Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2013 / Artikoli / Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Ewropa

Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Ewropa

Biddel il-lingwa
It-tniġġis tal-arja mhuwiex l-istess kullimkien. Sustanzi differenti li jniġġsu jiġu rilaxxati fl-atmosfera minn firxa wiesgħa ta’ sorsi. Hekk kif ikunu fl-atmosfera, jistgħu jittrasformaw f'sustanzi ġodda li jniġġsu u jixterrdu madwar id-dinja. It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki biex tiġi indirizzata din il-kumplessità mhumiex kompiti faċli. Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Unjoni Ewropea tinstab hawn taħt.

 Image © Jean-Jacques Poirault

Ir-ritratti huma meħuda minn fuq it-torri Montparnasse matul episodju ta’ tniġġis tal-arja ta’ NO 2 li qabeż il-valuri limiti, rreġistrati fix-xitwa tal-1997-1998.

Jean-Jacques Poirault, Franza (ImaginAIR)

L-ammont ta’ sustanzi li jniġġsu rilaxxati fl-arja li nieħdu tnaqqas ħafna minn dak iż-żmien minn meta l-UE introduċiet politiki u miżuri li jirrigwardaw il-kwalità tal-arja fis-snin sebgħin. Emissjonijiet ta’ tniġġis tal-arja minn ħafna sorsi maġġuri inklużi t-trasport, l-industrija, u l-ġenerazzjoni tal-enerġija huma issa rregolati u qegħdin ġeneralment jonqsu, għalkemm mhux dejjem sal-punt mixtieq.

Nimmiraw is-sustanzi li jniġġsu

Mezz wieħed li bih l-UE laħqet dan it-titjib huwa billi stabbiliet limiti vinkolanti u mhux vinkolanti għall-Unjoni kollha fir-rigward ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu mxerrda fl-arja. L-UE stabbiliet standards għal materja partikulata (PM) ta’ ċerti daqsijiet, l-ożonu, id-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, iċ-ċomb, u sustanzi oħra li jniġġsu li jista’ jkollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ekosistemi. Partijiet tal-leġiżlazzjoni prinċipali li tistabbilixxi limiti għal sustanzi li jniġġsu fl-Ewropa tinkludi d-Direttiva tal-2008 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2008/50/KE), u l-qafas tad-Direttiva tal-1996 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja ambjentali (96/62/KE).

Approċċ ieħor lejn leġiżlazzjoni għal titjib fil-kwalità tal-arja huwa billi kienu stabbiliti limiti nazzjonali ta' emissjonijiet fis-sena għal sustanzi speċifiċi li jniġġsu. F’dawn il-każijiet, il-pajjiżi huma responsabbli biex jintroduċu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livelli tal-emissjoni tagħhom huma taħt il-limitu stabbilit għas-sustanza rilevanti li tniġġes.  

Il-Protokoll ta’ Gothenburg lill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanzi fit-tul  (LRTAP), u d-Direttiva ta’ Limiti Nazzjonali ta’ Emissjonijiet tal-UE (2001/81/KE) it-tnejn iddeterminaw limiti ta’ emissjonijiet fis-sena għal pajjiżi Ewropej, fuq sustanzi li jniġġsu l-arja, inklużi dawk is-sustanzi responsabbli għall-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni, u t-tniġġis tal-ożonu toposferiku. Il-Protokoll ta’ Gothenburg ġie rivedut fl-2012. U d-Direttiva dwar Limiti Nazzjonali fuq l-Emissjonijiet għandha tiġi riveduta fl-2013.  

Nimmiraw is-setturi

Minbarra li tistabbilixxi standards dwar il-kwalità tal-arja għal sustanzi li jniġġsu speċifiċi u limiti fil-livell tal-pajjiż kull sena, il-leġiżlazzjoni Ewropea hija wkoll maħsuba biex timmira setturi partikolari li jaġixxu bħala sorsi ta’ tniġġis tal-arja.  

Emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja mis-settur industrijali huma rregolati, fost l-oħrajn, mid-Direttiva dwar Emissjonijiet Industrijali tal-2010 (2010/75/UE) u mid-Direttiva tal-2001 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (2001/80/KE).

Emissjonijiet mill-vetturi kienu rregolati permezz ta’ serje ta’ standards ta’ prestazzjoni u ta’ fjuwil, inkluża d-Direttiva tal-1998 li tirrelata għall-kwalità ta’ fjuwils tal-petrol u tad-diżil (98/70/KE) u standards dwar l-emissjonijiet minn vetturi, magħrufa bħala Euro standards.

Il-Euro standards 5 u 6 ikopru emissjonijiet minn vetturi żgħar inklużi karrozzi, vannijiet, u vetturi kummerċjali. Il-Euro standard 5 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011, u jeħtieġ li l-karrozzi ġodda kollha koperti mil-leġiżlazzjoni jirrilaxxaw inqas partikulati u ossidi tan-nitroġenu mil-limiti stabbiliti. Il-Euro 6, li ser jidħol fis-seħħ fl-2015, ser jimponi limiti iktar stretti fuq l-ossidi tan-nitroġenu rilaxxati minn magni tad-diżil.  

