Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Artikoli / Lokali u globali

Lokali u globali

Biddel il-lingwa
Topics: ,
Meta niffaċċjaw l-iskarsezza jew il-pressjonijiet akbar fuq ir-riżorsi vitali bħall-ilma u l-art, il-kwistjoni dwar min jiddeċiedi tista’ tkun importanti daqs dik dwar kif jiġu amministrati u użati r-riżorsi. Il-koordinazzjoni globali spiss hija essenzjali iżda mingħajr approvazzjoni u involviment lokali, xejn ma jista’ jsir b’mod effettiv.
Vietnamese market

Vietnamese market  Image © Pawel Kazmierczyk

Aktarx li lkoll kemm aħna smajna l-istorja ta’ Hans Brinker, it-tifel żgħir Olandiż, li għadda lejl b’subgħajh fit-toqba tad-diga biex isoddha u jwaqqaf l-ilma milli jidħol u jgħarraq il-belt ta’ Harlem. Ħafna ta’ spiss jossorprendu ruħhom meta jsiru jafu li l-istorja nkitbet minn awtriċi Amerikana, Mary Mapes Dodge (1831–1905), li qatt ma marret fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Joep Korting mhuwiex magħruf daqs dak it-tifel, iżda huwa ħolqa ewlenija f’waħda mill-aktar sistemi ta’ ġestjoni tal-ilma sofistikati fid-dinja, li tinkludi amministrazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll tillinkja ma’ awtoritajiet f’pajjiżi oħrajn u sistemi ta’ monitoraġġ kompjuterizzati sofistikati li jużaw satelliti biex jivverifikaw l-infrastruttura mingħajr waqfien.

Joep huwa wkoll wieħed mil-links fuq il-post, essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ waħda mill-aktar direttivi ambizzjużi u komprensivi tal-leġiżlazzjoni Ewropea li qatt kien hawn — id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD).

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ssejjaħ għal azzjoni koordinata biex jinkiseb ‘stat tajjeb’ għall-ilmijiet kollha tal-UE, inkluż l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, sal-2015. Tistabbilixxi wkoll dwar kif għandna namministraw ir-riżorsi tal-ilma tagħna fuq il-bażi ta’ distretti ta’ baċiri tax-xmajjar naturali. Diversi partijiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u d-Direttiva dwar l-Għargħar, jikkomplementaw id-WFD fit-titjib u l-ħarsien tal-ilmijiet u l-ħajja akkwatika tal-Ewropa.

Nerġgħu nikkunsidraw il-mod kif ngħixu

Mhuwiex sigriet li l-ilma huwa problema kbira fil-Pajjiżi l-Baxxi. Madwar 25 % taż-żona tal-art ta’ dan il-pajjiż — li fuqha tgħix 21 % tal-popolazzjoni Olandiża — hija taħt il-livell tal-baħar. Ħamsin fil-mija taż-żona tal-art hija biss metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Iżda l-Pajjiżi l-Baxxi għandu aktar mill-baħar dwar xiex jitħasseb. Il-provvista ta’ ilma frisk liċ-ċittadini u n-negozji, il-ġestjoni tax-xmajjar li ġejjin minn pajjiżi oħrajn kif ukoll in-nuqqas ta’ ilma fil-perjodi sħan huma biss uħud mill-kompiti li dan il-pajjiż iħabbat wiċċu magħhom.

L-Olandiżi mhumiex waħedhom. L-ilma qed isir problema kritika madwar id-dinja. Matul is-seklu 20, esperjenzjajna tkabbir li qatt ma deher qabel fil-popolazzjoni, l-ekonomija, il-konsum u l-produzzjoni ta’ skart. L-estrazzjoni ta’ ilma biss ittripplat tul l-aħħar 50 sena.

L-ilma huwa biss wieħed mir-riżorsi taħt pressjoni dejjem akbar. Hemm ħafna aktar problemi ambjentali, mill-kwalità tal-arja sad-disponibbiltà tal-art, li ġew serjament affettwati mill-iżviluppi ewlenin bħall-popolazzjonijiet, l-ekonomiji u l-konsum li qegħdin dejjem jikbru.

Għad li ma għandniex l-istampa sħiħa, dak li nafu dwar l-ambjent iġegħelna nerġgħu nikkunsidraw il-mod kif nużaw u namministraw ir-riżorsi tagħna. Din il-kunsiderazzjoni mill-ġdid — l-ekonomija li tirrispetta l-ambjent — tista’ tinvolvi bidla fundamentali fil-mod kif ngħixu, ninnegozjaw, nikkonsmaw u nittrattaw l-iskart tagħna, bidla fir-relazzjoni sħiħa tagħna mal-pjaneta. Element ewlieni tal-ekonomija li tirrispetta l-ambjent hija l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali tad-Dinja. Iżda xi tfisser ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi? Kif tista’ ssir fil-każ tal-ilma?

