Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Mill-qrib / Kif tagħmel ‘sens kummerċjali’?

Kif tagħmel ‘sens kummerċjali’?

Biddel il-lingwa
Minn impriżi żgħar sa multinazzjonali, diversi kumpaniji qed ifittxu modi kif iżommu jew iżidu s-sehem tagħhom mis-suq. Fi żminijiet ta’ kompetizzjoni globali ħarxa, il-kisba tas-sostenibbiltà tissuġġerixxi ħafna aktar milli l-immaġni korporattiva ‘ssir aktar ekoloġika’ u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Tista’ tfisser linji ġodda ta’ negozju.
Production line

Production line  Image © Stockbyte

Aktarx li l-invażjoni minn xadini kbar ma ssemmietx fost ir-riskji tan-negozju ewlenin ta’ Unilever, iżda ġrat. Fil-21 ta’ April 2008, il-kwartieri ġenerali ta’ Unilever f’Londra u l-faċilitajiet tagħha f’Merseyside, Ruma u Rotterdam ġew invaduti minn attivisti tal-Greenpeace li libsu bħal orangutani. L-attivisti kienu qed jipprotestaw kontra l-ħsara li saret fil-foresti tropikali tal-Indoneżja mill-produzzjoni taż-żejt tal-palma, użat f’ħafna prodotti ta’ Unilever. Ftit wara l-invażjoni, il-kumpanija ħabbret li kienet se tieħu ż-żejt tal-palma kollu tagħha minn sorsi ‘sostenibbli’ sal-2015. Minn dak in-nhar ’l hawn, il-kumpanija fasslet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju biex tintegra s-sostenibbiltà fil-qalba tal-prattiki tagħha.

Jistgħu jkunu bosta r-raġunijiet differenti li jimmotivaw lil kumpanija multinazzjonali biex tadotta prattiki aktar sostenibbli. Tista’ tkun marbuta mal-immaġni korporattiva ta’ kumpanija jew l-immaġni tal-marki tagħha. Is-sostenibbiltà tista’ anki tintalab mill-investituri tal-kumpanija li jistgħu jiddejqu jonfqu flushom f’kumpaniji li ma jindirizzawx ir-riskji tal-bidla ambjentali jew li mhumiex interessati milli japprofittaw mill-benefiċċji tal-eko-innovazzjoni.

Hekk kif tgħid Karen Hamilton, Viċi-President tas-Sostenibbiltà f’Unilever: ‘ma naraw l-ebda kunflitt bejn it-tkabbir u s-sostenibbiltà. Fil-fatt, dejjem aktar konsumaturi qed jitolbuna dan.’

Jew jista’ jkun sempliċiment, li l-adottar ta’ prattiki sostenibbli jagħmel sens mill-perspettiva tan-negozju. Il-kumpaniji jistgħu jiksbu vantaġġ kompetittiv u jżidu s-sehem mis-suq tagħhom. Jista’ jfisser ukoll opportunitajiet tan-negozju ġodda għal eko-intraprendituri innovattivi li jwieġbu għal talba li qed tikber għal prodotti ‘li jirrispettaw l-ambjent’.

Karen tisħaq, ‘Is-sostenibbiltà timplika anki ffrankar ta’ spejjeż. Jekk nistgħu nnaqqsu l-imballaġġ, nistgħu nnaqqsu l-użu tal-enerġija fil-fabbrika, u għalhekk jiġu ffrankati l-flus u tiżdied il-profitabbiltà.’

Fejn jistgħu jinstabu l-ideat

Ladarba kumpaniji multinazzjonali kbar jibdew jadottaw prattiki li jirrispettaw aktar l-ambjent, id-daqs tagħhom jippermettilhom jagħmlu differenza li tinħass. Għandhom it-tendenza li jsejħu lill-kollegi tagħhom biex jadottaw prattiki simili. Il-Kunsill Kummerċjali Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD), imwaqqaf fil-ġurnata ta’ qabel is-Summit ta’ Rio tal-1992 biex jagħti leħen lis-settur kummerċjali, huwa pjattaforma mwaqqfa biex tiġi promossa s-sostenibbiltà fis-settur kummerċjali.

