Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Artikoli / L-għajxien f’soċjetà tal-konsum

L-għajxien f’soċjetà tal-konsum

Biddel il-lingwa
Topics: ,
Deċennji ta’ tkabbir relattivament kostanti fl-Ewropa biddlu l-mod ta’ kif ngħixu. Nipproduċu u nikkunsmaw aktar prodotti u servizzi. Nivvjaġġaw u ngħixu aktar. Iżda l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi tagħna ġewwa d-dar u barra pajjiżna saru akbar u aktar viżibbli. Il-leġiżlazzjoni ambjentali, meta tiġi implimentata sew, tikseb riżultati effettivi. Wara li jiġi osservat x’inbidel fl-aħħar għoxrin sena, madankollu, nistgħu ngħidu li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu?
Consumer choices

Consumer choices  Image © Thinkstock

Meta Carlos Sánchez twieled fl-1989, kienu jgħixu kważi 5 miljun ruħ fiż-żona metropolitana l-kbira ta’ Madrid. Il-familja ta’ Carlos kienet tgħix f’appartament b’żewġt ikmamar tas-sodda fiċ-ċentru tal-belt; ma kellhomx karozza, iżda kellhom sett tatteleviżjoni.

Dak iż-żmien, il-famlija ta’ Carlos ma kinitx l-unika familja Spanjola li ma kellhiex karozza. Fl-1992, sitt snin wara li daħlet fl-Unjoni Ewropea, Spanja kellha 332 karozza privata għal kull 1 000 abitant. Fl-2009, kważi żewġ deċennji aktar tard, 480 minn kull 1 000 persuna Spanjola kellha karozza, ftit ogħla l-medja tal-Unjoni Ewropea.

Meta Carlos kellu ħames snin, il-familja Sánchez xtrat l-appartament ta’ ħdejha u għaqqdithom flimkien. Meta kellu tmien snin, xtraw l-ewwel karozza tagħhom iżda kienet ‘second hand’.

Soċjetajiet li jixjieħu

Mhux il-mezzi ta’ trasport tagħna biss inbidlu. Is-soċjetajiet tagħna nbidlu wkoll. Ħlief għal ftit eċċezzjonijiet, in-numru ta’ tfal imwielda għal kull mara ma nbidilx b’mod sinifikanti fil-pajjiżi tal-UE skont id-dejta tal-aħħar 20 sena. Fl-1992, in-nisa Spanjoli kellhom medja ta’ 1.32 tifel/tifla u fl-2010 l-figura telgħet ftit, għal 1.39 — ferm inqas mil-livell ta’ sostituzzjoni ġeneralment aċċettat ta’ 2.1 tifel/tifla għal kull mara. Fl-2009, ir-rata ta’ fertilità totali fl-UE-27 kienet ta’ madwar 1.5.

Madankollu, il-popolazzjoni tal-UE qed tikber, l-aktar minħabba l-immigrazzjoni. Ngħixu aktar u aħjar ukoll. Fl-2006, l-istennija tal-għomor fit-twelid kienet ta’ 76 sena għall-irġiel u 82 sena għan-nisa. Fi tmiem Ottubru 2011, il-popolazzjoni tad-dinja laħqet is-7 biljun ruħ. Minkejja tnaqqis fir-rati ta’ fertilità fl-aħħar żewġ deċennji, ilpopolazzjoni tad-dinja hija mistennija tkompli tikber sakemm tistabbilizza għal madwar 10 biljuni fl-2100.

Hemm ukoll xejra ta’ żieda fir-rati ta’ urbanizzazzjoni. Aktar minn nofs il-popolazzjoni globali issa tgħix fiż-żoni urbani. Fl-UE, madwar tliet kwarti jgħixu f’żoni urbani. L-effetti huma viżibbli anki f’bosta bliet Ewropej, inkluża Madrid. Fl-2011, il-popolazzjoni fl-akbar żona ta’ Madrid laħqet is-6.3 miljuni.

