Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2013 / Intervista / Kwistjoni ta’ kimika

Kwistjoni ta’ kimika

Biddel il-lingwa
Il-kimika tal-atmosfera tagħna hija kumplessa. L-atmosfera tikkontjeni saffi b’densitajiet u kompożizzjonijiet kimiċi differenti. Staqsejna lill-Professur David Fowler miċ-Ċentru għall-Ekoloġija u l-Idroloġija tal-Kunsill tar-Riċerka dwar l-Ambjent Naturali fir-Renju Unit, dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-proċessi kimiċi fl-atmosfera tagħna li għandhom impatt fuq saħħitna u fuq l-ambjent.
ImaginAIR: Feriti fis-sema

ImaginAIR: Feriti fis-sema  Image © Greta De Metsenaere

Il-gassijiet kollha għandhom impatt fuq l-ambjent?

Ħafna mill-gassijiet fl-arja mhumiex speċjalment importanti f’termini ta’ kimika. Xi traċċi ta’ gassijiet bħad-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitruż ma jirreaġixxux minnufih fl-arja, u għal din ir-raġuni huma kategorizzati bħala gassijiet b’ħajja twila. Il-komponent primarju tal-arja, in-nitroġenu, huwa wkoll fil-parti l-kbira inert fl-atmosfera. Traċċi ta’ gassijiet b’ħajja twila huma preżenti f’bejn wieħed u ieħor l-istess konċentrazzjonijiet madwar id-dinja kollha. Li kieku ħadt kampjun fl-emisferu tat-tramuntana u ieħor fl-emisferu tan-nofsinhar, ma kontx issib ħafna differenza f'termini tal-ammont ta' dawn il-gassijiet fl-ajru.  

Madankollu, konċentrazzjonijiet ta’ gassijiet oħra bħad-dijossidu tal-kubrit, l-ammonja u ossidanti sensittivi għad-dawl tax-xemx bħall-ożonu, huma ħafna aktar varjabbli. Dawn il-gassijiet jirrappreżentaw theddida għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, minħabba li jirreaġixxu daqshekk malajr fl-atmosfera u ma jdumux fit-tul fil-forma oriġinali tagħhom. Jirreaġixxu malajr biex jiffurmaw komposti oħra jew jitneħħew billi jiġu ddepożitati fl-art, u huma magħrufa bħala gassijiet b’ħajja qasira. Huma għaldaqstant preżenti viċin dawk il-postijiet minn fejn kienu rrilaxxati jew iffurmati b’reazzjoni. Immaġni mis-satelliti juru ħotspots ta’ dawn il-gassijiet b’ħajja qasira f’ċerti partijiet fid-dinja, tipikament f’żoni industrijalizzati.

Kif jistgħu dawn il-gassijiet b’ħajja qasira joħolqu problemi għall-kwalità tal-arja u għall-ambjent?

Ħafna minn dawn il-gassijiet b’ħajja qasira huma tossiċi għas-saħħa tal-bniedem u għall-veġetazzjoni. Huma wkoll malajr ittrasformati fl-atmosfera f’sustanzi oħra li jniġġsu, xi wħud permezz tad-dawl tax-xemx. L-enerġija tax-xemx kapaċi taqsam ħafna minn dawn il-gassijiet reattivi b’ħajja qasira f’komposti ġodda ta’ sustanzi kimiċi. Id-dijossidu tan-nitroġenu huwa eżempju tajjeb. Id-dijossidu tan-nitroġenu huwa prodott l-aktar minn fjuwil li jinħaraq, kemm jekk f’karozzi li jaħarqu l-petrol, jew f’impjanti tal-elettriku li jaħarqu l-gass u l-faħam. Meta d-dijossidu tan-nitroġenu jkun espost għad-dawl tax-xemx, jinqasam f’żewġ komposti kimiċi ġodda: l-ossidu nitriku u dak li l-kimiki jsejħulu l-ossiġenu atomiku. L-ossiġenu atomiku huwa sempliċiment atoma singola ta’ ossiġenu. L-ossiġenu atomiku jirreaġixxi mal-ossiġenu molekolari (żewġ atomi tal-ossiġenu kkumbinati bħala molekoli O2) biex jiffurmaw l-ożonu (O3), li hu tossiku għall-ekosistemi u għas-saħħa tal-bniedem, u huwa wieħed mis-sustanzi li jniġġsu l-aktar importanti fil-pajjiżi kollha industrijalizzati.

