Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2012 / Artikoli / It-triq lejn sostenibbiltà globali

It-triq lejn sostenibbiltà globali

Biddel il-lingwa
Erba’ deċennji ta’ governanza ambjentali għenuna nibnu istituzzjonijiet biex nifhmu u nindirizzaw aħjar il-problemi ambjentali. Għoxrin sena wara s-Summit dwar id-Dinja tal-1992, il-mexxejja tad-dinja ltaqgħu mill-ġdid f’Rio de Janeiro biex iġeddu l-impenn globali għal ekonomija ekoloġika u għat-titjib tal-governanza globali.
India

India  Image © Thinkstock

L-ewwel darba li ltaqgħet il-komunità internazzjonali kollha biex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tal-ambjent tad-dinja kien fil-Konferenza tan-NU dwar l-Ambjent tal-Bniedem (Stokkolma, 1972). Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), li se jkun qed jiċċelebra l-40 anniversarju tiegħu fl-2012, ġie stabbilit wara din il-konferenza, bħall-ministeri tal-ambjent f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.

Żvilupp sostenibbli jfisser bosta affarijiet għal bosta persuni. Madankollu, definizzjoni storika mill-1987 tispjegah bħala: ‘Żvilupp li jilħaq il-ħtiġijiet tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-abilità tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni biex jilħqu l-ħtiġijiet proprji tagħhom’ (ir-rapport tal-Kummissjoni Brundtland ‘Il-Futur Komuni Tagħna’). Dawn il-‘ħtiġijiet’ mhumiex biss interessi ekonomiċi iżda anki l-bażi ambjentali u soċjali li fuqha tissawwar il-prosperità globali.

F’Ġunju 1992, persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet minn 172 pajjiż iltaqgħu f’Rio de Janeiro għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Iżvilupp. Il-messaġġ tagħhom kien ċar: ‘xejn inqas minn trasformazzjoni tal-attitudnijiet u l-imġiba tagħna mhu se jġib il-bidliet meħtieġa’. Is-Summit tal-1992 kien jirrappreżenta bidla importanti biex il-kwistjonijiet ambjentali u dawk relatati mal-iżvilupp jiddaħħlu bil-qawwa fl-arena pubblika.

Is-‘Summit dwar id-Dinja’ sawwar il-bażi għal diversi ftehimiet internazzjonali importanti dwar l-ambjent:

  • Aġenda 21 — pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp sostenibbli
  • id-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp
  • id-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji dwar il-Foresti
  • il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
  • il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika
  • il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.

Eżattament għoxrin sena wara s-Summit storiku ta’ Rio, id-dinja se tiltaqa’ għal darb’oħra biex tiddiskuti u tiddeċiedi kif l-aħjar timxi ’l quddiem. Is-Summit dwar id-Dinja tal-2012 se jkun ir-raba’ summit ta’ dan it-tip u jirrappreżenta kisba kbira oħra fl-isforzi internazzjonali għall-kisba ta’ żvilupp sostenibbli. L-ekonomija ekoloġika u l-governanza ambjentali globali se jkunu fuq nett tal-aġenda.

Nirrappreżenta aktar minn nofs il-popolazzjoni dinjija. Aħna l-maġġoranza siekta. Tajtuna siġġu f’din is-sala, iżda l-interessi tagħna mhumiex fuq il-medja. X’jeħtieġ biex wieħed ikollu sehem f’din il-kwistjoni? Lil dawk li jinfluwenzaw lill leġiżlaturi? Influwenza mill korporazzjonijiet? Flus? Ilkom tinnegozjaw tul ħajti kollha. F’dak iż-żmien, ma rnexxilkomx twettqu l-iskopijiet, ma lħaqtux il-miri, u ma żammejtux kelmtkom.

Anjali Appadurai, student tal-College of the Atlantic, meta tkellem f’isem l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fid-9 ta’ Diċembru 2011, f’Durban, l-Afrika t’Isfel
Data ta’ għeluq tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Klima

Ma hemm l-ebda triq mgħaġġla u ħafifa lejn is-sostenibbiltà. It-tranżizzjoni teħtieġ sforz kollettiv minn dawk li jfasslu l-politiki, in-negozji u ċ-ċittadini wkoll. F’ċerti mumenti, dawk li jfasslu l-politiki jridu jipprovdu inċentivi biex jippromwovu l-innovazzjoni jew l-appoġġ għal negozji li jirrispettaw l-ambjent.

F’każijiet oħrajn, il-konsumaturi jista’ jkollhom iġarrbu spejjeż żejda marbutin mal-proċessi ta’ produzzjoni aktar sostenibbli. Jista’ jkollhom jitolbu prodotti li jirrispettaw aktar lill-ambjent mill-manifatturi tal-marki favoriti tagħhom jew inkella jagħżlu prodotti aktar sostenibbli. Id-ditti jridu jiżviluppaw proċessi ta’ produzzjoni nodfa u jesportawhom madwar id-dinja.

