Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Mill-qrib / Ħela ta’ ikel

Ħela ta’ ikel

Biddel il-lingwa
Madwar terz tal-ikel prodott madwar id-dinja jintilef jew jinħela. Meta aktar minn biljun ruħ fid-dinja jmorru jorqdu bil-ġuħ, huwa impossibbli li wieħed ma jistaqsix x’jista’ jsir. Iżda l-ħela tal-ikel mhijiex biss opportunità mitlufa biex jintemgħu dawk bil-ġuħ. Tirrappreżenta anki telf sostanzjali ta’ riżorsi oħra bħall-art, l-ilma, l-enerġija — u x-xogħol.
Food waste

Food waste  Image © Istock

Sinjuri jew fqar, żgħar jew kbar, ilkoll kemm aħna għandha bżonn l-ikel. L-ikel jirrappreżenta ħafna aktar minn sempliċi sors ta’ nutriment u varjetà għanja ta’ togħmiet f’ħalqna. Aktar minn 4 biljun ruħ jiddependu fuq tliet għelejjel komunissimi — ross, qamħirrun u qamħ. Dawn it-tliet għelejjel komunissimi jipprovdu żewġ terzi mill-konsum enerġetiku tagħna. Peress li hemm aktar minn 50 000 speċi ta’ pjanti li jittieklu, il-menù ta’ kuljum veru tagħna jidher ferm nieqes bi ftit mijiet ta’ speċijiet biss li jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel.

B’biljuni li jiddependu fuq ftit għelejjel komunissimi, iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel mill-2006 sal-2008 inħasset madwar id-dinja. Għad li l-pajjiżi żviluppati ġeneralment irnexxielhom jitimgħu l-popolazzjonijiet tagħhom, partijiet mill-Afrika kellhom jissieltu mal-ġuħ. Dan ma seħħx biss għaliex is-suq falla.

It-tibdil fil-klima jżid mal-pressjonijiet fuq is-sigurtà alimentari u ċerti reġjuni jħossu l-pressjoni aktar minn oħrajn. Nixfiet, nirien jew għargħar ixekklu b’mod dirett il-kapaċità produttiva. Sfortunatament, it-tibdil fil-klima spiss jaffettwa lil pajjiżi li huma l-aktar vulnerabbli u l-inqas probabbli li jkollhom il-mezzi biex jadattaw irwieħhom. Iżda f’ċertu sens, l-ikel huwa anki sempliċiment ‘prodott’ ieħor. Il-produzzjoni tiegħu teħtieġ riżorsi bħall-art u l-ilma. L-istess bħal prodotti oħrajn fis-suq, jiġi kkonsmat jew użat, u jista’ jinħela. Ammont sostanzjali ta’ ikel jinħela, b’mod partikolari f’pajjiżi żviluppati, u dan ifisser anki ħela tar-riżorsi użati fil-produzzjoni ta’ dak l-ikel.

Is-settur tal-ikel u l-ħela ta’ ikel huma fost l-oqsma ewlenin li l-Kummissjoni Ewropea xeħtet dawl fuqhom fil-‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi’ ta’ Settembru 2011. Għad li huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li qed naħlu xi ikel li qed nipproduċu, huwa kemxejn diffiċli li tinħareġ stima preċiża. Il-Kummissjoni Ewropea tikkalkola li fl-UE biss, 90 miljun tunnellata ta’ ikel, jew 180 kg għal kull persuna, jinħela kull sena. Ħafna minn dan l-ikel ikun għadu tajjeb għal konsum mill-bniedem.

Mhux biss fuq l-ikel

Copyright: Gülcin KaradenizL-impatti ambjentali tal-ħela ta’ ikel mhumiex limitati għall-użu tal-art u l-ilma. Skont il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea, ilkatina tal-valur tal-ikel u x-xorb fl-UE tikkawża 17% tal-emissjonijiet diretti ta’ gass b’effett ta’ serra u 28 % tal-użu tar-riżorsi materjali tagħna.

Tristram Stuart, awtur u wieħed millorganizzaturi ewlenin ta’ ‘Feeding the 5k’ (inizjattiva ta’ tmigħ ta’ 5 000 persuna fi Trafalgar Square f’Londra), jirrikonoxxi li ħafna mill-pajjiżi sinjuri jaħlu bejn terz u nofs l-ikel kollu tagħhom.

‘Mhijiex biss problema tad-dinja sinjura. Xi kultant il-pajjiżi li qed jiżviluppaw isofru minn livelli ta’ ħela ta’ ikel kważi daqs dawk tal-pajjiżi sinjuri, iżda għal raġunijiet ferm differenti. In-nuqqas ta’ infrastruttura agrikola, bħat-teknoloġija ta’ wara l-ħsad, hija dik bl-akbar nuqqasijiet. Tista’ tgħid li tinħela tal-inqas terz mill-provvista tal-ikel kollu tad-dinja’, jgħid Tristram.

Il-ħela tal-ikel isseħħ f’kull stadju talproduzzjoni u l-katina ta’ provvista kif ukoll fl-istadju tal-konsum. U jista’ jkun hemm bosta raġunijiet għal dan. Parti mill-ħela tal-ikel hija kkawżata mil-leġiżlazzjoni, spiss implimentata biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem. Parti oħra tista’ tkun marbuta mal-preferenzi u d-drawwiet talkonsumaturi. L-istadji u r-raġunijiet differenti kollha jridu jiġu analizzati u ttrattati kif meħtieġ biex tonqos il-ħela tal-ikel.

Il-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea jsejjaħ għal ‘sforz ikkombinat min-naħa talbdiewa, tal-industrija tal-ikel, tal-bejjiegħa blimnut u tal-konsumaturi, permezz ta’ tekniki tal-produzzjoni li jkunu jużaw ir-riżorsi b’mod effiċjenti, u ta’ għażliet sostenibbli tal-ikel’. Il-mira Ewropea hija ċara: jitnaqqas bin-nofs ir-rimi tal-ikel li jista’ jittiekel fl-UE sal-2020. Fil-fatt, xi membri tal-Parlament Ewropew sejħu għall-2013 biex tingħażel bħala s-‘sena Ewropea kontra l-ħela tal-ikel’.

‘Ma hemmx rimedju ħafif. Kull problema individwali differenti teħtieġ soluzzjoni differenti,’ jgħid Tristram, filwaqt li jżid, ‘L-aħbar tajba hija li aħna nistgħu nnaqqsu l-impatt ambjentali tagħna u dan ma għandux għalfejn ikun sagrifiċċju. Mhuwiex daqslikieku n-nies qed jintalbu jivvjaġġaw inqas, jieklu inqas jew isuqu inqas, affarijiet li kollha kemm huma jista’ jkollna bżonn nagħmluhom. Fil-fatt hija opportunità. Irridu biss nieqfu narmu l-ikel u minflok, ingawduh.’

Għal aktar tagħrif

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under:

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33082 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100