Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Industrija / Industrija

Industrija

Biddel il-lingwa
Il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija Ewropea tjiebet matul dawn l-aħħar deċenni. Saru xi tibdiliet minħabba għadd ta’ raġunijiet: regolamentazzjoni ambjentali aktar stretta, titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, xejra ġenerali għall-industrija Ewropea biex titbiegħed minn ċerti tipi ta’ manifattura peżanti u li jniġġsu aktar, u l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji fl-iskemi volontarji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom. Minkejja dan it-titjib, illum l-industrija għadha responsabbli għal piż sinifikanti fuq l-ambjent tagħna f’termini ta’ tniġġis u skart iġġenerat mis-settur.

Is-setturi tal-industrija tal-Ewropa jipprovdu ħafna benefiċċji ekonomiċi u soċjali importanti: dawn jipproduċu oġġetti u prodotti, u jiġġeneraw l-impjiegi u d-dħul mit-taxxa. Madankollu, l-akbar installazzjonijiet industrijali tal-Ewropa jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali ta’ sustanzi li jniġġsu u gassijiet b’effett ta’ serra (GHGs) ewlenin, kif ukoll ta’ impatti ambjentali importanti oħra, inkluż ir-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ilma u l-ħamrija, il-ġenerazzjoni tal-iskart u l-użu tal-enerġija.

Politiki tal-UE

Fi ħdan l-UE, l-industrija kienet soġġetta għal regolamentazzjoni għal ħafna snin. Diversi politiki tal-UE jillimitaw l-impatti negattivi tal-attivitajiet industrijali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jħeġġu l-adozzjoni ta’ prattiki sostenibbli. Fl-2010, l-UE laħqet ftehim fuq id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED). Din tiddefinixxi l-obbligi tal-faċilitajiet industrijali l-kbar biex tevita jew timminimizza l-emmissjonijiet li jniġġsu fl-atmosfera, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll l-iskart mill-installazzjonijiet industrijali u agrikoli. Għal dan il-għan, l-operaturi ta’ madwar 52 000 installazzjoni industrijali huma meħtieġa li jiksbu permess integrat mill-awtoritajiet fl-Istati Membri tal-UE.

Ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Sustanzi li Jniġġsu (E-PRTR) huwa l-aktar reġistru komprensiv fil-livell Ewropew fir-rigward tat-tniġġis mill-attivitajiet industrijali ewlenin. Jinkludi informazzjoni annwali fuq madwar 29 000 faċilità industrijali madwar l-Ewropa, li tirrigwarda l-ammonti ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja, l-ilma u l-art kif ukoll it-trasferimenti mis-sit tal-iskart u ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ilma mormi.

Is-Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) hija s-sies tal-politika tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-għodda ewlenija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG industrijali b’infiq effettiv. Tkopri madwar 11 000 impjant tal-enerġija u impant industrijali fi 30 pajjiż.

Inizjattivi tal-industrija

Ġew introdotti wkoll kriterji ta’ sostenibbiltà biex jikkontribwixxu fit-tnaqqis tal-impatti tal-industrija fuq l-ambjent. Eżempji ta’ dawn l-inizjattivi tal-industrija huma l-adozzjoni mifruxa ta’ prattiki ta’ ġestjoni ambjentali permezz tal-Ekoġestjoni u Skema ta’ Verifika Ewropea (EMAS) u l-ISO14001, u l-inizjattivi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva bħall-inizjattiva ta’ Trattament Responsabbli tal-industrija kimika, l-Inizjattivi Globali ta’ Sostenibbiltà elettronika (GeSI), u l-politika tal-Kunsill Internazzjonali għall-Minjieri u l-Amministrazzjoni tal-Materjali tal-Metalli.

Attivitajiet tal-EEA

Ix-xogħol ġenerali tal-EEA fl-industrija jinkludi firxa ta’ attivitajiet relatati mal-valutazzjoni u d-dejta li jkopru d-dejta industrijali: Impjanti Kbar ta’ Kombustjoni (LCPs), l-E-PRTR u l-EU ETS. Matul l-2012, ix-xogħol tal-EEA sejjer jiġi estiż biex jinkludi l-koordinazzjoni tar-rapportar tad-dejta mill-pajjiżi għas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu u l-gassijiet fluworinati.

Prospettivi

Skont l-istrateġija Ewropa 2020, tnejn mis-seba’ inizjattivi ewlenin huma ta’ importanza speċjali għall-industrija: 'Ewropa effiċjenti fir-riżorsi' u 'Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni'. L-ewwel waħda tinvolvi diżakkoppjar tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi, il-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-użu tal-enerġija. It-tieni waħda tiffoka fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju - b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs), filwaqt li tappoġġa l-iżvilupp ta’ bażi industrijali b’saħħitha u sostenibbli. F’dan il-kuntest, f’Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat politika ġdida dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva.

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u dwar Politika Industrijali Sostenibbli (SCP/SIP) tal-2008 jinkludi wkoll serje ta’ proposti biex tiġi mħeġġa d-domanda għal oġġetti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aktar sostenibbli. Ifittex ukoll li jinkoraġġixxi lill-industrija tal-UE biex tisfrutta l-opportunitajiet ta’ innovazzjoni, pereżempju permezz ta’ politika ta’ prodotti sostenibbli u ekoinnovazzjoni.

Fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea sejra tikkonċentra fuq implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni, u b’mod partikolari l-IED. Din sejra tinkludi l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-aħjar konklużjonijiet tekniċi disponibbli (BAT) li fihom il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet (ELVs) assoċjati mal-BATs, it-twaqqif ta’ pjanijiet ta’ spezzjoni ambjentali għall-installazzjonijiet relatati, u l-implimentazzjoni tal-ELVs fid-Direttiva, b’mod partikolari dawk għal-LCPs, li huma aktar stretti minn dawk tad-Direttiva LCP.

Fl-2012, il-Kummissjoni sejra tirrevedi l-Pjan ta’ Azzjoni SCP/SIP u tikkunsidra l-possibbiltà li jkun hemm xi estensjonijiet għad-Direttiva dwar l-Ekodisinn. It-tnedija ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-ekoinnovazzjoni biex tiġi żgurata l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ambjentali ewlenin hija prevista fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Links relatati

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33075 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100