Ir-rapport ‘Vision 2050’ (Viżjoni 2050) tad-WBCSD, mibni minn CEOs u esperti ewlenin, jispjega l-elementi essenzjali li s-settur kummerċjali għandu jimplimenta fid-deċennji li ġejjin biex tinkiseb is-sostenibbiltà globali. Fi kliem ieħor, hija sejħa għas-sostenibbiltà mis-settur stess.

L-‘elementi essenzjali’ ewlenin identfikati mid-WBCSD jirriflettu ħafna mill-għanijiet ta’ dawk li jfasslu l-politiki: tfassil tal-prezzijiet tas-suq b’tali mod li jinkludu l-ispejjeż tal-ħsara ambjentali; is-sejbien ta’ modi effiċjenti ta’ produzzjoni ta’ aktar ikel mingħajr ma jintużaw aktar art u ilma; waqfien tad-deforestazzjoni; tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju madwar id-dinja billi tibda tintuża enerġija li tirrispetta l-ambjent; u użu tal-enerġija b’mod effiċjenti kullimkien, inkluż fis-settur tat-trasport.

Il-Proġett ta’ Divulgazzjoni tal-Karbonju (CDP) huwa inizjattiva oħra li tippromwovi s-sostenibbiltà fis-settur kummerċjali. Hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, bil-għan li tikseb tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra u fl-użu tal-ilma min-negozji u l-ibliet. Is-CDP jgħin anki lill-investituri biex jivvalutaw ir-riskji tan-negozju marbuta mal-ambjent, bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tal-ilma, l-għargħar u t-tniġġis, jew sempliċiment nuqqas ta’ materja prima. Speċjalment fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, l-investituri għandhom rwol importanti dwar liema kumpaniji jsalvaw.

Copyright: Thinkstock

L-ebda soluzzjoni waħda li ssolvi kollox

Mela l-kwistjoni tibqa’: kif tista’ kumpanija tittrasforma s-sostenibbiltà f’ġestjoni tan-negozju? Ma hemmx soluzzjoni li ssolvi kollox, iżda hemm ħafna pariri u appoġġ disponibbli.

Il-pjattaformi kummerċjali sostenibbli, bħall-Kunsill Kummerċjali Dinji għallIżvilupp Sostenibbli u l-Proġett ta’ Divulgazzjoni tal-Karbonju, jipprovdu gwida lil kumpaniji li jixtiequ jsiru pijunieri. Hemm anki rakkomandazzjonijiet aktar immirati bħal-Linji gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, li huma mehmużin mad-Dikjarazzjoni tal-OECD dwar l-Investiment Internazzjonali u l-Impriżi Multinazzjonali. Jipprovdu prinċipji u standards volontarji għall-kondotta tan-negozju responsabbli għall-korporazzjonijiet multinazzjonali f’pajjiżi li aderixxew għad-Dikjarazzjoni.

Madankollu, ħafna mill-iskemi eżistenti huma volontarji u ġeneralment ikunu indirizzati fi ħdan kuntest usa’ ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.

Mhumiex biss il-maniġers ewlenin fid-diversi kumpaniji li jiggwidaw ittranżizzjoni lejn prattiki sostenibbli. Il-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi inġenerali jistgħu jgħinu lill-kumpaniji billi joħolqu kundizzjonijiet ekwi u jipprovdu inċentivi. Il-kostumi ta’ orang-utan mhux dejjem jistgħu jkunu meħtieġa, iżda anki l-konsumaturi u s-soċjetà ċivili jistgħu jibagħtu sinjal b’saħħtu lis-settur privat, sempliċiment billi juru li hemm interess fi prodotti ekoloġiċi.

Karen tikkonferma dan: ‘Il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili żgur li jridu jaħdmu flimkien. B’mod partikolari, in-negozji jistgħu jagħmlu differenza fil-katini ta’ provvista transkonfinali u, ovvjament, fl-iskala li fiha jilħqu lill-konsumaturi.’

Għal aktar tagħrif

  • Kunsill Kummerċjali Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli: www.wbcsd.org
  • Il-Proġett ta’ Divulgazzjoni tal-Karbonju: www.cdp.net

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33218 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100