Imma fis-snin tmenin, ma konniex neħtieġu li l-ożonu jipproteġina minn wisq radjazzjoni mix-xemx?  

Dan huwa minnu. Iżda l-ożonu fis-saff tal-ożonu jinsab fl-istratosfera f’altitudnijiet bejn 10 km u 50 km ’l fuq mis-superfiċji, fejn jipprovdi protezzjoni mir-radjazzjoni UV. Madankollu, l-ożonu f’livelli aktar baxxi — magħruf l-aktar bħala l-ożonu troposferiku — huwa theddida għas-saħħa tal-bniedem, għall-għelejjel, u għal veġetazzjoni sensittiva oħra.  

L-ożonu huwa ossidant b’saħħtu. Jidħol fil-pjantiminnporiżgħar fil-weraq. Huwa assorbit mill-pjanta u jiġġenera radikali ħielsa — molekoli instabbli li jagħmlu ħsara lill-membrani u proteini. Il-pjanti għandhom mekkaniżmi sofistikati biex jittrattaw radikali liberi. Iżda jekk pjanta tagħti xi ftit mill-enerġija li tieħu mid-dawl tax-xemx u mill-fotosintesi biex issewwi l-ħsara liċ-ċelloli kkawżataminnradikali liberi, ikollha inqas enerġija biex tikber. Għalhekk meta l-għelejjel jiġu esposti għall-ożonu, jkunu inqas produttivi. Madwar l-Ewropa, l-Amerka ta’ Fuq, u l-Asja, ir-rendiment agrikolu jonqos minħabba l-ożonu.

Il-kimika tal-ożonu fil-bnedmin hija kemxejn simili għall-kimika tal-ożonu fil-pjanti. Iżda minflok tidħol mill-pori fis-superfiċji tal-pjanta, l-ożonu huwa assorbit mill-pulmun u jagħmel il-ħsara għall-funzjoni tal-pulmun. Għaldaqstant il-persuni l-aktar f’riskju mill-ożonu huma dawk bi problemi fin-nifs. Jekk tħares lejn l-istatistiċi, il-perjodi ta’ ożonu għoli juru żieda fir-rata ta’ mwiet kuljum għall-bnedmin.

Minħabba li dawn il-gassijiet għandhom ħajja qasira, m’għandux tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet tan-nitroġenu iwassal għal tnaqqis malajr fil-livelli tal-ożonu?

Fil-prinċipju, iva. Nistgħu inwaqqfu l-emissjonijiet u l-livelli tal-ożonu jibdew jonqsu. Iżda l-ożonu jinħoloq viċin ħafna s-superfiċji tad-dinja u jibqa’ tiela’ ’l fuq sa għoli ta’ madwar 10 km. Għalhekk ħafna ożonu tal-isfond jibqa’ fil-għoli. Li kieku waqafna nirrilaxxawh għal kollox, kien ikun meħtieġ xi xahar biex jintlaħqu għal darb'oħra l-livelli naturali tal-ożonu.  

Iżda anke li kieku l-Ewropa ħadet dik l-azzjoni fuq l-emissjonijiet, ma kienx fil-fatt jonqos l-esponiment tagħna għall-ożonu. Il-parti tal-ożonu li tidħol fl-Ewropa tiġi  mill-ożonu ġġenerat minn emissjonijiet Ewropej. Iżda l-Ewropa hija esposta wkoll għall-ożonu ttrasportat miċ-Ċina, mill-Indja, u mill-Amerka ta’ Fuq. Id-dijossidu tan-nitroġenu nnifsu huwa gass b’ħajja qasira, iżda l-ożonu li joħloq jista’ jdum iktar fit-tul u għaldaqstant għandu ż-żmien biex jiġi ttrasportat mir-riħ madwar id-dinja. Deċiżjoni unilaterali tal-UE kienet tnaqqas xi wħud mill-punti għoljin tal-produzzjoni tal-ożonu fl-Ewropa, iżda kienet tagħmel biss kontribuzzjoni żgħira għall-isfond globali, minħabba li l-Ewropa hija sempliċiment kontributur wieħed fost il-ħafna.

