Kuntest politiku dwar l-enerġija
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
F'Jannar 2007, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett integrat dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima sabiex jinqatgħu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Il-pakkett tal-enerġija immirat lejn l-istabbiliment ta' Politika ġdida dwar l-Enerġija fl-Ewropa sabiex tikkumbatti l-bidla fil-klima u ttejjeb s-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività tal-UE.
Il-pakkett huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin:
- Suq intern tal-enerġija reali. Dan għandu l-għan li jagħti għażliet reali lill-utenti tal-enerġija u sabiex jiskatta l-investimenti kbar li hemm bżonn fl-enerġija. Sa mill-1 ta' Lulju 2007, iċ-ċittadini Ewropej kollha setgħu jagħżlu b'mod liberu il-fornitur tal-elettriku u l-gass tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha tassigura kompetizzjoni ġusta u dinamika fl-Istati Membri kollha.
- L-aċċelerazzjoni tal-bidla għal enerġija b'karbonju baxx. Dan għandu l-għan li jżomm il-pożizzjoni tal-UE bħala l-pijunier dinji fl-enerġija li tiġġedded, u jipproponi li tal-inqas 20 % tal-ħtiġiet tal-enerġija tal-Ewropa jkunu milħuqa minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded sal-2020.
- Effiċjenza fl-enerġija. Dan għandu l-għan li jiffranka 20 % tal-konsum tal-enerġija primarja sal-2020, li kien għan preċedenti tal-Kummissjoni. Dan jipproponi wkoll iż-żieda ta' vetturi għat-trasport li jaħlu inqas fjuwil; standards aktar iebsin u tikkettjar aħjar fuq l-apparat; it-titjib fl-użu tal-enerġija fil-bini eżistenti tal-UE; u titjib fl-effiċjenza fil-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tas-sħana u l-elettriku.
F'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew aċċetta ħafna minn dawn il-proposti u qabel dwar l-azzjonijiet biex tiġi żviluppata politika Ewropea integrata u sostenibbli dwar il-klima u l-enerġija. Il-politika li rriżultat ssegwi it- tliet objettivi segwenti:
- Iż-żieda fis-sigurtà tal-forniment;
- L-assigurazzjoni tal-kompetittività tal-ekonomiji Ewropej u d-disponibilità ta' enerġija li jkun jista' jakkwistaha kulħadd;
- Il-promozzjoni tas-sostenibilità ambjentali u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.
Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, f'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew adotta Pjan ta Azzjoni komprensiv dwar l-enerġija għall-perjodu 2007-2009, li fih azzjonijiet ta' prijorità fl-oqsma segwenti: suq intern għall-gass u l-elettriku; is-sigurtà tal-forniment; politika internazzjonali dwar l-enerġija; l-effiċjenza fl-enerġija u enerġiji li jiġġeddu; u teknoloġiji tal-enerġija.
F'Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ippreżentat aktar proposti biex tiġġieled il-bidla fil-klima u tippromwovi l-enerġija li tiġġedded, inkluż miri li jistgħu jiġu nfurzati legalment għall-Istati Membri.

Document Actions
Share with others