Inkabbru l-ikel tagħna f’fertilizzanti u pestiċidi petrokimiċi. Ħafna mill-materjali ta’ kostruzzjoni tagħna — konkos, plastiks u l-bqija — huma magħmula minn fjuwils fossili, bħalma huma wkoll ħafna mill prodotti farmaċewtiċi tagħna. Ħwejjiġna, fil-parti l-kbira tagħhom, huma magħmula minn fibri sintetiċi fotokimiċi. It-trasport, l-enerġija, it-tisħin, u d-dawl tagħna kollha jiddependu minn fjuwils fossili wkoll. Bnejna ċivilità sħiħa fuq it-tħaffir għad-depożiti ta’ karbonju tal-Perjodu Karboniferu.
… il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni li jgħixu ħamsin elf sena mil-lum… aktarx li se jikkaratterizzawna bħala n-nies tal-fjuwils fossili u dan il-perjodu bħala l-Era tal-Karbonju, hekk kif aħna rreferejna għall-perjodi tal-imgħoddi bħala Żmien il-Bronż u Żmien il-Ħadid.

Jeremy Rifkin, President tal-Fondazzjoni dwar ix-Xejriet Ekonomiċi u konsulent għall-Unjoni Ewropea. Silta mill-ktieb tiegħu ‘The Third Industrial Revolution’ (‘It-Tielet Rivoluzzjoni Industrijali’).

Tkabbir kullimkien

Coyright: Stockxpert.comF’dawn l-aħħar deċennji, Spanja, bħal bosta pajjiżi Ewropej oħrajn, esperjenzat tkabbir ekonomiku kostanti, dħul akbar u, sa ftit ilu, dik li kienet dehret bħala soluzzjoni vera għall-problemi tal-qgħad ta’ Spanja. L-‘isplużjoni’ ekonomika ġiet aċċelerata minn self disponibbli minnufih — pubbliku u privat — abbundanza ta’ materja prima u influss ta’ immigranti mill-Amerika Ċentrali u t’Isfel u mill-Afrika.

Meta twieled Carlos, minbarra ftit netwerks tal-IT imqabbda bejniethom, l-Internet (hekk kif nafuh illum) ma kienx jeżisti. Il-mowbajls kienu rari, tqal biex iġġorrhom miegħek u mhux affordabbli għal ħafna min-nies. Ħadd ma kien sema’ bil-komunitajiet online jew in-netwerks soċjali. Għal ħafna komunitajiet madwar il-pjaneta, ‘teknoloġija’ kienet tfisser forniment affidabbli ta’ elettriku. It-telefon kien jiswa l-flus u mhux dejjem kien aċċessibbli. Il-vaganzi barra l-pajjiż kienu biss għal dawk il-ftit privileġġati.

Minkejja diversi fażijiet ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-aħħar 20 sena, l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kibret b’40%, b’medji ftit ogħla fil-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u l-2007. Il-bini marbut mat-turiżmu kien xprun partikolarment importanti fil-każ ta’ Spanja. F’pajjiżi Ewropej oħrajn, it-tkabbir ekonomiku ġie xprunat anki minn setturi bħal dawk tas-servizzi u tal-manifattura.

Illum, Carlos jgħix mal-ġenituri tiegħu fl‑istess indirizz. Kollha għandhom karozza u mowbajl tagħhom. L-istil tal-ħajja tal‑familja Sanchez mhuwiex xi eċċezzjoni meta mqabbel mal-istandards Ewropej.

Impronta globali akbar

L-impatt tal-Ewropa fuq l-ambjent kiber b’mod parallel mat-tkabbir ekonomiku kemm fl-Ewropea kif ukoll madwar id-dinja. Il-kummerċ kien strumentali fit-trawwim tal‑prosperità kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll fil-firxa tal‑impatti ambjentali tal-attivitajiet tagħna.

Fl-2008, f’termini ta’ piż, l-Unjoni Ewropea importat sitt darbiet aktar materjali milli esportat. Id-differenza hija kważi kompletament dovuta għal-livell għoli ta’ importazzjoniiet ta’ fjuwil u prodotti tal‑minjieri.

