Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2013 / Artikoli / Nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja

Nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja

Biddel il-lingwa
L-għarfien u l-fehim tagħna tat-tniġġis tal-arja qiegħed jikber kull sena. Għandna netwerk dejjem jespandi ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ li jirrappurtaw dejta dwar firxa wiesgħa ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kkumplimentata b’riżultati minn mudelli dwar il-kwalità tal-arja. Issa rridu niżguraw li l-għarfien xjentifiku u l-politika jkomplu jiżviluppaw id f’id.

 Image © Gülcin Karadeniz

Huwa importanti li wieħed ikun jaf x’qiegħed jiġri fil-belt, fil-pajjiż u fid-dinja li qegħdin ngħixu fiha ...

Bianca Tabacaru, Rumanija (ImaginAIR)

Ħafna drabi stabbiliti ħdejn toroq traffikużi f’żoni urbani, jew f’parks pubbliċi, l-istazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-arja ma jiġux innutati. Iżda dawn il-kaxxi strambi jikkontjenu tagħmir li b’mod regolari jieħu kampjun tal-arja fil-post, ikejjel il-livelli eżatti ta’ konċentrazzjoni ta’ sustanzi primarji li jniġġsu bħall-ożonu u materja partikulata, u jirrappurtaw id-dejta awtomatikament f’dejtabejż. F’ħafna każijiet, din l-informazzjoni jkun hemm aċċess għaliha onlajn fi żmien minuti mit-teħid tal-kampjun.  

Il-monitoraġġ tal-arja fl-Ewropa

Sustanzi primarji li jniġġsu l-arja huma indirizzati minn liġijiet Ewropej u nazzjonali. Għal dawn is-sustanzi li jniġġsu kienu stabbiliti netwerks ta’ monitoraġġ estensivi madwar l-Ewropa biex jiġi vverifikat jekk il-kwalità tal-arja f’postijiet differenti tikkonformax mal-istandards legali differenti u mal-linji gwida tas-saħħa differenti. Dawn l-istazzjonijiet jirreġistraw u jittrażmettu kejl f’diversi frekwenzi għal firxa wiesgħa ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, inklużi d-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu, iċ-ċomb, l-ożonu, il-materja partikulata, il-monossidu tal-karbonju, il-benżen, komposti organiċi volatili, u l-idrokarbonju aromatiku poliċikliku.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent iġġib flimkien qisien dwar il-kwalità tal-arja minn aktar minn 7,500 stazzjon ta’ monitoraġġ madwar l-Ewropa fid-dejtabejż dwar il-kwalità tal-arja AirBase. L-AirBase taħżen dejta dwar il-kwalità tal-arja minn snin preċedenti (dejta storika).

Xi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ ikejlu u jirrappurtaw l-aktar dejta riċenti bi ftit dewmien (kważi dejta f’ħin reali). Pereżempju, fl-2010, sa 2000 stazzjon kienu jkejlu konċentrazzjonijiet ta’ ożonu troposferiku b’mod kontinwu u rrappurtaw id-dejta kull siegħa. Dan il-kejl kważi f’ħin reali jista’ jintuża għal sistemi ta’ twissija u allert fil-każ ta’ inċidenti bi tniġġis sinifikanti.  

L-għadd ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ madwar l-Ewropa kiber konsiderevolment fl-aħħar għaxar snin, speċjalment dawk li jistgħu jimmonitorjaw ċerti sustanzi prinċipali li jniġġsu. Fl-2001, kemm kemm aktar minn 200 stazzjon irrappurtaw kejl tad-dijossidu tan-nitroġenu, filwaqt li fl-2010, qrib it-3,300 stazzjon kienu qegħdin jirrappurtaw f’37 pajjiż Ewropew. FL-istess perjodu, l-għadd ta’ stazzjonijiet li kienu qegħdin jirrappurtaw il-PM10 kważi ttripplaw biex laħqu aktar minn 3,000 stazzjon fi 38 pajjiż.

It-tkabbir tan-netwerk ta’ monitoraġġ jikkontribwixxi għall-għarfien u l-fehma tagħna dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa. Minħabba li l-istabbiliment ta’ stazzjon ġdid ta’ monitoraġġ bit-tagħmir tiegħu ta’ teknoloġija għolja huwa kemxejn għoli, parti mill-għarfien tagħna jiġi minn sorsi oħra, bħal immaġni satellitari; estimi ta’ emissjonijiet minn faċilitajiet industrijali kbar; mudelli dwar il-kwalità tal-arja; u studji dettaljati dwar reġjuni, setturi jew sustanzi speċifiċi li jniġġsu.

