Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Ambjent u saħħa / Kuntest politiku

Kuntest politiku

Biddel il-lingwa
Ir-risposti politiċi għall-kwistjonijiet ta' saħħa relatati mal-ambjent fl-Ewropa fil-livell internazzjonali, reġjonali u nazzjonali qed jitjiebu. Il-pjanijiet ta' azzjoni internazzjonali reċenti ħafna drabi jiffokaw fuq it-tfal. Madankollu, għal ħafna perikli ta' saħħa, l-azzjonijiet jaqgħu lura sew wara l-politiki.

Ir-reġjun pan-Ewropew

Waqt ir-Raba' Konferenza Ministerjali dwar l-Ambjent u s-Saħħa fl-2004, l- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) adottat il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ewropa dwar l-Ambjent u s-Saħħa tat-Tfal (CEHAPE). Il-WHO reġgħet affermat ukoll il-ħtieġa għal sistema ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa ibbażata fuq l-indikaturi, u fformulat rakkomandazzjonijiet dwar ir-reazzjoni tas-saħħa pubblika għal każijiet ta' temp estrem u l-konsegwenzi tal-bidla tal-klima fuq is-saħħa.

Fl-2007, ir-reviżjoni intergovernattiva ta' nofs it-terminu tal-WHO (IMR) evalwat il-progress fl-implimentazzjoni tal-obbligi tar-Raba' Konferenza Ministerjali. L-ewwel riżultati tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa (EHIS) kienu ppreżentati u ffurmaw il-bażi għal valutazzjoni tal-istat preżenti tas-saħħa u l-ambjent tat-tfal fl-Ewropa.

Fil-pajjiżi tar-reġjun tal- Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda għall-Ewropa  (UNECE), l-adozzjoni tal-Protokoll dwar l-Ilma u s-Saħħa tal-Konvenzjoni tal-1992 dwar il-Protezzjoni u l-Użu tal-Kanali tal-Ilma Transkonfinali u x-Xmajjar Internazzjonali immarkat progress fl-indirizz tal-kwistjonijiet ta' saħħa u ambjent relatati mal-ilma b'mod integrat.

L-Unjoni Ewropea

Is-Saħħa hija waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-kwalità tal-ambjent u r-relazzjoni mas-saħħa tal-bniedem hija ssottolineata fis- 6programm ta' azzjoni ambjentali (6EAP).

Erba' atti leġiżlattivi jipprovdu l-pedament tal-approċċ tal-UE sabiex tillimita t-theddid ambjentali għas-saħħa tal-bniedem:

  • Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma
  • Ir-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni u l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH)
  • il-proposta għal direttiva dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja aktar nadifa għall-Ewropa
  • il-proposta għal direttiva qafas dwar il-pestiċidi.

 

L-Istrateġija Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa (2003) u l-pjan ta' azzjoni Ewropew dwar l-ambjent u s-saħħa bejn l-2004 u l-2010 (2004) għandhom erba' mardiet ta' prijorità:

  • il-kanċer fit-tfal
  • l-ażma u l-allerġija
  • id-diżsturbi fl-iżvilupp newroloġiku
  • l-effetti ta' diżordni endokrinali.

 

Il-proċessi Ewropea li għandhom l-għan li jintegraw il-politiki huma partikolarment relevanti għall-ambjent u s-saħħa.

Aktar informazzjoni: Il-Paġna Ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa fl-Ewropa

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33009 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100