Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2013 / Artikoli / Il-konnessjoni bejn ix-xjenza, il-politika u l-pubbliku

Il-konnessjoni bejn ix-xjenza, il-politika u l-pubbliku

Biddel il-lingwa
L-atmosfera, it-temp u l-varjazzjonijiet staġjonali ilhom jiġbdu l-faxxinu u l-osservazzjoni. Fir-raba’ seklu qabel Kristu, it-trattat ta’ Aristotile bl-isem ta’ Meteoroloġija ġabar l-osservazzjonijiet tal-filosfu l-kbir mhux biss fir-rigward tat-temp, iżda wkoll dwar ix-xjenzi terrestri inġenerali. Sas-17-il seklu, l-arja kienet tissimbolizza “ix-xejn”. Kien maħsub li l-arja ma kellha ebda sinifikat sakemm Galileo Galilei pprova, b’mod xjentifiku, li għandha.
ImaginAIR: L-irjieħ tal-bidla

ImaginAIR: L-irjieħ tal-bidla  Image © Tamas Parkanyi

Minn żmien ir-rivoluzzjoni industrijali, l-attività tal-bniedem qiegħda teffettwa dejjem aktar l-ekosistema tad-Dinja. Waħda mill-konsegwenzi tagħha hija t-tniġġis tal-arja. …

Tamas Parkanyi, Ungerija (ImaginAIR)

Illum għandna l-għarfien u nifmhu b’mod aktar komprensiv l-atmosfera tagħna. Nistgħu nibnu stazzjonijiet għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, u f'temp ta' minuti nistgħu naraw il-kompożizzjoni kimika tal-arja f'dawk il-postijiet u kif dawn jirrelataw għal xejriet fuq medda ta’ żmien twil. Għandna wkoll idea ġenerali ħafna aktar ċara tas-sorsi tat-tniġġis tal-arja li jeffettwaw l-Ewropa. Nistgħu nistmgħu l-ammont ta’ sustanzi li jniġġsu li jiġu rilaxxati fl-arja minn faċilitajiet industrijali individwali. Nistgħu nbassru u nagħmlu monitoraġġ ta’ movimenti fl-arja u noffru aċċess immedjat u mingħajr ħlas għal din l-informazzjoni. L-għarfien tagħna dwar l-atmosfera u l-interazzjonijiet kimiċi tagħha infatti tjiebu ħafna minn żmien Aristotile.

L-atmosfera hija kumplessa u dinamika. L-arja ddur madwar id-dinja u l-istess is-sustanzi li jniġġsu li jinsabu fl-arja. Emissjonijiet minn egżost tal-karrozzi f’żoni urbani; nirien fil-foresti; ammonja li toħroġ mill-agrikoltura; impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam tul il-pjaneta; u anke żbruffar vulkaniku jeffettwa l-kwalità tal-arja li nieħdu f’imnifsejna. F’xi każijiet, is-sorsi li jniġġsu jinstabu eluf ta’ kilometri ’l bogħod minn fejn isseħħ il-ħsara.

Nafu wkoll li l-kwalità ħażina tal-arja jista’ jkollha effett drammatiku fuq saħħitna u fuq il-benessri tagħna, kif ukoll fuq l-ambjent. It-tniġġis tal-arja jista’ jagħti bidu għal mard respiratorju u jaggravah; jista’ jagħmel ħsara lil foresti, jagħmel il-ħamrija u l-ilma aċidużi, inaqqas ir-rendiment mill-għelejjel u jikkawża korrużjoni fil-bini. Nistgħu naraw ukoll li ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja jikkontribwixxu għal tibdil fil-klima u li t-tibdil fil-klima stess ser jaffettwa l-kwalità tal-arja fil-ġejjieni.