Xi 28,000 faċilità industrijali fi 32 pajjiż Ewropew jirrappurtaw lil E-PRTR — reġistru ta’ sustanzi li jniġġsu madwar l-Ewropa — kemm, mid-diversi sustanzi li jniġġsu, jirrilaxxaw fil-baħar, fuq l-art u fl-ajru. Din l-informazzjoni kollha hija onlajn, u hija disponibbli kemm għall-pubbliku kif ukoll għal dawk li jiddeterminaw il-politika.

Road transport

(c) Artens | Shutterstock

Il-kompilazzjoni u l-aċċess għal informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja

Li tinġabar flimkien l-informazzjoni li niġbru minn dawn is-sorsi diversi hija sfida. Il-kejl mill-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ huma speċifiċi għall-post u għall-ħin. Xejriet tat-temp, karatteristiċi tal-pajsaġġ, il-ħin tal-jum jew iż-żmien tas-sena, u d-distanza għal sorsi ta’ emissjoni kollha jiżvolġu rwol fil-kejl ta’ sustanzi li jniġġsu. F’xi każijiet bħal stazzjonijiet ta’ monitoraġġ mal-ġenb tat-triq, distanza ta’ anke ftit metri jista’ jkollha impatt fuq il-qari.

Barra minn hekk, huma użati metodi differenti biex iwettqu monitoraġġ fuq u jkejlu l-istess sustanza li tniġġes. Fatturi oħra wkoll jiżvolġu rwol. Żieda fiċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku jew fi skemi ta’ diverżjoni tat-traffiku, pereżempju, tirriżulta f’kejl differenti minn dak irreġistrat għall-istess triq sena qabel.  

Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja f’żona lil hinn mill-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tistrieħ fuq mudelljew fuq kombinazzjoni ta’ mudell u qisien, inklużi osservazzjonijiet satellitari. Il-immudell tal-kwalità tal-arja ħafna drabi jiġi b’xi inċertezza, minħabba li l-mudelli ma jistgħux jirripproduċu l-fatturi kumplessi kollha marbuta mal-formazzjoni, it-tixrid u d-depożitu ta’ sustanzi li jniġġsu.  

L-inċertezza hija ħafna ogħla meta wieħed jiġi għall-valutazzjoni tal-impatti tas-saħħa tal-esponiment għal sustanzi li jniġġsu f’post partikolari. Stazzjonijiet ta’ monitoraġġ ġeneralment ikejlu l-massa tal-materja partikulata skont il-volum tal-arja, iżda mhux neċessarjament il-kompożizzjoni kimika tal-partikuli. L-emissjonijiet minn egżost tal-karrozzi, pereżempju, jirrilaxxaw l-iswed tal-karbonju li jikkontjeni partikuli direttament fl-arja kif ukoll gassijiet bħad-dijossidu tan-nitroġenu. Iżda biex tkun tista’ tiddetermina kif is-saħħa pubblika tista’ tkun effettwata, jeħtieġ li nkunu nafu x’inhi t-taħlita eżatta fl-arja.

It-teknoloġija hija strumentali biex iżżid l-għarfien tagħna dwar in-nifs li nieħdu. Hija element essenzjali tal-proċess ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ. Żviluppi riċenti fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika ppermettew lil riċerkaturi u lil dawk responsabbli mill-politika li jipproċessaw ammonti massivi ta’ dejta fi kwistjoni ta’ sekondi. Ħafna awtoritajiet pubbliċi jagħmlu din l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku, jew permezz tal-websajts tagħhom, bħall-muniċipalità ta’ Madrid, jew permezz ta’ assoċjazzjonijiet indipendenti, bħall-Airparif għal Pariġi u r-reġjun iktar wiesa’ tal-Ile-de-France.

L-AEA iżżomm portals ta’ informazzjoni pubblika dwar il-kwalità tal-arja u t-tniġġis tal-arja. Id-dejta storika dwar il-kwalità tal-arja maħżuna f’AirBase, wieħed jista’ jaraha fuq mappa, ffiltrata skont is-sustanza li tniġġes u s-sena, u tista’ titniżżel.

Dejta kważi f’ħin reali (meta disponibbli) dwar sustanzi prinċipali li jniġġsu bħall-PM10, l-ożonu, id-dijossidu tan-nitroġenu u d-dijossidu tal-kubrit wieħed jista’ jkollu aċċess għaliha permezz tal-portal “Eye on Earth AirWatch” (Daqqa t’għajn mill-Ajru fuq id-Dinja). Utenti jistgħu iżidu iċ-ċifri u l-osservazzjonijiet personali tagħhom fl-għodda ta’ Osservazzjoni.