Copyright: UN Photo/Logan AbassiL-ilma huwa riżorsa vitali. Isostnina, jgħaqqadna u jgħinna nirnexxu. Is-soċjetajiet tagħna ma jistgħux jgħixu mingħajr ilma frisk. Niddependu fuqu mhux biss biex inkabbru l-ikel tagħna, iżda anki biex nipproduċu kważi kull prodott u servizz ieħor li ngawdu.

Ġestjoni tal-ilma fuq il-post

Joep jibda jaħdem fl-awtorità lokali tal-ilma f’Deurne, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fit-8 a.m. kull għodwa. Fost il-kompiti ewlenin tiegħu hemm il-verifika ta’ numru żgħir tas-17 000 kilometru ta’ digi f’dan il-pajjiż żgħir — li 5 000 kilometru minnhom jipproteġu kontra l-baħar u x-xmajjar ewlenin.

Joep jivverifika wkoll il-kanali, ix-xtabi u s-swieqi — xi kultant ineħħi l-iskart jew il-qtugħ mill-agrikoltura, u xi kultant isewwi t-tagħmir imħassar. Ikun xi jkun il-kompitu, kostantament ikejjel l-għoli tal-ilma u jniżżel noti dwar arranġamenti possibbli biex jiġi amministrat.

Iż-żona fejn jaħdem Joep għandha 500 ilqugħ li huma sorveljati ta’ kuljum. Billi jdawwar l-ilqugħ ’il fuq jew ’l isfel il-livell tal-ilma jiżdied jew jonqos biex jiġi kkontrollat il-moviment tal-ilma madwar ir-reġjun. Minkejja s-sistemi kollha b’teknoloġija avvanzata, Joep u seba’ kollegi jħaddmu u jikkontrollaw ix-xtabi b’mod manwali kuljum. Il-livelli tal-ilma huma sorveljati ta’ kuljum u hemm pjan ta’ azzjoni ta’ emerġenza u linji tat-telefon għal emerġenza li jaħdmu 24 siegħa kuljum.

Copyright: Thinkstock

Demokrazija tal-partijiet interessati

Joep u l-kollegi tiegħu qed jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda mill-bords Olandiżi dwar l-ilma. Bħalissa hemm 25 Bord lokali dwar l-Ilma fil-Pajjiżi l-Baxxi. Flimkien, jirrappreżentaw kunċett istituzzjonali ġej mis-seklu 13 meta l-bdiewa ngħaqdu u fasslu ftehimiet biex jieħdu l-ilma flimkien mill-għelieqi tagħhom. B’mod uniku, il-bords dwar l-ilma huma kompletament awtonomi mill-gvern lokali u għandhom ukoll il-baġits tagħhom u l-elezzjonijiet tagħhom — u dan jagħmel il-bords dwar l-ilma l-eqdem istituzzjonijiet demokratiċi fil-Pajjiżi l-Baxxi.

‘Dan ifisser li meta jsiru diskussjonijiet dwar il-baġit jew l-elezzjonijiet lokali, ma nkunux qed nikkompetu ma’ investimenti fi grawnds tal-futbol lokali, faċilitajiet tal-iskejjel, ċentri għaż-żgħażagħ jew xi triq ġdida — li jistgħu jkunu għażliet aktar popolari,’ qalet Paula Dobbelaar, Kap ta’ distrett tal-bord dwar l-ilma ta’ Aa en Maas u l-kap ta’ Joep.

‘Għandna anki attivitajiet ta’ kuljum, pereżempju, fir-rigward tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, qed nippruvaw nagħtu aktar ħelsien lix-xmajjar tagħna — billi nippermettulhom jisserpu u jsibu triqthom u mhux biss jgħaddu f’mogħdija dritta. Billi nagħtuhom dan il-ħelsien u nagħtuhom aktar spazju, dawn jieħdu natura ferm differenti — isiru parti minn ekosistema aktar naturali mill-ġdid,’ tgħid Paula.

‘Il-problema fil-Pajjiżi l-Baxxi hija li aħna konna ferm organizzati fl-imgħoddi u rnexxielna nindirizzaw il-problemi tal-ilma — żammejna lil kulħadd sikur għal 50 sena — imma issa n-nies ma għadhomx japprezzaw dan kollu. Pereżempju, is-sena l-oħra, kellna xita qalila f’din il-parti tal-Ewropa u filwaqt li n-nies fil-Belġju kienu ferm imħassba dwar din il-ħaġa, l-Olandiżi ma kinux — stennew li din il-problema tiġi indirizzata,’ kompliet Paula.

Kif intqal, il-membri tal-awtorità lokali dwar l-ilma huma eletti iżda 15 % biss tal-popolazzjoni tivvota f’dawn l-elezzjonijiet. ‘Mhuwiex verament rappreżentattiv u mill-ġdid huwa riżultat tal-fatt li l-persuni Olandiżi saru xi ftit indifferenti għall-kwistjonijiet dwar l-ilma,’ qalet.

Il-medda wiesgħa bejn lokali u globali

L-għażliet politiċi ewlenin għall-ġestjoni sostenibbli u effettiva tal-ilma trid tinkludi l-innovazzoni teknoloġika, governanza flessibbli u kooperattiva, parteċipazzjoni u sensibilizzazzjoni pubblika u strumenti u investimenti ekonomiċi. L-involviment ta’ persuni fil-livell lokali huwa essenzjali.

‘Ċertament, l-ilma jgħaqqadna fillivell globali u lokali — il-problemi u s-soluzzjonijiet,’ qalet Sonja Timmer li taħdem fid-Dipartiment Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni Olandiża tal-Maniġers Reġjonali tal-Ilma, l-organizzazzjoni ġenerika għall-ġestjoni tal-ilma madwar il-Pajjiżi l-Baxxi.

‘Il-fatt huwa li minkejja livell għoli ta’ standards tas-sikurezza fil-Pajjiżi l-Baxxi, qed nesperjenzjaw livelli ogħla tal-baħar, xitwiet ferm nixfin segwiti minn aktar inċidenti ta’ xita mhux mistennija, imsejħa ’’kapriċċjuża’’ f’Awwissu, u fis-snin riċenti, bħala riżultat tax-xita qalila fl-Isvizzera u l-Ġermanja, ir-Rhine kienet qed tkun ferm għolja. Dak l-ilma jispiċċa hawn.’

Żamma tal-enfasi fuq l-ambjent

Copyright: Gülcin Karadeniz‘Ovvjament, il-ġestjoni ta’ aktar ilma li f’ċerti żminijiet ifur bejn konfini internazzjonali, jew ta’ livelli ogħla tal-baħar tinvolvi azzjoni internazzjonali. Aħna parti minn netwerk internazzjonali u millesperjenzi kondiviżi tagħna nosservaw li jekk l-ilma ma jkunx fl-aħbarijiet kuljum, xogħolna jsir aktar diffiċli,’ tgħid Sonja.

‘Għalija, xogħolna fil-livell lokali huwa marbut ma’ dak nazzjonali u internazzjonali’ tgħid Paula. Minn naħa, għandna impjegati li jmorru jivverifikaw l-ilqugħ u l-mogħdijiet tal-ilma …. u jiżguraw li dawn jibqgħu nodfa u li l-livelli tal-ilma jkunu dawk li jridu l-klijenti tagħna (bdiewa, ċittadini, organizzazzjonijiet ta’ konservazzjoni tan-natura). Min-naħa l-oħra, għandna pjanijiet kbar li huma ttrasformati minn prinċipji ferm astratti tal-WFD tal-UE fi protokolli konkreti biex Joep iħaddimhom f’dan il-qasam. Illum napprezza dan l-aspett lokali. Qabel, kont naħdem madwar id-dinja f’livell strateġiku — f’livell għoli bi ftit li xejn fehim dwar il-bżonn li l-istrutturi lokali jiġu rranġati.’

‘Meta tkun bilqiegħda mal-ministri titkellem dwar l-istrateġija globali dwar l-ilma, mhuwiex faċli li tibqa’ prattiku. Din kienet problema kbira għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw — ħafna strateġija fil-livell għoli — ftit li xejn fehim, infrastruttura, investimenti prattiċi.’

‘Hekk kif il-problemi dwar l-ilma jsiru realtà urġenti fl-Ewropa, għandna bżonn dan l-approċċ lokali ‘prattiku’ kif ukoll il-pjanijiet akbar’, tgħid Paula.

‘Għandi tmien persuni li jikkontrollaw ix-xtabi kuljum. Kollha jgħixu hawn u jifhmu n-nies lokali u l-kundizzjonijiet lokali. Mingħajr dawn l-affarijiet, tispiċċa bi pjan wieħed li jfalli li sempliċiment jiġi sostitwit b’ieħor. Irridu naħdmu fuq dan ilkoll kemm aħna — billi nagħmlu d-differenza b’mod lokali — filwaqt li tingħata s-setgħa linnies biex jieħdu ħsieb il-problemi tal-ilma tagħhom stess,’ tgħid.

