Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Il-biodiversità / Linji politiċi dwar il-biodiversità

Linji politiċi dwar il-biodiversità

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Nov 19, 2011 11:45 AM
Il-mexxejja Ewropej qablu dwar mira li jitwaqqaf it-telf ta' biodiversità fl-Ewropa sal-2010. Firxa ta' linji politiċi fil-livell nazzjonali, tal-UE u pan-Ewropew qed jikkontribwixxu għal dan il-għan. Ħafna linji politiċi jiffokaw fuq il-miżuri speċifiċi ta' protezzjoni għall-ispeċi u l-abitati importanti. Sabiex il-biodiversità tiġi mmaniġġjata b'mod sostenibbli, huwa ta' importanza kbira li l-bżonnijiet tal-biodiversità jiġu integrati fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' linji politiċi settorjali. L-Istrateġija tal-Komunità Ewropea dwar il-Biodiversità għandha l-għan li tagħmel dan.

Il-linji politiċi tal-UE

Fl- Istrateġija tagħha għal Żvilupp Sostenibbli tal-2001, l-UE stabbilixxiet mira għaliha nnifisha sabiex twaqqaf it-telf ta' biodiversità u terġa' tagħti l-ħajja lill-abitati u s-sistemi naturali sal-2010. Il- Komunikazzjoni tal-2006 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Biodiversità tipprovdi l-qafas politiku ewlieni. Din iżżid momentum ferm meħtieġ mal-mira tal-2010, tiċċara r-responsabilitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri u tistabbilixxi approċċ politiku ambizzjuż u Pjan ta' Azzjoni li jipproponi miżuri konkreti.

Waqt li l-bidla fil-klima tiġbed ħafna mill-attenzjoni tal-media, f'mod fundamentali wieħed, il-biodiversità hija theddida ħafna aktar serja. Dan għaliex id-degradazzjoni tal-ekosistemi ħafna drabi tasal sal-punt li ma tkunx tista' titreġġa' lura - u għaliex l-estinzjoni hi għal dejjem.

Stavros Dimas, Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, Ġimgħa Ambjentali 2006

Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni hija bbażata fuq żewġ atti leġiżlattivi ewlenin:

Iż-żewġ direttivi jipprovdu l-bażi għan- netwerk Natura 2000, netwerk ta' riżervi naturali li testendi mal-Unjoni kollha sabiex tħares l-ispeċi u l-abitati ta' interess speċjali Ewropew. Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni tibbenefika minn strument finanzjarju speċifiku, il- fond LIFE-Nature.

It-telf ta' biodiversità huwa prinċiparjament ikkawżat minn attivitajiet settorjali. L- Istrateġija tal-Komunità Ewropea tal-1998 dwar il-Biodiversità tiffoka speċifikament fuq l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-bijodiversità fil-linji politiċi settorjali, inklużi l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali, l-agrikoltura, s-sajd, il-linji politiċi reġjonali u l-ippjanar tal-ispazju, il-foresti, l-enerġija u t-trasport, it-turiżmu, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika.

Linji politiċi oħra relevanti għall-biodiversità fil-livell tal-UE jinkludu:

Linji politiċi pan-Ewropej u globali dwar il-biodiversità.

Fl-1992, il- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) immarkat l-impenn tal-komunità internazzjonali sabiex tindirizza t-telf ta' biodiversità. B'risposta, l- l-Istrateġija pan-Ewropea dwar id-Diversità Bijoloġika u fil-Pajżaġġ ġiet approvata mill-pajjiżi koperti mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Uniti għall-Ewropa. Din l-istrateġija, li tinsab fi ħdan il-proċess ministerjali 'l-Ambjent għall-Ewropa', tipprovdi l-unika pjattaforma għall-kooperazzjoni pan-Ewropea sabiex jiġi indirizzat it-telf tal-biodiversità.

Fl-2002, is-CBD u s-Summit ta' Johannesburg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli approvaw mira globali għall-2010 sabiex inaqqsu b'mod sinifikanti r-rata preżenti ta' telf ta' biodiversità sal-2010. Fl-2003, fir-Riżoluzzjoni ta' Kiev dwar il-Biodiversità, il-ministri tal-ambjent pan-Ewropej qablu li jwaqqfu t-telf ta' biodiversità sal-2010.

Is-CBD tistabbilixxi obbligu fil-livell nazzjonali għall-ippjanar tal-biodiversità. Il-pajjiżi jridu jiżviluppaw strateġiji nazzjonali li jirriflettu kif iridu jintlaħqu l-objettivi tal-konvenzjoni, u l-pjanijiet ta' azzjoni relatati jridu jistabbilixxu l-passi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Lista ta' dawn l-istrateġiji nazzjonali dwar il-biodiversità u l-pjanijiet ta' azzjoni jinsabu fuq il- websajt tas-CBD.

Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 58339 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100