You are here: Home Temi Il-bidla fil-klima Linji politiċi dwar it-tibdil fil-klima
Personal tools

Linji politiċi dwar it-tibdil fil-klima

Change language
Last modified: Mar 26, 2012
It-theddida tat-tibdil fil-klima qed tkun indirizzata globalment mill-Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC). Il-Protokoll ta' Kjoto tagħha jistabbilixxi miri ta' emissjoni li jorbtu legalment għal dawk il-pajjiżi żviluppati li rratifikawha, bħall-Istati Membri tal-UE. Dan hu biss l-ewwel pass lejn it-tnaqqis aktar sostanzjali tal-emissjonijet globali li se jkun meħtieġ.

L-isfida tal-bidla fil-klima, u x'nagħmlu dwarha, tiddefinixxi lilna, l-era tagħna, u fl-aħħarnett, il-wirt globali tagħna.

Is-Segretarju-Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, 2007

Linji politiċi globali

L-objettiv fit-tul tal-UNFCCC, huwa 'li tistabbilizza l-konċentrazzjonijiet atmosferiċi tal-gas tal-effett serra f'livell li jkun jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima '. Il- Protokoll ta' Kjoto huwa l-ewwel pass sabiex jinkiseb dan. Dan jistabbilixxi miri ta' tnaqqis għal ħafna pajjiżi industrijalizzati, inklużi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, u jillimita ż-żidiet fl-emissjonijiet tal-kumplament tal-pajjiżi:

  • Il-15-il Stat Membru tal-UE li ilhom l-iktar għandhom mira konġunta għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' 8 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2008-2012 (vidjo). Permezz ta' ftehim intern tal-UE wħud mill-Istati Membri tal-UE għandhom permess li jżidu l-emissjonijiet, filwaqt li oħrajn iridu jnaqqsu l-emissjonijiet.
  • Ħafna Stati Membri ġodda għandhom miri ta - 6 sa - 8 % mis-sena bażi tagħhom (ġeneralment l-1990).

L-Istati Uniti tal-Amerka, li għandha emissjonijiet għoljin ta' gass b'effett ta' serra, ma rratifikatx il-Protokoll.

Il-Pajjiżi huma mistennija li jilħqu l-mira tagħhom l-aktar permezz ta' linji politiċi u miżuri domestiċi. Dawn jitħallew jilħqu parti mill-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjoni billi jinvestu fi proġetti li jnaqqsu l-emissjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (il-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif, CDM) jew f'dawk żviluppati (l-Implimentazzjoni Konġunta). Is-CDM hija wkoll maħsuba sabiex tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli, eż. billi tiffinanzja proġetti ta' enerġija li tiġġedded.

L-IPCC isejjaħ għal tnaqqis fl-emissjonijiet globali ta' madwar 50 % sa nofs is-seklu 21. Dan jimplika tnaqqis ta' 60-80 % tal-emissjonijiet minn pajjiżi żviluppati. Pajjiżi li qed jiżviluppaw b'emissjonijiet għolja, bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil, se jkollhom jillimitaw it-tkabbir tal-emissjonijiet tagħhom.

Qed ikun innegozjat ftehim internazzjonali fi ħdan il-UNFCCC għal wara l-2012. L-għan hu li jintlaħaq ftehim fil-konferenza dwar il-klima ippjanata f'Kopenħagen f'Diċembru 2009.

Linji politiċi tal-Unjoni Ewropea

Ħafna pajjiżi Ewropej adottaw programmi nazzjonali bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet. Ġew adottati wkoll diversi linji politiċi u miżuri fil-livell tal-UE permezz tal- Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima, per eżempju:

  • żieda fl-użu ta' enerġija li tiġġedded (riħ, xemx, bijomassa) u installazzjonijiet kombinati ta' sħana u enerġija;
  • titjib fl-effiċjenza tal-enerġija per eżempju, fil-bini, fl-industrija, fl-apparat tad-dar;
  • tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju minn karozzi tal-passiġieri ġodda;
  • tnaqqis tal-miżuri fl-industrija tal-manifattura;
  • miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mil-landfills.

 

L- Iskema ta' l-UE dwar in-Negozjar tal-Emissjoni tad-diossidu tal-karbonju (vidjohija l-bażi tal-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet b'mod effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż. F'Marzu 2007, il-mexxejja tal-UE approvaw pjan ambizzjuż dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija sabiex jillimitaw l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra fl-UE b'tal-inqas 20 % sal-2020 (mill-livelli tal-1990) u sal-2020, tinkiseb mira ta' 20 % tal-użu tal-enerġija primarja tal-UE permezz tal-enerġija li tiġġedded. F'Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ġdid dwar l-enerġija u l-klima sabiex tikseb mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (vidjo). Setturi varji bħall-agrikoltura, it-trasport u l-kostruzzjoni u l-Istati Membri kollha se jkollhom jagħtu sehemhom u jikkontribwixxu għall-miri Ewropej skont il-kapaċitajiet finanzjarji rispettivi tagħhom. Għal setturi li għandhom intensità ta' enerġija, bħall-azzar u l-kimiċi, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ is-Sistema tal-UE ta' Negozjar tal-Emissjonijiet sabiex tgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta' 20%. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra jeħtieġ żieda fl-użu ta' enerġiji li jiġġeddu, li jimplika wkoll provvista ta' enerġija aktar diversifikata għall-Ewropa.

Oqsma ġodda ta' politika li għalihom qed ikunu żviluppati miżuri oħra ta' tnaqqis fl-emissjoni jinkludu l-avjazzjoni (vidjo), CO2 u l-karozzi  (vidjo), u l-qbid u l-ħażna tal-karbonju (vidjo) .

Xi pajjiżi membri tal-EEA ħejjew Strateġiji Nazzjonali dwar L-Adattament għall-Bidla fil-Klima jew bdew jippreparawhom. Il- Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-2007 dwar 'L-adattament għall-bidla fil-klima fl-Ewropa - l-opzjonijiet għall-azzjoni mill-UE' bħalissa tinsab għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati.

Aktar informazzjoni:

Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33704 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100