Politika taħdem, jekk tiġi mfassla u implimentata sew

Rikonoxximent globali akbar tal-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali beda ferm qabel is-Summit dwar id-Dinja ta’ Rio tal-1992. Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE tmur lura għal kmieni fis-snin sebgħin u l-esperjenza minn dak iż-żmien uriet li, meta tiġi implimentata b’mod effettiv, il-leġiżlazzjoni ambjentali tagħti riżultati tajbin.

Pereżempju, id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar (1979) u d-Direttiva dwar il-Ħabitats (1992) jipprovdu qafas legali għaż-żoni protetti tal-Ewropa. L-Unjoni Ewropea issa ddikjarat aktar minn 17% taż-żona tal-art tagħha u aktar minn 160 000 km2 lil hinn mill-kosta bħala parti min-netwerk ta’ protezzjoni tan-natura tagħha, ‘Natura 2000’. Għad li bosta speċijiet u ħabitats Ewropej għadhom mhedda, Natura 2000 hija pass vitali fid-direzzjoni t-tajba.

Anki politiki ambjentali oħrajn ħallew impatt pożittiv fuq l-ambjent Ewropew. B’mod ġenerali, il-kwalità tal-arja ambjentali tjiebet b’mod sinifikanti fl-aħħar żewġ deċennji. Iżda t-tniġġis tal-arja fuq distanza twila u xi sustanzi li jniġġsu l-arja lokali għadhom jaffettwaw saħħitna. Il-kwalità tal-ilmijiet Ewropej tjiebet ukoll b’mod sostanzjali grazzi għal-leġiżlazzjoni Ewropea, iżda ħafna mis-sustanzi niġġiesa meħlusa flarja, fl-ilma u l-art ma jgħibux malajr, anzi jakkumulaw.

L-Unjoni Ewropea bdiet ukoll tkisser ir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra. Madankollu, l-emissjonijiet globali jibqgħu jiżdiedu, u qed jikkontribwixxu għal konċentrazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju fl-atmosfera u fl-oċeani.

Copyright: ThinkstockHemm xejra simili fl-użu materjali. L-ekonomija Ewropea tipproduċi aktar b’inqas użu ta’ riżorsi. Iżda xorta għadna nużaw ferm aktar riżorsi minn dak li l-art u l-ibħra Ewropej jistgħu jipprovdulna. L-UE għadha tiġġenera ammonti kbar ta’ skart iżda minnu qed tirriċikla u terġa’ tuża sehem li dejjem qed jikber.

Sfortunatament, meta nippruvaw nindirizzaw problema ambjentali waħda, nirrealizzaw li l-kwistjonijiet ambjentali ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod iżolat u individwali. Iridu jiġu integrati f’politiki ekonomiċi, ippjanar urban, politiki tas-sajd u tal-biedja, u l-bqija.

Pereżempju l-estrazzjoni tal-ilma taffettwa l-kwalità u l-kwantità tal-ilma fis-sors u lil hinn minnu. Meta l-kwantità ta’ ilma fissors tkompli tonqos minħabba estrazzjoni ogħla, is-sustanzi niġġiesa meħlusa flilma jkunu dilwiti inqas u jkollhom impatt negattiv akbar fuq l-ispeċijiet li jiddependu fuq dak l-ilma. Biex inkunu nistgħu nfasslu u niksbu titjib sinifikanti fil-kwalità tal-ilma, irridu nindirizzaw ukoll qabelxejn għalfejn l-ilma qed ikun estratt.

Bidla f’passi żgħar

Minkejja d-diskrepanzi fl-għarfien tagħna, ix-xejriet ambjentali li qed naraw illum jitolbu azzjoni deċiżiva u immedjata li tinvolvi lil dawk li jfasslu l-politiki, lin-negozjanti u liċ-ċittadini. F’xenarju taż-żamma tal-istatus quo, id-deforestazzjoni globali se tkompli b’rati kritiċi u t-temperaturi globali medji jistgħu jiżdiedu sa 6.4 °C sa tmiem is-seklu. Jekk il-livell tal-baħar se jogħla, se jqiegħed f’riskju waħda mill-aktar riżorsi ta’ valur li għandha — l-art — fil-gżejjer baxxi u f’żoni kostali.