Corn

(c) Gülçin Karadeniz

Hemm politiki li tejbu l-kwalità tal-arja iżda …

B’riżultat ta’ korp dejjem jikber ta’ evidenza xjentifika, domandi mill-pubbliku u serje ta’ leġiżlazzjonijiet, il-kwalità tal-arja fl-Ewropa tjiebet konsiderevolment fl-aħħar sittin sena. Il-konċentrazzjonijiet ta’ ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja, inklużi d-dijossidu tal-kubrit, il-monossidu tal-karbonju, u l-benżen, naqsu b’mod sinifikanti. Konċentrazzjonijiet taċ-ċomb naqsu drastikament taħt il-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni.

Iżda minkejja dawn is-suċċessi, l-Ewropa għad m'għandhiex il-kwalità tal-arja kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħha jew kif mixtieqa miċ-ċittadini tagħha. Il-materja partikulata u l-ożonu llum huma l-aktar żewġ sustanzi importanti li jniġġsu fl-Ewropa u jirrappreżentaw riskji serji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. 

Liġijiet preżenti u miżuri għall-kwalità tal-arja jimmiraw setturi, proċessi, fjuwils u sustanzi li jniġġsu speċifiċi. Xi wħud minn dawn il-liġijiet u miżuri jillimitaw l-ammont ta’ sustanzi li jniġġsu li l-pajjiżi jitħallew jirrilaxxaw fl-atmosfera. Miżuri oħra jimmiraw li jnaqqsu l-esponiment tal-popolazzjoni għal livelli mhux ideali ta’ sustanzi li jniġġsu billi jillimitaw konċentrazzjonijiet għoljin — l-ammont ta’ ċerta sustanza li tniġġes fl-arja f‘post partikolari f’ħin partikolari. 

Għadd konsiderevoli ta’ pajjiżi tal-UE jonqsu milli jilħqu l-miri tal-emissjonijiet tagħhom għal sustanza waħda jew iktar li jniġġsu l-arja (ossidi tan-nitroġenu b’mod partikolari) koperti mil-leġiżlazzjoni. Il-konċentrazzjonijiet ukoll huma sfida. Ħafna żoni urbani jissieltu ma' livelli ta' materja partikulata, dijossidu tan-nitroġenu u ożonu troposferiku ogħla mil-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

Meħtieġ aktar titjib

Sondaġġi riċenti tal-opinjoni juru li l-pubbliku Ewropew huwa kkonċernat b’mod ċar dwar il-kwalità tal-arja. Kważi wieħed minn kull ħames Ewropej jgħid li jsofri minn problemi tan-nifs, mhux kollha neċessarjament marbuta ma’ kwalità ħażina tal-arja. Erbgħa minn kull ħamsa jaħsbu li l-UE għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex tinidirizza problemi tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa.

Tlieta minn kull ħamsa ma jħossuhomx infurmati dwar kwistjonijiet tal-kwalità tal-arja f’pajjiżhom. Infatti, minkejja t-titjib sinifikanti f’għexieren ta’ snin riċenti, kemm kemm inqas minn 20 % tal-Ewropej jaħsbu li l-kwalità tal-arja fl-Ewropa tjiebet. Iktar minn nofs l-Ewropej infatti jaħsbu li l-kwalità tal-arja ddeterjorat fl-aħħar 10 snin.

Il-komunikazzjoni ta’ kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-arja hija essenzjali. Tista’ mhux biss ittejjeb l-għarfien tagħna tal-istat tal-arja fl-Ewropa llum iżda tista’ wkoll tgħin fit-tnaqqis tal-impatti tal-esponiment għal livelli għoljin ta' tniġġis tal-arja. Għal xi persuni li għandhom membri tal-familja li jsofru minn mard tan-nifs jew kardjovaskolari, li jkunu jafu l-livelli tat-tniġġis tal-arja fil-belt tagħhom jew li jkollhom aċċess għal informazzjoni preċiża u f’waqtha jista’ jkun fost il-prijoritajiet ewlenin tagħhom kuljum.