Analiżi ta’ kwalità ogħla

It-teknoloġija mhux biss ippermettiet li nipproċessaw ammonti akbar ta’ dejta, iżda għinet ukoll it-titjib tal-kwalità u l-preċiżjoni tal-analiżi tagħna. Nistgħu issa nanalizzaw fl-istess ħin informazzjoni dwar it-temp; infrastruttura tat-trasport fit-triq; densità tal-popolazzjoni; u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn faċilitajiet industrijali speċifiċi, flimkien ma’ qisien minn stazzjonijiet ta’ monitoraġġ, u r-riżultati minn mudelli dwar il-kwalità tal-arja. Għal xi reġjuni, huwa possibbli li mwiet prematur minn mard kardjovaskolari u tan-nifs jiġi pparagunat ma’ livelli ta’ sustanzi ta’ tniġġis fl-arja. Nistgħu nipplottjaw ħafna minn dawn il-varjabbli fuq mappa tal-Ewropa u nibnu mudelli aktar preċiżi.  

Ir-riċerka fuq l-ajru mhijiex limitata biss għall-fatturi msemmija fuq. Marie-Eve Héroux mill-Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa għall-Ewropa tgħid, “Il-komunità tar-riċerka tħares ukoll lejn kif diversi miżuri għandhom impatt fuq it-tniġġis tal-arja. Hemm tipi wesgħin ħafna ta’ interventi minn miżuri regolatorji għal tibdil f’mudelli u sorsi ta’ konsum tal-enerġija, jew tibdil fil-mezzi ta’ trasport u fl-imġjieba tan-nies.”

Héroux żżid, “Dan kollu ġie studjat u l-konklużjonijiet huma ċari: jeżistu miżuri li jistgħu inaqqsu l-livelli ta’ tniġgis, partikolarment dak tal-PM. Jagħtina indikazzjoni ta’ kif nistgħu infatti nnaqsu r-rati tal-imwiet dovuti għat-tniġġis tal-arja.”

Għarfien aħjar tal-impatti għas-saħħa u ambjentali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja mbagħad jgħin fil-proċess tal-politika. Sustanzi ġodda li jniġġsu l-arja, sorsi ta’ tniġġis u miżuri possibbli għall-ġlieda kontra t-tniġġis huma identifikati u inklużi fil-leġiżlazzjoni. Dan jista’ jeħtieġ il-monitoraġġ ta’ sustanzi ġodda li jniġġsu. Id-dejta miġbura bħala riżultat tgħin ittejjeb l-għarfien tagħna aktar.  

Pereżempju, fl-2004, għalkemm kien hemm qisien fil-livelli lokali u nazzjonali, ma kien hemm ebda stazzjon ta’ monitoraġġ li rrapporta direttament lil AirBase il-konċentrazzjonijiet ta’ komposti organiċi volatili, metalli tqal jew idrokarburi aromatiċi poliċikliki fl-Ewropa. Fl-2010, kien hemm aktar minn 450, 750 u 550 stazzjon ta’ dan it-tip rispettivament.

ImaginAIR: Pollution in my city

(c) Bianca Tabacaru, ImaginAIR/EEA

Toħroġ stampa aktar ċara

Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja ġeneralment tistabbilixxi miri li għandhom jintlaħqu f’perjodu ta’ żmien stabbilit. Tipprevedi wkoll mezzi għall-monitoraġġ tal-progress u tivverifika jekk il-miri ntlaħqux fil-qafas ta’ żmien mistenni.  

Għal miri ta’ politika li kienu stabbiliti għaxar snin ilu, jistgħu jirriżultaw żewġ stampi differenti skont l-għodod li ntużaw. L-AEA ħarset lejn id-Direttiva dwar il-Limiti tal-Emissjonijiet Nazzjonali adottata fl-2001, li timmira li tillimita emissjonijiet ta’ erba’ sustanzi li jniġġsu l-arja sal-2010, u vvalutat jekk il-miri ta’ ewtrofikazzjoni u aċidifikazzjoni msemmija fid-direttiva kinux intlaħqu.  

Fuq il-bażi ta’ dak li sirna nafu fil-ħin li fih kienet adottata d-direttiva, l-iskop tal-ewtrofikazzjoni deher li ntlaħaq u r-riskju tal-aċidifikazzjoni deher li tnaqqas b’mod sinifikanti. Madankollu, fuq il-bażi ta’ għarfien preżenti li juża għodod aktar aġġornati, l-istampa mhijiex daqshekk sabiħa. L-ewtrofikazzjoni kkawżata minn tniġġis tal-arja għadha problema ambjentali maġġuri u jeżistu ħafna aktar żoni li ma ssodisfawx l-iskop tal-aċidifikazzjoni.  

Din is-sena, l-Unjoni Ewropea għandha tirrevedi l-politika tagħha tal-arja, li ser tindirizza miri ġodda u qafas ta’ żmien sal-2020 u lil hinn. Flimkien mal-politika tagħha li tevolvi dwar l-arja, l-Ewropa ser tkompli wkoll tinvesti fil-bażi tal-għarfien tagħha.

Aktar informazzjoni

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33075 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100