L-attivitajiet tal-EEA dwar l-enerġija
L- indikaturi tal-enerġija u l-ambjent huma organizzati madwar sitt mistoqsijiet politiċi:
- L-użu u l-produzzjoni tal-enerġija qed ikollhom inqas impatt fuq l-ambjent?
- L-użu tal-enerġija qed jonqos?
- L-effiċjenza fl-enerġija kemm qed tikber b'mod mgħaġġel?
- Hemm qalba għall-fjuwils li jniġġsu inqas?
- Kemm qed ikunu implimentati malajr it-teknoloġiji tal-enerġija li tiġġedded?
- L-ispejjeż ambjentali qed ikunu inkorporati aħjar fis-sistema tal-ipprezzar?
L-indikaturi huma importanti wkoll għall-monitoraġġ tal-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli, u biex jippreparaw ir- rapport dwar l-inventarju tal-gass b'effett ta' serra tal-UE għall-Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), u biex jirrappurtaw dwar ix- xejriet u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fl-Ewropa taħt il-Protokolll ta' Kjoto.
Ir- rapport tal-EEA dwar l-enerġija u l-ambjent janalizza dawn il-kwistjonijiet relevanti b'mod integrat - jindirizza l-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija, is-sorsi tal-enerġija li tiġġedded, it-teknoloġiji l-ġodda, l-effiċjenza fl-enerġija, l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u l-bidla fil-klima. Dan ir-rapport jibni fuq is-sett ta' indikaturi tal-enerġija u l-ambjent.
L-EEA tagħmel ukoll valutazzjonijiet tal-benefiċċji ambjentali u tal-pressjonijiet li huma mistennija li joħorġu mill-ishma differenti tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu bħala proporzjon tal-produzzjoni tal-enerġija totali, fl-2010, l-2020 u l-2030. Dan jinkludi:
- analiżi tal-benefiċċji ambjentali u l-impatti mill-użu differenti tal-bijomassa għat-trasport, is-sħana u l-elettriku;
- identifikazzjoni tal-potenzjal tal-enerġija mir-riħ disponibbli fl-Ewropa mingħajr il-ħolqien ta' pressjonijiet addizzjonali fuq l-ambjent.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn