Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2011 / Earth 2050 global megatrend / It-tkabbir ekonomiku, aktar milli t-tkabbir tal-popolazzjoni, ser ikun il-forza ewlenija tal-konsum

It-tkabbir ekonomiku, aktar milli t-tkabbir tal-popolazzjoni, ser ikun il-forza ewlenija tal-konsum

Biddel il-lingwa
Il-popolazzjoni globali ser tkun għadha qiegħda tikber fl-2050, iżda b’pass aktar bil-mod minn fil-passat. In-nies ser ikomplu jgħixu aktar fit-tul, ikunu edukati aħjar u jemigraw aktar. Xi popolazzjonijiet ser jiżdiedu, filwaqt li oħrajn jonqsu. L-emigrazzjoni hija biss wieħed millprospetti imprevedibbli għall-Ewropa u d-dinja.

Għaliex id-demografija globali hija importanti għalik?

It-tkabbir tal-popolazzjoni jinfluwenza ħafna mill-megatrends globali. L-istabbilizzazzjoni tal-popolazzjoni umana – li mistennija sseħħ fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu – mhijiex ser issolvi l-problemi tad-dinja iżda tista’ tgħin fl-isforzi lejn żvilupp sostenibbli.

Popolazzjoni li tkun qiegħda tikber iżżid l-użu tar-riżorsi naturali, it-tniġġis ambjentali u bidliet fl-użu tal-art bħall-urbanizzazzjoni. Il-bidliet fix-xejriet demografiċi globali jkollhom impatti diretti fuq l-ambjent Ewropew permezz tat-tibdil fil-klima u l-konsum tar-riżorsi.

Il migrazzjoni minn barra l-Ewropa tista’ tikkumpensa sa ċertu punt għat-tnaqqis naturali tal-popolazzjoni u l-forza tax-xogħol tal-Ewropa, iżda tkun teħtieġ interventi politiċi sostanzjali fillivelli reġjonali u nazzjonali.

L-idea li l-popolazzjoni żejda ser tkun kawża primarja tal-kriżi planetarja qiegħda tiġi kkontestata. Din mhijiex kwistjoni li hemm wisq minna biex jiġu sostnuti mill pjaneta, iżda li l-istili ta’ ħajja fl għadd dejjem jikber ta’ ekonomiji industrijalizzati qegħdin jitolbu aktar riżorsi milli tista’ tipproduċi l-pjaneta. L-użu tar‑riżorsi naturali huwa xprunat aktar mit-tkabbir ekonomiku milli mit-tkabbir tal-popolazzjoni f’numru dejjem jikber ta’ reġjuni.

Graff 4: Bidla fil-konsum tal-klassi tannofs

Klassi tan-nofs globali akbar fis-sena 2050 tkun tfisser kapaċità tal-infiq akbar F’dan l-istudju, il-klassi tan-nofs hija definita f’termini ta’ livelli ta’ konsum: Huwa l-grupp ta’ familji li jonfqu bejn 10 u 100 Dollaru Amerikan kuljum (f’parità tal-kapaċità tal-infiq).

Għal lista sħiħa ta’ referenzi ara: Global megatrends: ngħixu f’dinja urbana: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends

Graff 4: Bidla fil-konsum tal-klassi tannofs

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100