INegozjati internazzjonali spiss jieħdu s-snin biex jiġu konklużi u implimentati. Leġiżlazzjoni nazzjonali mfassla tajjeb taħdem meta tiġi implimentata bis-sħiħ iżda hija limitata minn restrizzjonijiet ġeopolitiċi. Diversi kwistjonijiet ambjentali mhumiex ristretti fi ħdan il-konfini nazzjonali. Finalment, jista’ jkun li lkoll kemm aħna nħossu l-impatti tad-deforestazzjoni, tat-tniġġis tal-arja jew tar-rimi fil-baħar.

Ix-xejriet u l-attitudnijiet jistgħu jinbidlu — pass wara pass. Għandha fehim tajjeb ta’ fejn konna 20 sena ilu u fejn aħna llum. Veru li ma għandniex soluzzjoni mirakoluża waħda li se ssolvi l-problemi ambjentali kollha tagħna f’daqqa, iżda għandha idea, anzi, pakkett ta’ ideat, għodod u politiki biex jgħinuna nittrasformaw l-ekonomija tagħna f’waħda ekoloġika. L-opportunità li nibnu ġejjieni sostenibbli fl-20 sena li jmiss qiegħda hemm u aħna rridu nisfruttawha.

Copyright: EEA/Ace&Ace

Nisfruttaw l-opportunità

Kemm nisfruttaw l-opportunità li għandha quddiemna jiddependi mill-għarfien komuni tagħna. Nistgħu noħolqu momentum biżżejjed biex nittrasformaw il-mod kif ngħixu biss billi nifhmu x’qegħdin nirriskjaw. L-għarfien qed jiżdied iżda mhux dejjem huwa biżżejjed. L-insigurtà ekonomika, il-biża’ mill-qgħad u t-tħassib dwar is-saħħa jidhru li jiddominaw il-ħsibijiet tagħna ta’ kuljum. U dan mhuwiex differenti għal Carlos jew għal sħabu, speċjalment minħabba it-taqlib ekonomiku fl-Ewropa.

Bejn it-tħassib dwar l-istudji tal-bijoloġija u l-prospetti tal-karriera tiegħu, Carlos mhuwiex ċert dwar kemm il-ġenerazzjoni tiegħu hija konxja mill-problemi ambjentali fl-Ewropa u fid-dinja. Madankollu, bħala resident urban huwa jirrikonoxxi li l-ġenerazzjoni tal-ġenituri tiegħu kellhom rabta aktar mill-qrib man-natura għaliex, f’ħafna mill-famliji, tal-inqas wieħed millġenituri trabba fil-kampanja. Anki wara li marru jgħixu fil-belt għax-xogħol, żammew relazzjoni aktar mill-qrib man-natura.

Copyright: Gülcin KaradenizCarlos jaf qatt ma jkollu rabta simili mannatura iżda huwa ħerqan sewwa biex tal-inqas jagħmel xi ħaġa — imur l-università bir-rota. Saħansitra kkonvinċa lil missieru biex imur ix-xogħol bir-rota.

Il-fatt huwa li l-insigurtà ekonomika, issaħħa, il-kwalità tal-ħajja u anki l-indirizzar tal-qgħad kollha kemm huma jiddependu fuq l-iżgurar ta’ pjaneta b’saħħitha. Tnaqqis rapidu tar-riżorsi naturali tagħna u l-qerda tal-ekosistemi li tant jipprovdulna benefiċċji, ftit li xejn se jipprovdu ġejjieni sigur u f’saħħtu għal Carlos jew il-ġenerazzjoni tiegħu. Ekonomija ekoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għadha l-aqwa u l-aktar għażla vijabbli biex tiġi żgurata prosperità ekonomika u soċjali fit-tul.

Għal aktar tagħrif

  • EEA — SOER 2010 Assessment of global megatrends (Valutazzjoni tal-Megaxejriet Globali tal-2010 ta’ SOER).
  • UNEP — Keeping track of our changing environment: From Rio to Rio+20 (Nissorveljaw l-ambjent tagħna li qed jinbidel: Minn Rio sa Rio+20)

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under:

Kummenti

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100