People on the street

(c) Valerie Potapova | Shutterstock

Il-benefiċċji potenzjali ta’ azzjoni huma sinifikanti

Dis-sena, l-Unjoni Ewropea ser tibda tispjega l-politika tal-ġejjieni tagħha dwar l-arja. Dan mhuwiex kompitu faċli. Min-naħa, dan jeħtieġ il-minimizzazzjoni tal-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa pubblika u fuq l-ambjent. L-estimi tal-ispejjeż ta’ dawn l-impatti huma kbar ħafna. 

Min-naħa l-oħra, ma hemm ebda soluzzjoni faċli u ta’ malajr għat-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa. Dan jeħtieġ li ħafna sustanzi differenti li jniġġsu jiġu trattati minn sorsi differenti fuq medda ta’ żmien twil. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm ċaqliq aktar strutturali fl-ekonomija tagħna lejn mudelli ta’ konsum u produzzjoni li jiffavorixxu aktar l-ambjent. 

Ix-xjenza turi li anke titjib żgħir ħafna fil-kwalità tal-arja  — partikolarment f’żoni popolati ħafna — jirriżultaw fi gwadanni għas-saħħa kif ukoll fi tfaddil ekonomiku. Dawn il-benefiċċji jinkludu: kwalità tal-ħajja aħjar għal ċittadini li jsofru inqas minn mard relatat għat-tniġġis; produttività ogħla minħabba inqas jiem ta’ mard; u spjejjeż mediċi iktar baxxi għas-soċjetà.

Ix-xjenza tgħidilna wkoll li meta tittieħed azzjoni fuq it-tniġġis tal-arja din jista’ jkollha diversi benefiċċji. Pereżempju, xi gassijiet b’effett ta’ serra huma wkoll sustanzi komuni li jniġġsu l-arja. Li jkun żgurat li l-politiki tal-klima u tal-politika jkunu ta' benefiċċju reċiproku jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fit-titjib tal-kwalità tal-arja fl-istess ħin. 

It-titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-arja jippreżenta opportunità oħra għat-titjib tal-kwalità tal-arja. F'ħafna każijiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma dawk li qegħdin jattwaw il-politiki u jittrattaw l-isfidi ta’ kuljum li jirriżultaw minn kwalità ħażina tal-arja. Ħafna drabi huma dawn l-awtoritajiet pubbliċi li jkunu l-eqreb tan-nies effettwati mit-tniġġis tal-arja. Bejniethom, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom rikkezza ta’ informazzjoni u soluzzjonijiet konkreti biex jiġi ttrattat it-tniġġis tal-arja fiż-żona tagħhom. Li dawn l-awtoritajiet lokali jingħaqdu flimkien biex jikkondividu l-isfidi, l-ideat u s-soluzzjonijiet huwa importanti ħafna. B'hekk jingħataw għodod ġodda biex jilħqu l-miri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini tagħhom, u fl-aħħar mill-aħħar inaqqsu impatti fuq is-saħħa mit-tniġġis tal-arja.

Issa qegħdin niffaċċjaw l-isfida ta’ kif ser inkomplu nittraduċu l-għarfien tagħna dejjem jikber dwar l-arja f'riżultati aħjar tal-politika u tas-saħħa. X'inhuma l-azzjonijiet li nistgħu nieħdu biex innaqqsu l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa u l-ambjent tagħna? X’inhuma l-aħjar għażliet disponibbli? U kif nistgħu naslu għalihom? 

Huwa eżattament f’mumenti bħal dawn li x-xjentist, min ifassal il-politika u ċ-ċittadin jeħtieġ li jaħdmu id f’id biex jindirizzaw dawn il-mistoqsijiet, sabiex inkunu nistgħu inkomplu intejbu l-kwalità tal-arja fl-Ewropa.


Prof. Jacqueline McGlade
Direttur Eżekuttiv

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33073 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100