L-Ewropa, l-Amerka ta’ Fuq, iċ-Ċina, l-Indja u l-Ġappun kollha għandhom problema tal-ożonu. Anke l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw malajr bħall-Brażil (fejn il-ħruq tal-bijomassa u l-vetturi jirrilaxxaw gassijiet prekursuri tal-ożonu) għandhom problema tal-ożonu. Il-partijiet l-iktar nodfa tad-dinja f’termini tal-produzzjoni tal-ożonu huma ż-żoni remoti tal-oċean.

ImaginAIR: Air and health

(c) Cesarino Leoni, ImaginAIR/EEA

L-ożonu huwa l-uniku sors ta’ tħassib?

L-aerosols huma s-sustanza primarja l-oħra li tniġġes u huma aktar importanti mill-ożonu. L-aerosols f’dan is-sens mhumiex dawk li l-konsumaturi tipikament jaħsbu fihom bħala aerosols, bħal deodoranti u sprej tal-għamara li jistgħu jinxtraw mill-ħwienet. Għall-ispiżjara, l-aerosols huma partikuli żgħar fl-atmosfera, magħrufa wkoll bħala materja partikulata (PM). Jistgħu ikunu solidi jew likwidi, u xi wħud mill-partikuli jsiru qtar fl-arja umda u mbagħad jerġgħu isiru partikuli solidi hekk kif tinxef l-arja. L-aerosols huma assoċjati ma’ mortalità ogħla tal-bnedmin, u l-persuni l-aktar taħt riskju huma dawk bi problemi tan-nifs. Materja partikulata fl-atmosfera tikkawża effetti akbar għas-saħħa mill-ożonu.

Ħafna mis-sustanzi li jniġġsu maħluqa minn attivitajiet tal-bniedem jiġu rilaxxati bħala gassijiet. Pereżempju, il-kubrit huwa ġeneralment rilaxxat bħala dijossidu tal-kubrit (SO2) filwaqt li n-nitroġenu jiġi rilaxxat bħala d-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) u/jew l-ammonja (NH3). Iżda hekk kif isibu ruħhom fl-atmosfera, dawn il-gassijiet jiġu ttrasformati f’partikuli. Dan il-proċess ibiddel id-dijossidu tal-kubrit f’partikoli tal-kubrit, li mhumiex akbar minn frazzjoni ta’ mikron.  

Jekk ikun hemm biżżejjed ammonja fl-ajru, hemmhekk il-kubrit jirreaġixxi biex isir sulfat tal-ammonju. Li kieku ħarist lejn l-arja fl-Ewropa 50 sena ilu, kont tara li s-sulfat tal-ammonju kien komponent dominanti ħafna. Iżda naqqasna ħafna l-emissjonijiet tal-kubrit fl-Ewropa — b’xi 90 % mis-snin sebgħin.  

Iżda għalkemm naqqasna l-emissjonijiet tal-kubrit, ma naqqasna bl-ebda mod l-emissjonijiet tal-ammonja. Dan ifisser li l-ammonja fl-atmosfera tirreaġixxi ma’ sustanzi oħra. Pereżempju, NO2 fl-atmosfera jittrasforma fl-aċidu nitriku, u dan l-aċidu nitriku jirreaġixxi mal-ammonja biex jipproduċi n-nitrat tal-ammonju.

In-nitrat tal-ammonju huwa volatili ħafna. Iktar fl-għoli fl-atmosfera, in-nitrat tal-ammonju huwa partikula jew qatra, iżda f'ġurnata sħuna u qrib is-superfiċji, in-nitrat tal-ammonju jinqasam f’aċidu nitriku u f’ammonja, li t-tnejn li huma jiddepożitaw fuq is-superfiċji tad-dinja malajr ħafna.

