Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

L-Artiku

Biddel il-lingwa
Itla’ livell
  • Dines Mikaelsen minn Tasilaaq, villaġġ tal-gżira ta' Amassalik fuq il-kosta tal-lvant ta' Greenland innota sinjali ta' tisħin. "Ħames snin ilu, fit-Tramuntana ta' Greenland, ma kont issib ebda dubbiena. Issa għandhom id-dubbien. Hawnhekk id-dubbien jasal xahar qabel milli kien jasal qabel," jgħid Dines. Click to view full-size image… 1.2 MB
  • Riżultat ieħor tal-ekosistemi li qegħdin jinbidlu kien it-theddida għall-prattika ta' kkaċċjar tal-annimali tal-baħar, ħaġa li hija ta' importanza fundamentali għall-kultura tal-Inuits indiġeni fi Greenland. Click to view full-size image… 998.0 KB
  • Dines jgħid li f'Tasilaaq, in-numru ta' kaċċaturi naqas b'iktar min-nofs tul dawn l-aħħar snin. Iħoss li dan huwa parzjalment dovut għan-nuqqas ta' previdibilità tas-silġ tax-xitwa, kif ukoll għal tendenzi fil-popolazzjoni tal-foki u, minħabba l-globalizzazzjoni, nies isibu modi ġodda kif jaqilgħu l-għixien tagħhom. Click to view full-size image… 946.0 KB
  • Dines huwa kaċċatur Inuit li kellu jiddiversifika. Illum il-ġurnata huwa jieħu gruppi ta' turisti miegħu meta jmur jikkaċċja. Click to view full-size image… 977.8 KB
  • Mat-tielet sparatura, Dines joqtol foka. It-turisti huma xi ftit ixxukkjati, għalkemm dan huwa dak li ġew jaraw. Click to view full-size image… 1.1 MB
  • L-Inuit ma jisparawx għall-gost. Il-foka kollha tintuża: il-ġilda għall-ħwejjeġ, ix-xaħam għaż-żejt għat-tisjir u lubrifikanti, u l-laħam jittiekel min-nies u l-klieb. Click to view full-size image… 899.6 KB
  • Il-ftuħ ta' mogħdijiet tal-baħar ifisser li jiġu aktar vapuri tat-turisti kull sena. It-turisti jiġu għal vjaġġi tal-kaċċa akkompanjati fir-rebbiegħa u fis-sajf, u fix-xhur tal-ħarifa u tax-xitwa, nies lokali jieħduhom għal sledding bil-klieb u sajd fuq is-silġ. Click to view full-size image… 1.1 MB
  • Huwa probabbli li jiżdiedu ħafna attivitajiet ekonomiċi oħrajn fl-Artiku hekk kif is-silġ qiegħed jirtira. In-nies sejrin ikunu jistgħu jistadu aktar lejn it-tramuntana, ir-riżorsi taż-żejt u tal-gass sejrin jiġu sfruttati, u t-trasport interkontinentali ta' oġġetti sejjer ikun possibbli b'ilma iktar miftuħ u silġ irqaq. Click to view full-size image… 834.0 KB
  • In-nies indiġeni tal-Artiku huma wħud mill-ewwel nies fid-dinja li esperjenzaw l-impatti reali tat-tibdil fil-klima, u li kellhom jaddattaw l-istil ta' ħajja u kultura tagħhom. Iż-żamma tal-bilanċ tal-benefiċċji ekonomiċi ta' Artiku iktar sħun kontra r-riskji ambjentali sejjer ikun sfida importanti. Click to view full-size image… 1.0 MB
  • Il-ħajja fl-Artiku qiegħda tinbidel. Matul dawn l-aħħar 50 sena, it-temperaturi żdiedu bid-doppju tal-medja tad-dinja, u dan qiegħed jibdel il-pajsaġġ billi jdewweb il-glaċieri u jiftaħ mogħdijiet tal-baħar. Click to view full-size image… 1.1 MB
  • Is-silġ li qiegħed idub fl-Artiku huwa ta' tħassib kbir minħabba li l-poli tat-tramuntana u tan-nofsinhar għandhom rwol ewlieni fit-tkessiħ tal-klima tad-dinja. Jekk it-temperaturi li dejjem qegħdin jogħlew iżjed jibqgħu jagħmlu hekk bir-rata mbassra, dan ikollu konsegwenzi kbar għalina lkoll. Click to view full-size image… 980.7 KB
  • Fl-2007, l-ammont ta' silġ tal-baħar tas-sajf kien inqas minn nofs il-volum li kien fl-2003. Silġ tal-baħar iktar antik, eħxen u iktar stabbli qiegħed jisparixxi u n-netwerk delikat tal-ekosistemi tal-Artiku diġà ġie affettwat. Click to view full-size image… 336.6 KB

Kontenut relatat

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100