‘Il-livell lokali huwa importanti wkoll,’ taqbel Sonja. ‘Il-governanza, l-approċċ funzjonali, deċentralizzat, jista’ jieħu bosta forom u għalhekk jaħdem. Irridu biss nerġgħu nġibu l-parteċipazzjoni tan-nies u nispjegawlhom li hemm riskju u li rriduhom jibqgħu jieħdu sehem,’ tgħid.

Kriżi ta’ governanza

Għad li partijiet tad-dinja qed iħabbtu wiċċhom mar-riskju ta’ skarsezza ta’ ilma u oħrajn mar-riskju ta’ għargħar, id-diskors dwar kriżi globali tal-ilma mhuwiex preċiż. Minflok, qed niffaċċjaw kriżi tal-governanza tal-ilma.

Biex jintlaqħu l-ħtiġijiet ta’ soċjetà effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, is-sostenn tal-iżvilupp tal-bniedem u dak ekonomiku, u ż-żamma tal-funzjonijiet essenzjali tal-ekosistemi tal-ilma, jeħtieġ li aħna nagħtu leħen, lobby, lill-ekosistemi li ħafna drabi huma siekta. Qed nitkellmu dwar għażliet politiċi — għażliet li jridu jkunu bbażati fuq il-qafas governattiv u istituzzjonali t-tajjeb.

Illum spiss issir referenza għall-istorja tat-tifel ċkejken li deffes subgħajh fid-diga, biex jiġu spjegati l-bosta approċċi differenti għall-ġestjoni ta’ sitwazzjoni. Tista’ tirreferi għat-teħid ta’ azzjoni żgħira biex jiġi evitat diżastru kbir. Tista’ tfisser ukoll li jsir tentattiv biex jiġu mfejqa s-sintomi minflok ma jiġu indirizzati l-kawżi.

Ir-realtà hija li ġestjoni effettiva tal-ilma, bħall-ġestjoni ta’ ħafna riżorsi oħrajn, se teħtieġ soluzzjonijiet li jħaddmu taħlita ta’ azzjonijiet u deċiżjonijiet fil-livelli varji. Il-miri u l-impenji globali jistgħu biss jiġu ttrasformati f’kisbiet konkreti jekk ikun hemm persuni bħal Joep u Paula biex jimplimentawom.

Ir-Rivoluzzjoni tal-Informazzjoni

Xi kultant, is-satelliti jistgħu jwettqu aktar kompiti minn dawk li nbnew għalihom. Flimkien ma’ ftit kollegi kreattivi, Ramon Hanssen, Professur tal-Osservazzjoni tad-Dinja fl-Università tat-Teknoloġija ta’ Delft, żviluppa sistema għall-monitoraġġ tas-17 000 kilometru ta’ digi fil-Pajjiżi l-Baxxi. Minn dawn, 5 000 kilometru jipproteġu l-Olanda mill-baħar u x-xmajjar ewlenin.

Ikun impossibbli li jiġu spezzjonati dawn kollha spiss mill-art. Dan ikun jiswa wisq. Billi juża stampi tar-radar mis-satelliti ta’ osservazzjoni Ewropej tad-Dinja Envisat u ERS-2, id-Direttorat-Ġenerali għaxXogħol Pubbliku u l-Ġestjoni tal-Ilma (Rijkswaterstaat) jista’ jivverifika d-digi ta’ kuljum. Anki l-iżgħar moviment jista’ jiġi identifikat, għaliex it-tkejjil huwa preċiż sal-inqas millimetru.

Copyright: Shutterstock

Hanssen semma l-kunċett ‘Hansje Brinker’ wara t-tifel leġġendarju li deffes subgħajh fid-diga biex jipproteġi l-Pajjiżi l-Baxxi mill-għargħar. Allura dan ifisser li l-ispezzjonijiet tad-Direttorat-Ġenerali mhumiex meħtieġa aktar? Skont il-Professur Hanssen, dan mhuwiex il-każ. Ir-radar jindika liema żoni jeħtieġu l-attenzjoni minħabba l-moviment. Spettur jista’ jdaħħal il-koordinati fis-sistema ta’ navigazzjoni tiegħu, li wkoll hija applikazzjoni tat-teknoloġija tal-ispazju, u mbagħad iwettaq riċerka aktar dettaljata fuq il-post.

Għal aktar tagħrif

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33208 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100