Problemi kumplessi, soluzzjonijiet kumplessi

Il-kumplessità tal-istrutturi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet globali tagħna tirrifletti l-kumplessità li nsibu fl-ambjent. Huwa diffiċli li jinstab il-bilanċ ġust bejn il-leġiżlazzjoni, l-inizjattivi tas-settur privat u l-għażliet talkonsumaturi. Daqstant ieħor huwa diffiċli li jinstab il-‘livell ġust’ li jittieħed fil-mira — li jvarja bejn lokali sa globali.

Il-politika ambjentali ssir aktar effettiva jekk tiġi deċiża u implimentata fuq skali differenti, u l-‘livell it-tajjeb’ ivarja skont il-kwistjoni kkonċernata. Ara l-ġestjoni tal-ilma. L-ilma frisk huwa riżorsa lokali li hija suxxettibbli għal pressjonijiet globali.

Copyright: Thinkstock

Il-ġestjoni tal-ilma fil-Pajjiżi l-Baxxi, pereżempju, issir mill-awtoritajiet lokali iżda hija soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea. Il-ġestjoni tal-ilma fil-Pajjiżi l-Baxxi mhux biss trid tindirizza l-kwistjonijiet lokali u x’jiġri fil-pajjiżi ġirien fejn hemm l-għejun taxxmajjar. It-tisħin globali huwa mistenni jgħolli l-livelli tal-ilma, li jfisser li l-Bords Olandiżi dwar l-Ilma jridu jibdew jippjanaw għal dan.

Ħafna mill-politiki u l-istituzzjonijiet globali eżistenti, inkluż il-UNEP, ġew stabbiliti għaliex is-soluzzjonijiet lokali jew nazzjonali naqsu milli jindirizzaw il-problemi, u l-koordinazzjoni globali jew internazzjonali kienet mistennija tikseb riżultati aħjar. L-UNEP inħoloq wara l-Konferenza ta’ Stokkolma għaliex il-parteċipanti qablu li ċerti kwistjonijiet ambjentali jistgħu jiġu indirizzati aħjar fil-livell globali.

Ħtieġa ta’ impenn imġedded

Copyright: ShutterstockIllum, il-kummerċ globali jippermetti lil ħafna minna li ngawdu t-tadam u l-banana tul is-sena kollha, kif ukoll prodotti li jgħaqqdu flimkien komponenti minn madwar id-dinja. Din l-għaqda ġġib magħha bosta vantaġġi iżda tista’ ġġib anki riskji. It-tniġġis ikkawżat minn persuna oħra jista’ jispiċċa f’darek. Din l-għaqda tfisser li aħna ma nistgħux inwarrbu r-responsabbiltà tagħna fil-protezzjoni tal-ambjent globali.

Il-Konvenzjoni Qafas tal-UN dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) kienet waħda mill-kisbiet tas-Summit dwar id-Dinja ta’ Rio tal-1992. Għandha l-għan li tistabbilizza l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima. Is-suċċess ta’ diversi ftehimiet internazzjonali, bħall-UNFCCC, jiddependi mill-impenn tal-partijiet involuti. Sfortunatament, jekk numru limitat biss ta’ pajjiżi jieħdu l-impenn, aktarx li dan ma jkunx biżżejjed biex jiġi protett l-ambjent, anki jekk dawn isegwu l-prinċipji ta’ ekonomija ekoloġika bis-sħiħ.

Is-summit ta’ din is-sena joffri opportunità biex jiġġedded l-impenn globali għassostenibbiltà. Bħala ċittadini, konsumaturi, xjenzjati, mexxejja ta’ negozji u dawk li jfasslu l-politiki, ilkoll kemm aħna rridu nassumu r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħna — kif ukoll għall-passività tagħna.

Silta mid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, 3-14 ta’ Ġunju 1992, Rio de Janeiro, Brażil

  • Prinċipju 1: Il-bniedem huwa fil-qalba tat-tħassib għall-iżvilupp sostenibbli. Huwa intitolat għal ħajja b’saħħitha u produttiva f’armonija man-natura.
  • Prinċipju 2: L-Istati, skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali, għandhom id-dritt sovran li jisfruttaw ir-riżorsi tagħhom stess skont il-politiki ambjentali u ta’ żvilupp tagħhom, u r-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet fi ħdan il-ġurisdizzjoni jew kontroll tagħhom ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent ta’ Stati oħrajn jew ta’ żoni lil hinn mil-limiti ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali.
  • Prinċipju 3: Id-dritt għall-iżvilupp irid jiġi sodisfatt biex l-ekwitabbiltà tilħaq il-ħtiġijiet ta’ żvilupp u ambjentali tal-ġenerazzjonijiet attwali u dawk tal-ġejjieni.
  • Prinċipju 4: Biex jinkiseb żvilupp sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi parti integrali mill-proċess ta’ żvilupp u ma tistax titqies iżolata minnu.
  • Prinċipju 5: L-Istati kollha u l-persuni kollha għandhom jikkooperaw fil-kompitu essenzjali li jeliminaw il-faqar bħala rekwiżit indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli, biex jonqsu d-diskrepanzi flistandard tal-għajxien u jiġu sodisfatti aħjar il-ħtiġijiet tal-parti l-kbira tal-persuni tad-dinja.

Għal aktar tagħrif

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under:

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33019 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100