l-Istati Membri jikkunsidraw it-tħassib ambjentali fil-pjanijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-użu tal-art. Il-miri huma:
- li tanalizza l- impatt ambjentali tal-iżviluppi proposti;
- li ttejjeb il- fluss tal-informazzjoni ġeografika dwar il-kwistjonijiet tal-użu tal-art;
- li tiżviluppa u timplimenta l- istrateġija Ewropea għall-iżvilupp urban;
- li ttejjeb l-ippjanar, l-immaniġġjar u l-użu taż- żoni kostali tal-Ewropa.
L-ekonomiji Ewropej jiddependu fuq ir-riżorsi naturali, inklużi il-materja prima u l-ispazju (riżorsi tal-art). L- istrateġija tematika tal-UE dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tinkludi l-ispazju bħala riżors. Din tapplika għal żoni ta' art u spazji marittimi li huma bżonnjużi għal skopijiet ta' produzzjoni (eż. minerali, injam, ikel) u għal diversi attivitajiet soċjo-ekonomiċi. Ħafna drabi, dawn l-interessi jkunu qed jikkompetu għall-istess riżorsa territorjali.
Sforzi sabiex jiġu mmodifikati l-prattiċi tal-użu tal-art sabiex jitnaqqas it-tniġġiż 'non-point' tal-arja u l-ilma jinkludu l-immaniġġjar integrat tal-baċir tax-xmara u, b'mod partikolari, d- Direttiva dwar in-Nitrati. L-għargħar ikkawżat mill-bini ta' uċuħ li ma jgħaddix ilma minnhom (eż. bini u toroq) u pprovokat minn każijiet ta' temp estrem huwa indirizzat b' Direttiva Ewropea ġdida dwar l-Għargħar. In-natura traversa tal-użu tal-art hija wkoll enfasizzata mill- linji politiċi tal-UE dwar l-iżvilupp rurali u l-linji politiċi reġjonali.
Il-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC jippromwovi fost l-oħrajn prattiċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu u ta' l-ossidu nitriku (nitrous oxide) mill-art agrikola. Il-linji politiċi tal-UE dwar l-adattament għall-bidla fil-klima huma direttament relevanti għall-prattiċi tal-użu tal-art preżenti u futuri u għas-setturi ekonomiċi li jiddependu fuq dan.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn