Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Enerġija / Dwar l-enerġija

Dwar l-enerġija

L-enerġija tagħti l-kumdità personali u l-mobilità lin-nies, u hija essenzjali għall-ġenerazzjoni tal-ġid industrijali, kummerċjali u tas-soċjetà. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija jpoġġu pressjonijiet konsiderevoli fuq l-ambjent (inkluż il-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku, ir-raffinar ta' żejt u l-użu finali tagħhom fid-djar, fis-servizzi, l-industrija u t-trasport). Dawn il-pressjonijiet jinkludu l-emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra u sustanzi li jniġġsu l-arja, l-użu tal-art, il-ġenerazzjoni tal-iskart u t-tnixxija ta' żejt. Dawn jikkontribwixxu għall-bidla fil-klima, jagħmlu ħsara lill-ekosistemi naturali u lill-ambjent maħluq mill-bniedem, u jikkawżaw effetti negattivi lis-saħħa tal-bniedem.

 

Il-ħruq ta' fjuwils fossili minħabba l-attivitajiet tal-bniedem huwa l-akbar kawża taż-żieda fil-konċentrazzjonijiet ta' diossidu tal-karbonju (CO2) fl-atmosfera flimkien maż-żieda li tirriżulta fit-temperatura globali u fil-bidla fil-klima. Id-domanda għall-enerġija li qed tiżdied tirriżulta fl-akkumulazzjoni ta' CO 2, l-aktar gass b'effett ta' serra importanti, minħabba l-mod ta' kif inhi prodotta l-enerġija. Ħafna pajjiżi jiddependu mill-fjuwils fossili (żejt, gass u faħam) biex jissodisfaw id-domanda tagħhom għall-enerġija. Dawn il-fjuwils iridu jinħarqu sabiex is-sħana rilaxxata fil-proċess tkun tista' tiġi mibdula f'enerġija. Il-karbonju fil-fjuwil jirreaġixxi mal-ossiġenu u jipproduċi CO2 li jiġi rilaxxat fl-atmosfera. Is-sustanzi li jniġġsu l-arja (diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u partikoli) huma wkoll rilaxxati, bil-konsegwenza li dawn ikollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja. Madankollu, minħabba miżuri tekniċi u titjib fl-impjanti tal-enerġija u s-sħana, l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja bdew jonqsu matul id-deċennji li għaddew.

L-enerġija tkompli tikber kif qed jagħmel il-konsum tal-enerġija. Il-fjuwils fossili għadhom jiddominaw it-taħlita tal-fjuwil - madwar 79 % tal-ħtiġiet ta' enerġija tal-Ewropew medju huma milħuqa bil-faħam, il-gass u ż-żejt. Madwar 13 % jiġu mill-enerġija nukleari u t-8 % li jifdal jiġu minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded li qed jiżdiedu (espeċjalment l-enerġija mir-riħ u mix-xemx).

L-Ewropew medju juża l-ekwivalenti għal 3.7  tunnellati ta' żejt fis-sena fuq l-elettriku, t-tisħin u t-trasport. Dan jikkorrispondi għal 7.8  tunnellati ta' emissjonijiet ta' CO2 relatati mal-enerġija. Din tvarja sew bejn il-pajjiżi, parzjalment minħabba l-adozzjoni ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded. It-trasport kien l-aktar settur li juża l-enerġija li l-aktar li kiber b'rata mgħaġġla mill-1990 'l hawn u issa hu l-abar konsumatur tal- enerġija.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33109 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100