Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2011 / Earth 2050 global megatrend / Kompetizzjoni globali intensifikata għall-ħażniet dejjem jonqsu tar-riżorsi

Kompetizzjoni globali intensifikata għall-ħażniet dejjem jonqsu tar-riżorsi

Biddel il-lingwa
L-Ewropa kif tista’ tibqa’ tgħix fil-ġirja intensifikata għar-riżorsi skarsi? It-tweġiba tista’ tinsab fi produzzjoni u użu tar-riżorsi aktar effiċjenti, teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni u ż-żieda tal‑kooperazzjoni mal-imsieħba barranin.

Messaġġ ewlieni: Il-ħażniet ta’ riżorsi naturali fid-dinja diġà qegħdin jonqsu. Popolazzjoni globali akbar u aktar sinjura bi ħtiġijiet akbar ta’ konsum joħolqu domanda akbar għal ħafna affarijiet, fosthom l-ikel, l-ilma u l-enerġija. Fil-ġejjieni, iż-żieda tad-domanda u n-nuqqas ta’ provvista jistgħu jintensifikaw il-kompetizzjoni globali għar-riżorsi. SOER 2010: valutazzjoni tematika – il-konsum u l-ambjent

Għaliex ir-riżorsi huma importanti għalik?

L-aċċess sigur għar-riżorsi huwa kruċjali għall‑Ewropa. L-Ewropa hija relattivament fqira fir-riżorsi u għalhekk jeħtieġ li timporta ħafna minnhom. Dan huwa partikolarment minnu jekk wieħed iqis it-tkabbir kontinwu fid-domanda għall‑enerġija u għar-riżorsi meħtieġa sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta’ teknoloġija avvanzata.

Materja prima (pereżempju minerali): L-iskarsezza dejjem tikber, fuq medda ta’ żmien fit tul, tal-minerali u l-metalli, jistgħu jwasslu lill-Ewropa biex iddur għal sorsi li sa issa kienu meqjusa bħala mhux ekonomiċi. L-espansjoni tal-minjieri għandha bosta effetti ambjentali, inkluż tibdil fil-pajsaġġi, it-tniġġis tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-iskart. Ir-riżervi minerali ta’ kwalità aktar ħażina jistgħu jfissru li l-isfruttar ta’ sorsi bħal dawn ikun inqas effiċjenti fl-użu tal‑enerġija.

Riżorsi naturali (pereżempju uċuħ tar-raba’ għall-ikel): Popolazzjoni akbar u aktar sinjura sal-2050 timplika domanda għal produzzjoni agrikola darbtejn ogħla mil-lum. Din jista’ jkollha impatti f’termini ta’: it-telf tal-ekosistemi naturali, il-ħsara fis-servizzi tal-ekosistemi, inkluż iċ-ċiklu tal-karbonju u tal-ilma, u impatti fuq il-forniment tal-ikel u l-fibra.

Graff 3: It-tibdil fiż-żona tal-art agrikola

Il-popolazzjoni tad-dinja tista’ tikber b’mod sinjifikanti matul id-deċennji li ġejjin u d-dieti qegħdin jinbidlu miċ-ċereali għal-laħam hekk kif il-ġid qiegħed ikompli jiżdied. Skont in-Nazzjonijiet Uniti (UNFAO), id-domanda għall-ikel, l-għalf u l-fibri tista’ tiżdied b’70 % sal-2050. Din għandha implikazzjonijiet konsiderevoli għall-użu tal-art u l-ekosistemi naturali.

Għal aktar informazzjoni ara: Global megatrends: il-ħażniet dejjem jonqsu tar-riżorsi naturali: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends

Graff 3: It-tibdil fiż-żona tal-art agrikola

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33122 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100