X’jiġri jekk l-aċidu nitriku jiġi ddepożitat fuq is-superfiċji tad-dinja?

L-aċidu nitriku jipprovdi żieda ta’ nitroġenu mas-superfiċji tad-dinja u jaġixxi b’mod effettiv bħala fertilizzant fuq il-pjanti tagħna. B'dan il-mod, qegħdin niffertilizzaw l-ambjent naturali tal-Ewropa mill-atmosfera bl-istess mod li bih il-bdiewa jaħsdu l-art. In-nitroġenu addizzjonali li jiffertilizza l-pajsaġġ naturali jirriżulta fl-aċidifikazzjoni u jwassal għal rilaxx ta’ ossidu nitruż imtejjeb, iżda jżid ukoll it-tkabbir ta’ foresti u għaldaqstant huwa kemm theddida kif ukoll benefiċċju. L-akbar effett tan-nitroġenu depożitat fil-pajsaġġ naturali hu li jipprovdi nutrijenti addizzjonali għal ekosistemi naturali. Bħala riżultat, il-pjanti għatxana għan-nitroġenu jikbru malajr ħafna u jiffjorixxu u jegħlbu l-ispeċijiet li jikbru bil-mod. Dan iwassal biex jintilfu l-ispeċijiet l-iktar speċjalisti, li adattaw biex jifjorixxu fi klima b'nitroġenu baxx. Diġà nistgħu naraw bidla fil-bijodiversità tal-flora tul l-Ewropa bħala riżultat tal-fertilizzazzjoni tagħna tal-kontinent mill-atmosfera.

ImaginAIR: Air and health (flower)

(c) Cesarino Leoni, ImaginAIR/EEA

“Kull wieħed minna qiegħed jipprova joħloq fl-ambjent tagħna l-aħjar kondizzjonijiet għall-benessri tagħna. Il-kwalità tal-arja li nieħdu f’imnifsejna għandha influwenza sinifikanti fuq ħajjitna u fuq il-benessri tagħna.” Cesarino Leoni, Italja

Ittrattajna emissjonijiet tal-kubrit u s-saff tal-ożonu. Għaliex ma ttrattajniex il-problema tal-ammonju?

Emissjonijiet mill-ammonja jiġu mis-settur agrikolu u speċjalment mis-settur intensiv tal-ħalib. L-awrina u d-demel mill-baqar u min-nagħaġ fl-għelieqi jwasslu għal emissjonijiet tal-ammonja fl-atmosfera. Dan huwa reattiv ħafna u jiddepożita malajr fil-pajsaġġ. Jifforma wkoll nitrat tal-ammonju u huwa kontributur importanti għall-materja partikulata fl-atmosfera, u għal problemi assoċjati tas-saħħa tal-bniedem. Ħafna mill-ammonja li tiġi rilaxxata fl-Ewropa tiddepożita fl-Ewropa. Għandu jkun hemm rieda politika aktar qawwija biex jiġu introdotti miżuri ta’ kontroll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonja.

Huwa interessanti li fil-każ tal-kubrit, ir-rieda politika kienet assoltament hemmhekk. Naħseb li dan kien parzjalment minħabba sens ta’ obbligu morali mill-pajjiżi tal-Ewropa li jirrilaxxaw l-aktar vis-à-vis il-pajjiżi riċevituri netti tal-Iskandinavja, fejn kien hemm l-aktar problemi tad-depożitu tal-aċidu.  

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonja jkun ifisser li jiġi mmirat is-settur agrikolu, u llobbjar agrikolu huwa kemxejn influwenzati fi ċrieki politiċi. Ma hemm ebda differenza fl-Amerka ta' Fuq. Hemm ukoll problema kbira bl-emissjonijiet tal-ammonja fl-Amerka ta' Fuq u hemmhekk ukoll ma hemm ebda azzjoni biex jiġu kkontrollati, anqas.

David FowlerStaqsejna lill-Professur David Fowler miċ-Ċentru għall-Ekoloġija u l-Idroloġija tal-Kunsill tar-Riċerka dwar l-Ambjent Naturali fir-Renju Unit

Aktar informazzjoni

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100