Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Nibnu l-futur li nixtiequ / Signals 2011 / Earth 2050 global megatrend / Il-bidliet fix-xejriet tal-mard

Il-bidliet fix-xejriet tal-mard

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Sep 19, 2011 03:47 PM
Il-possibbiltà tal-espożizzjoni għal mard ġdid, emerġenti u emerġenti mill-ġdid, għal inċidenti u għal pandemiji ġodda, tikber mażżieda fil-mobilità tan-nies u l-oġġetti, it-tibdil fil-klima u l-faqar.

Is-saħħa hija fundamentali għall-iżvilupp talbniedem u aħna qegħdin dejjem aktar inqisu l-ambjent bħala fattur prinċipali li jiddetermina s-saħħa tal-bniedem. Globalment, is-saħħa tjiebet matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, bl istess pass mat-titjib fl-istennija tal-għomor. Madankollu, il-piż tal-mard huwa mqassam b’mod irregolari fost il-popolazzjoni, li jvarja, pereżempju, bejn is-sessi u l-istatus soċjali u ekonomiku.

Matul il-50 sena li ġejjin, il-megatrends globali tas-saħħa ser jibqa’ jkollhom rilevanza diretta u indiretta għat-tfassil tal-politika Ewropea, partikolarment billi jinkoraġġixxu l-investiment fit‑tħejjija għall-mard u l-pandemiji emerġenti.

Għaliex ix-xejriet tas-saħħa globali huma importanti għalik?

L-impatti tas-saħħa fuq l-Ewropa jistgħu jkunu diretti. Ir-riskji ta’ espożizzjoni għal mard ġdid, emerġenti u emerġenti mill-ġdid, għal inċidenti u għal pandemiji ġodda jiżdiedu bil-globalizzazzjoni (pereżempju, permezz tal-ivvjaġġar u l-kummerċ), id-dinamika tal‑popolazzjoni (bħall-immigrazzjoni u x-xjuħija) u l-faqar.

Iż-żieda tar-reżistenza għall-antibijotiċi u mediċini oħrajn, u n-negliġenza fit-trattament ta’ ħafna mard tropikali jagħtu wkoll lok għal tħassib fil-pajjiżi żviluppati u f’dawk li qegħdin jiżviluppaw.

It-teknoloġija tista’ taqdi rwol importanti biex tappoġġja t-titjib fis-saħħa. Hija tista’ wkoll tiffaċilita l-monitoraġġ spazjali tax-xejriet tas‑saħħa, billi tippermetti l-identifikazzjoni u l-analiżi tax-xejriet ġeografiċi tal-mard li qabel kienu ġew injorati.

Graff 2: Is-saħħa, il-malarja sal-2050

Il-Plasmodium falciparum hija parassita li tikkawża l-malarja fil-bnedmin. Hija tiġi trasmessa minn nemusa. It-tibdil fil-klima u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-art ifissru li n-nemusa tista’ tinxtered lejn żoni ġodda u ġġorr il-malarja magħha. Madankollu, hija tista’ wkoll tmut u tisfaxxa fix-xejn f’żoni eżistenti. Iż-żoni ta’ fejn dehret u ta’ fejn għabet din in nemusa huma kważi indaqs u għandhom kważi l-istess numru ta’ abitanti (madwar 400 miljun f’kull waħda).

Graff 2: Is-saħħa, il-malarja sal-2050
Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 56113 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100