Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Intervista / L-iskart fil-Groenlandja

L-iskart fil-Groenlandja

Biddel il-lingwa
Minn ibliet densament popolati sa villaġġi remoti, kull fejn ngħixu niġġeneraw l-iskart. Ikel żejjed, skart elettroniku, batteriji, karti, fliexken tal-plastik, ħwejjeġ, għamara antika — dawn kollha jridu jintremew. Uħud jispiċċaw jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati; oħrajn jinħarqu għall-enerġija jew jintbagħtu f’miżbliet. Ma hemmx mod wieħed kif jiġi ġestit l-iskart, li jkun japplika għall-iskart kollu kullimkien. Il-mod kif nagħmlu dan irid jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi lokali. Wara kollox, l-iskart jibda bħala problema lokali. Minħabba l-popolazzjoni sparsa, id-distanzi twal bejn il-villaġġi u n-nuqqas ta’ infrastrutturi tagħha, il-gvern tal-Groenlandja jindirizza l-problema tal-iskart tal-pajjiż bil-mod li ġej.
Waste in Greenland

Waste in Greenland  Image © EEA/Ace&Ace

Intervista ma’ Per Ravn Hermansen

Per Ravn Hermansen jgħix f’Nuuk, il-belt kapitali tal-Groenlandja. Mar jgħix hemm mid-Danimarka biex jaħdem fil-ġestjoni tal-iskart fil-Ministeru għall-Affarijiet Domestiċi, in-Natura u l-Ambjent tal-Groenlandja.

Kif inhi l-ħajja fil-Groenlandja?

‘Il-ħajja f’Nuuk mhijiex differenti wisq minn dik fl-ibliet ta’ daqs medju, bħal ħafna mill-ibliet li wieħed isib fid-Danimarka. Għandek l-istess tip ta’ ħwienet u faċilitajiet. Madwar 15 000 ruħ jgħixu f’Nuuk. Filwaqt li kemm il-Groenlandiż kif ukoll id-Daniż huma mitkellma f’Nuuk, f’villaġġi iżgħar jitkellmu kważi biss bilGroenlandiż.

Ilni ngħix hawn sa mill-1999 u naħseb li n-nies jikkonsmaw tipi ta’ prodotti l-istess bħall-bqija tad-dinja, bħal kompjuters u mowbajls. Naħseb ukoll li n-nies qed isiru aktar konxji mill-problema tal-iskart.’

Għalfejn il-problema tal-iskart fil-Groenlandja hija unika?

Copyright: EEA/Ace&Ace‘Madwar 55 000 ruħ jgħixu fil-Groenlandja u bħal fil-bqija tad-dinja, in-nies jiġġeneraw l-iskart. Minn diversi perspettivi, il-‘problema’ tal-iskart fil-Groenlandja hija waħda aktarx komuni. In-negozji u d-djar tal-Groenlandja jiġġeneraw diversi tipi ta’ skart u għandna bżonn namministrawh b’mod li ma nħassrux l-ambjent.

Minn perspettivi oħrajn, il-problema tal-iskart fil-Groenlandja hija unika minħabba d-daqs tagħha, aktar preċiżament minħabba l-villaġġi mifruxin tagħha. Hemm sitt ibliet relattivament kbar, 11-il belt iżgħar u madwar sittin villaġġ bi 30 sa 300 abitant mifruxin tul il-kosta. Il-parti l-kbira tal-popolazzjoni tgħix fuq il-kosta tal-Punent, iżda hemm villaġġi u bliet żgħar matul il-kosta tal-Lvant ukoll.

Huma biss sitt ibliet li għandhom impjanti ta’ inċinerazzjoni u dawn mhumiex biżżejjed biex jittrattaw ammont suffiċjenti ta’ skart inċinerabbli fil-livell ambjentali. U ma hemmx toroq li jgħaqqdu flimkien l-ibliet u l-villaġġi, u dan ifisser li ma nistgħux nittrasportaw faċilment l-iskart lejn l-impjanti ta’ inċinerazzjoni. Primarjament, il-prodotti huma ttrasportati bil-baħar.