Hemm ukoll ftehim internazzjonali li jirrigwarda l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja f’oqsma oħra ta’ trasport, bħall-Konvenzjoni tal-1973 tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (MARPOL), bil-protokolli addizzjonali tagħha, li jirregolaw emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit mit-trasport marittimu.

ImaginAIR: Contamination

(c) Javier Arcenillas, ImaginAIR/EEA

“Għalkemm fortunatament għad hemm postijiet fir-Rumanija kważi selvaġġi u spettakolari, fejn in-natura mhijiex minsusa mill-bniedem, f’żoni aktar urbanizzati hemm problema ekoloġika ovvja.” Javier Arcenillas, Spanja

Naslu għall-konklużjonijiet

Sustanza li tniġġes hija ġeneralment irregolata minn aktar minn leġiżlazzjoni waħda. Il-materja partikulata, pereżempju, hija indirizzata direttament minn tliet miżuri legali Ewropej (Direttivi dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u l-limiti Euro fuq emissjonijiet minn vetturi fit-triq) u żewġ konvenzjonijiet internazzjonali (LRTAP u MARPOL). Xi prekursuri tal-PM huma trattati minn miżuri legali oħra.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-liġijiet hija mferrxa wkoll tul perjodu ta’ żmien u tintlaħaq fi stadji. Għal partikuli fini, id-direttiva dwar il-kwalità tal-arja tistabbilixxi  25 mg/m3 bħala “valur mira” li għandu jintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2010. L-istess limitu huwa stabbilit biex isir “valur limitu” sal-2015, billi jinvolvi obbligi addizzjonali.  

Għal xi setturi, il-politiki dwar l-arja jistgħu l-ewwel ikopru ċerti sustanzi li jniġġsu f’partijiet limitati tal-Ewropa. F’Settembru 2012, il-Parlament Ewropew adotta r-reviżjonijiet li ġabu l-istandards tal-UE dwar emissjonijiet tal-kubrit mill-bastimenti f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali mill-2008. Sal-2020, il-limitu fuq il-kubrit ser ikun 0.5 % fl-ibħra kollha madwar l-UE.  

Għall-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż f’dawk magħrufa bħala “Żoni ta’ Emissjoni tal-Kubrit Ikkontrollata”, il-Parlament Ewropew stabbilixxa limitu aktar strett fuq il-kubrit ta’ 0.1 % sal-2015. Meta wieħed jikkunsidra li l-fjuwil standard tal-baħar jikkontjeni 2,700 darba aktar kubrit minn diżil konvenzjonali għal karrozzi, huwa ċar li din il-leġiżlazzjoni tagħti raġunijiet b’saħħithom lis-settur marittimu biex jiżviluppa u juża fjuwils aktar nodfa.  

Implimentazzjoni fuq l-art

Il-leġiżlazzjoni Ewropea preżenti dwar il-kwalità tal-arja hija bbażata fuq il-prinċipju li l-Istati Membri tal-UE jaqsmu t-territorji tagħhom f’għadd ta’ żoni ta’ ġestjoni fejn il-pajjiżi huma meħtieġa jivvalutaw il-kwalità tal-arja billi jużaw approċċi ta’ kejl jew mudelli. Il-parti l-kbira tal-ibliet il-kbar huma ddikjarati bħala żoni ta’ dan it-tip. Jekk l-istandards dwar il-kwalità tal-arja jinqabżu f’żona, Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni Ewropea u jispjega r-raġunijiet.  

Il-pajjiżi huma mbagħad meħtieġa jiżviluppaw pjanijiet lokali jew reġjonali li jiddeskrivu kif ikollhom il-ħsieb li jtejbu l-kwalità tal-arja. Jistgħu pereżempju jistabbilixxu dawk magħrufa bħala żoni b’emissjonijiet baxxi li jirrestrinġu l-aċċess għal aktar vetturi li jniġġsu. L-ibliet jistgħu wkoll jinkoraġġixxu xift fit-trasport għal mezzi li jniġġsu anqas inkluż il-mixi, iċ-ċikliżmu, u t-trasport pubbliku. Jistgħu jiżguraw ukoll li sorsi ta’ kombstjoni industrijali u kummerċjali jiġu mgħammra b’tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet, skont l-aħħar u l-aħjar teknoloġija disponibbli.

Ir-riċerka wkoll hija kritika. Mhux biss toffrilna teknoloġiji ġodda, iżda ttejjeb ukoll l-għarfien tagħna dwar sustanzi li jniġġsu l-arja u l-effetti negattivi tagħhom fuq saħħitna u fuq l-ekosistemi tagħna. L-integrazzjoni tal-iktar tagħrif riċenti fil-liġijiet u fl-azzjonijiet tagħna tgħinna biex inkomplu ntejbu l-arja fl-Ewropa.

King's Park Copenhagen

(c) Gülçin Karadeniz

Aktar informazzjoni

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100