Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2013 / Artikoli / Il-kwalità tal-arja ġewwa

Il-kwalità tal-arja ġewwa

Biddel il-lingwa
Ħafna minna kapaċi jqattgħu sa 90 % mill-ġurnata tagħna ġewwa — fid-dar, fuq ix-xogħol jew fl-iskola. Il-kwalità tal-arja li nieħdu f’imnifsejna waqt li nkunu fil-magħluq ukoll għandha impatt dirett fuq saħħitna. X’inhu li jiddetermina l-kwalità tal-arja ta’ ġewwa? Hemm xi differenza bejn sustanzi li jniġġsu fuq barra u fil-magħluq? Kif nistgħu intejbu l-kwalità tal-arja fil-magħluq?

 Image © Jose AS Reyes | Shutterstock

Tista’ tiġi bħala sorpriża għal ħafna minna li l-arja fi triq urbana bi traffiku medju tista’ infatti tkun iktar nadifa mill-arja fis-salott tiegħek. Studji riċenti jindikaw li xi sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara jistgħu jeżistu f’konċentrazzjonijiet ogħla fi spazji fil-magħluq milli fuq barra. Fl-imgħoddi, it-tniġġis tal-arja fil-magħluq irċieva, b’mod sinifikanti, inqas attenzjoni mit-tniġġis tal-arja fuq barra, speċjalment tniġġis tal-arja ta’ barraminn emissjonijiet industrijali u tat-trasport. Madankollu, fi snin riċenti it-theddid mill-esponiment għat-tniġġis tal-arja ta’ ġewwa sar jidher aktar.  

Immaġina dar miżbugħa ġdida, imżejna b’għamara ġdida … Jew post tax-xogħol mimli b’riħa qawwija ta’ prodotti ta’ tindif… Il-kwalità tal-arja fid-djar tagħna, fil-postijiet tax-xogħol jew f’postijiet pubbliċi oħrajn tvarja konsiderevolment, skont il-materjal użat biex jinbnew, jitnaddfu u l-iskop tal-kamra, kif ukoll il-mod li bih nużawhom jew nivventilawhom.  

Kwalità ħażina tal-arja ta’ ġewwa tista’ tkun speċjalment ta’ ħsara għal gruppi vulnerabbli bħal tfal, l-anzjani, u dawk b’mard kardjovaskolari u kroniku tan-nifs bħall-ażma.  

Xi wħud mis-sustanzi prinċipali li jniġġsu l-arja ta’ ġewwa jinkludu r-radon (gass radjuattiv iffurmat fil-ħamrija), duħħan mit-tabakk, gassijiet jew partikuliminnfjuwils li jinħarqu, sustanzi kimiċi u allerġeni. Il-monossidu tal-karbonju, id-dijossidi tan-nitroġenu, partikuli, u komposti organiċi volatili jistgħu jinsabu kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa.

Miżuri ta’ politika jistgħu jkunu ta’ għajnuna

Xi sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ ġewwa u l-impatti tagħhom għas-saħħa huma magħrufa aħjar u jirċievu aktar attenzjoni pubblika minn oħrajn. Projbizzjonijiet fuq it-tipjip f’postijiet pubbliċi hija waħda minnhom.  

F’ħafna pajjiżi, il-projbizzjoni fuq it-tipjip f’diversi postijiet pubbliċi kienet kemxejn kontroversjali qabel ma kienet introdotta l-leġiżlazzjoni rilevanti. Pereżempju, fi żmien jiem mid-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fuq it-tipjip fi Spanja f’Jannar 2006, kien hemm moviment li kien qiegħed jikber biex jasserixxi dak li ħafna kkunsidraw bħala d-dritt tagħhom li jpejpu f’postijiet pubbliċi ġewwa. Iżda l-projbizzjoni wasslet ukoll għal kuxjenza pubblika akbar. Fil-jiem wara d-dħul fis-seħħ tagħha 25,000 Spanjol kuljum irrikorrew għal konsulenza medika dwar kif jaqtgħu it-tipjip.  

Il-perċezzjoni pubblika fir-rigward tat-tipjip f’postijiet pubbliċi u fuq it-trasport pubbliku. Ħafna linji tal-ajru bdew jipprojbixxu t-tipjip fuq titjiriet qosra fis-snin tmenin, segwiti minn dawk b’titjiriet itwal fis-snin disgħin.  Illum fl-Ewropa, wieħed lanqas biss tgħaddilu minn rasu li persuni li ma jpejpux jitħallew jiġu esposti għal duħħan sekondarju fuq trasport pubbliku.  