Bħalissa, għandna biss idea approssimattiva dwar l-ammont ta’ skart muniċipali ġġenerat fil-Groenlandja u naħsbu li qed jiżdied. Nofs il-villaġġi għandhom dak li jien insejħilhom fran tal-inċinerazzjoni, filwaqt li l-bqija għandhom inċinerazzjoni fil-miftuħ jew miżbliet.

Finalment, naħseb li l-problemi kollha relatati mal-iskart għandhom diversi elementi komuni, iżda kollha huma uniċi. L-iskart huwa problema lokali b’implikazzjonijiet usa’. Is-soluzzjonijiet iridu jieħdu inkunsiderazzjoni din idduwalità.‘

U x’jiġri minn skart perikoluż u skart elettroniku?

‘Il-faċilitajiet fl-ikbar bliet iżarmaw l-iskart elettroniku u jittrattaw l-iskart perikoluż, li mbagħad jinħażnu fuq il-post sakemm jintbagħtu fid-Danimarka. Il-Groenlandja timporta kull tip ta’ prodotti, inklużi ikel, ħwejjeġ u karozzi, li ħafna minnhom jiġu bil-baħar minn Aalborg. L-iskart perikoluż u elettroniku jitgħabba fuq il-bastimenti li jkunu ġabu l-merkanzija u li jkunu sejrin lura lejn id-Danimarka.’

Fis-snin riċenti, il-kumpaniji multinazzjonali tat-tħaffir bdew ifittxu riżervi ta’ żejt jew minerali li għadhom ma ġewx sfruttati. X’jiġri mill-iskart tat-tħaffir?

‘Fil-Groenlandja għandha politika ‘ta’ bieb wieħed’, li tippermetti lill-kumpaniji ta’ tħaffir biex jiksbu l-permessi kollha meħtieġa mill-istess awtorità pubblika. Dan ifisser li huma jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom, li jkunu jkopru l-aspetti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom, inkluż l-iskart, lill-Uffiċċju tal-Minerali u ż-Żejt Mhux Maħdum.

Kważi l-attivitajiet kollha tagħhom isiru ftit ‘il bogħod mill-ibliet u l-villaġġi. Għal skart inċinerabbli, il-kumpanniji jistgħu jagħmlu ftehimiet ma’ muniċipalitajiet lokali biex jużaw l-impjanti ta’ inċinerazzjoni. Din id-domanda żejda għal inċinerazzjoni tikkaġuna pressjoni żejda fuq il-kapaċità ta’ inċinerazzjoni lokali.‘

Kif qed tindirizza din il-problema?

‘Waħda mill-għażliet proposti bħalissa tikkonsisti fil-bini ta’ impjanti ta’ inċenerazzjoni reġjonali u t-trasport tal-iskart. Huwa ċar li ma nistgħux nibnu impjanti ta’ trattament tal-iskart f’kull belt. Qed nanalizzaw anki l-ġenerazzjoni tas-sħana — it-tisħin tad-djar billi naħarqu l-iskart.

F’ibliet iżgħar, qed nibdew nistabbilixxu faċilitajiet għaż-żarmar ta’ skart elettroniku u għall-ġestjoni ta’ skart perikoluż. Għal villaġġi iżgħar, qed inqiegħdu kontenituri għall-iskart elettroniku u l-iskart perikoluż, li mbagħad jistgħu jiġu ttrasportati lejn il-faċilitajiet fl-ibliet.

Bħalissa qed nimplimentaw żewġ proġetti piloti għat-trasport ta’ skart inċinerabbli lejn l-ibliet fejn hemm impjanti ta’ inċinerazzjoni.

Il-Gvern tal-Groenlandja għandu pjan ta’ ġestjoni tal-iskart nazzjonali u l-attività li għadni kif semmejt hija parti minn dan il-pjan.’

Per Ravn HermansenPer Ravn Hermansen, Ministeru għall-Affarijiet Domestiċi, in-Natura u l-Ambjent tal-Groenlandja

Għal aktar tagħrif

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33007 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100