Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

Ordni globali ġdida

Biddel il-lingwa
Il-potenza globali qiegħda tinbidel. Superpotenza waħda ma għadx għandha ħakma sħiħa u l-blokki ta’ potenza reġjonali huma dejjem aktar importanti, kemm ekonomikament kif ukoll diplomatikament. Hekk kif l-interdipendenza globali u l-kummerċ jespandu, l-Ewropa tista’ tibbenifika jekk tespandi l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tagħha u l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Il-bidliet futuri fil-poter ekonomiku jistgħu jfissru li l-UE jkollha inqas influwenza globali fil-futur. Fid-dawl tal-bidliet attwali fil-mekkaniżmi tal-governanza globali, it-tfassil ta’ linji politiċi biex jirrappreżentaw l-interessi Ewropej b’mod effettiv fuq livell internazzjonali ser ikun sfida politika importanti.

Għaliex hija importanti għalik din il‑bidla fil-potenza globali?

Meta l-pajjiżi jikbru b’pass relattivament mgħaġġel, huma spiss jiggwadanjaw saħħa ekonomika minħabba s-swieq tal-produzzjoni u tal-konsum dejjem jikbru tagħhom. Huma jistgħu jeżerċitaw dak il-poter f’negozjati internazzjonali fuq kwistjonijiet ekonomiċi (bħal ostakoli għallkummerċ u l-istandards tal-prodotti). Iżda huma jistgħu wkoll jużaw dik l-influwenza f’oqsma oħrajn, inkluż fil-kuntest tan-negozjati ambjentali.

Ir-riżorsi li jipprovdu l-enerġija lill-ekonomiji nazzjonali jinfluwenzaw ukoll il-bilanċ tal-poter. Il-pussess ta’ riżorsi essenzjali jista’ jkompli jtejjeb il-kompetittività u l-influwenza talekonomiji emerġenti, partikolarment minħabba d-distribuzzjoni globalment irregolari tar-riżorsi. Pereżempju, huwa maħsub li aktar minn nofs il-ħażna ta’ lithium tad-dinja, metall li fil-preżent huwa essenzjali għall-karozzi ibridi u dawk li jaħdmu għal kollox bl-elettriku, tinsab fil-Bolivja.

L-użu globali tan-Neodymium, li huwa materjal essenzjali għal ħafna teknoloġiji avvanzati tallaser, huwa mistenni li jiżdied b’erba’ darbiet matul it-30 sena li ġejjin. Dan l-element huwa disponibbli biss fi kwantità fiċ-Ċina. It-tkabbir fl-industriji relatati ser ikun kważi dipendenti għal kollox fuq iċ-Ċina u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Il-konsegwenzi għall-Istati li jippossjedu dawn ir-riżorsi u għall-ekonomiji li jiddependu fuq l-importazzjonijiet tagħhom ser ikunu konsiderevoli.

Graff 1: Materji prima magħżula

Għaliex il-kompetizzjoni intensifikata tar-riżorsi globali hija importanti għall-Ewropa? L-aċċess sigur għar-riżorsi naturali huwa fattur kruċjali għall-bażi tal-produzzjoni tal-Ewropa. L-Ewropa hija relattivament fqira fir-riżorsi u jeħtieġ li timporta ħafna mir-riżorsi li jkollha bżonn.

Għal aktar informazzjoni ara: Global megatrends: kompetizzjoni globali intensifikata għar-riżorsi: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends

Graff 1: Materji prima magħżula

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33015 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100