Illum ħafna pajjiżi, inklużi l-pajjiżi kollha tal-AEA, għandhom xi leġiżlazzjoni li tillimita jew tipprojbixxi t-tipjip fuq ġewwa f’postijiet pubbliċi. Wara serje ta’ riżoluzzjonijiet u rakkmandazzjonijiet mhux vinkolanti, l-Unjoni Ewropea wkoll adottat fl-2009 riżoluzzjoni li sejħet lill-Istati Membri tal-UE biex japplikaw u jimplimentaw liġijiet għall-protezzjoni sħiħa taċ-ċittadini tagħhom minn esponiment għal duħħan ambjentali tat-tabakk.

Projbizzjonijiet fuq it-tipjip dehru li tejbu l-kwalità tal-arja ta’ ġewwa. Sustanzi ta’ duħħan mit-tabakk li jniġġsu l-arja ambjentali qegħdin jonqsu fil-postijiet pubbliċi. Fir-Repubblika tal-Irlanda, pereżempju, kejl ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja f’postijiet pubbliċi f’Dublin qabel u wara l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq it-tipjip wera tnaqqis ta’ mhux aktar minn 88 % għal xi sustanzi li jniġġsu l-arja li jinsabu fid-duħħan tat-tabakk ambjentali.

Bħal fil-każ ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ barra, l-impatti ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ ġewwa mhumiex limitati għas-saħħa tagħna biss. Jiġu wkoll bi spejjeż ekonomiċi għoljin. L-esponiment għad-duħħan tat-tabakk fl-ambjent f’postijiet tax-xogħol tal-UE waħdu huwa stmat f’aktar minn EUR 1.3 biljun fi spejjeż mediċi diretti, u aktar minn EUR 1.1 biljun fi spejjeż indiretti marbuta ma’ telf fil-produttività fl-2008.

It‑tniġġis tal‑arja fil‑magħluq

It-tniġġis mill-arja ta’ ġewwa huwa ħafna iktar minn dak mid-duħħan tat-tabakk

It-tipjip mhuwiex l-uniku sors ta’ tniġġis tal-arja ta’ ġewwa. Skont Erik Lebret mill-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika u għall-Ambjent (RIVM) fl-Olanda, “It-tniġġis tal-arja ma jiqafx fuq l-għatba tagħna. Ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ barra jippenetraw fi djarna, fejn aħna nqattgħu l-parti l-kbira tal-ħin tagħna. Il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa hija effettwata minn ħafna fatturi oħra, inkluż it-tisjir, fuklari tal-injam, xamgħat jew inċens jinħarqu, l-użu ta’ prodotti tal-konsumatur bħal xama’ u lostri biex innaddfu superfiċji, materjali tal-bini bħall-formaldeide fil-plajwudd, u ritardanti tan-nar f’ħafna materjali. Imbagħad hemm ukoll ir-radon li jiġi mill-ħamrija u minn materjali tal-bini.”

Pajjiżi Ewropej qegħdin jippruvaw jittrattaw xi wħud minn dawn is-sorsi ta’ tniġġis tal-arja ta’ ġewwa. Skont Lebret, “qegħdin nippruvaw nissostitwixxu sustanzi aktar tossiċi b’sustanzi inqas tossiċi jew li nsibu proċessi li jnaqqsu l-emissjonijiet, bħal fil-każ ta’ emissjonijiet tal-formaldeide mill-plajwudd. Eżempju ieħor nistgħu narawh bit-tnaqqis ta’ ċerti materjali li jirrilaxxaw ir-radon użati fil-kostruzzjoni tal-ħitan. Dawn il-materjali intużaw fl-imgħoddi iżda l-użu tagħhom issa huwa pprojbit.”

Li wieħed jgħaddi liġijiet mhuwiex l-uniku mezz biex titjieb il-kwalità tal-arja li nieħdu; nistgħu nieħdu l-passi kollha biex nikkontrollaw u nnaqsu partikuli u sustanzi kimiċi fl-ajru fi spazji magħluqa.  

Azzjonijiet żgħar bħall-ventilazzjoni ta’ spazji magħluqa jistgħu jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-arja ta’ madwarna. Iżda xi wħud mill-azzjonijiet tagħna b’intenzjoni tajba setgħu infatti kellhom effetti ħżiena. Lebret jissuġġerixxi: “Jmissna nivventilaw, iżda m’għandna qatt nivventilaw iżżejjed minħabba li dan huwa ħela sostanzjali ta’ enerġija. Iwassal għat-tisħin u l-użu ta’ aktar fjuwils fossili, u b’konsegwenza jfisser aktar tniġġis tal-arja. Jmissna narawh bħala użu iktar sensibbli tar-riżorsi tagħna inġenerali.”

Aktar informazzjoni

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 32985 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100