Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2011 / Artikoli / Xhud: it-tifel Chance

Xhud: it-tifel Chance

Biddel il-lingwa
Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.

 Image © Mark Craemer

‘Jien jisimni Chance u għandi 16-il sena. Jien għamilt tliet snin naħdem fil-minjiera ta’ Bisie. Kont smajt li ġiet skoperta minjiera qrib ta’ fejn kont noqgħod. Ridt naħdem sabiex naqla’ biżżejjed flus biex nibni d-dar tiegħi. ‘Tant trid ħin biex titkaxkar ’l isfel u terġa’ ’l fuq li xi drabi kont nibqa’ hemm isfel għal ġimgħa qabel nerġa’ nitla’. Kull xahar imutu n-nies hawnhekk, meta tikkollassa xi waħda minn dawn it-toqbiet.’

Chance, 16

Ħames snin ilu dan il-post kien ġungla. Illum, xejn inqas minn 20 000 ruħ huma impjegati fil ġarr u t tħaffir għall-minjieri hawnhekk. Dawn jiġu mill-bogħod ħafna b’ħolma li jagħmlu l-flus. Iżda l-ispejjeż għall-għajxien tant huma għoljin minħabba t-taxxi informali mitluba minn gruppi armati li ħafna min-nies ma jaffordjawx li jerġgħu joħorġu. Hemm mijiet ta’ minjieri bħal dawn madwar il-Lvant tal-Kongo kollu. Bisie weħidha hija stmata li tipproduċi minerali b’valur ta’ $70 miljun fis‑sena.

Ladarba jittellgħu fuq wiċċ l-art, il-minerali jitwasslu fi bliet bħal Ndjingala, Osakari u Mubi. Dawk li jġorruhom jimxu d-distanza ta’ 90 kilometru f’jumejn, waqt li jġorru xejn inqas minn 50 kilo kull wieħed. Kuljum ikun hemm aktar minn 600 trasportatur li joħorġu mill-foresta, b’total ta’ 30 tunnellata ta’ minerali.

Il-cassiterite minn Bisie jinxtara minn intermedjarji marbuta ma’ esportaturi u negozjanti internazzjonali li jbigħu l-minerali lil dawk li jdewbu dawn il-minerali fis-suq miftuħ. Fl-impjanti fejn jiddewbu l-minerali, il-landa tiġi rraffinata u mibjugħa jew direttament lill‑manifatturi tal-istann, jew inkella permezz ta’ skambji internazzjonali tal-metall. Fl-aħħar nett, l-istann tal-landa jinbiegħ lill-manifatturi sabiex jużawh fil-produzzjoni ta’ gadgets elettroniċi.

‘L-ewwel darba li nżilt nitkaxkar minn ġot-toqba – ma stajtx nibqa’ għal ħin twil. Ma kontx imdorri noqgħod f’dik is-sħana, għalhekk stajt nibqa’ hemm isfel għal sagħtejn biss. Madankollu, kelli ninżel hemm isfel ħafna drabi oħra, naħdem ħafna u mbagħad nerġa’ nitla’. Is-sħana kienet tkun qawwija ħafna, tant li ma stajtx nissaporti. Ħrabt mill-minjiera ta’ Bisie waqt massakru. Iżda ma wettaqtx il-ħolma tiegħi – għalhekk, issa rġajt lura f’pajjiżi biex inkompli l-istudji tiegħi.’

Il-Fond Dinji għall-Ħajja Selvaġġa (WWF) isejjaħ lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) bħala wieħed mill-aktar ċentri importanti għall-bijodiversità fid-dinja. Id-WWF jgħid li l-isfida hija li jiġu ppriservati l-foresti tal-Kongo, l-ispeċijiet tagħhom u l-karbonju maqbud fil-foresti mistagħdra, filwaqt li jittejjeb l-għajxien tal-Kongoliżi.

Din hija sfida globali. Fir-Rapport tagħhom ta‑2005 dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, in‑Nazzjonijiet Uniti jgħidu li ‘minkejja l-ħafna benefiċċji ta‑globalizzazzjoni, kważi nofs it-2.8 biljun ħaddiem tad‑dinja għadhom qegħdin jgħixu b’inqas minn $2 kuljum. Aktar minn 500 miljun minn dawn il‑ħaddiema jmantnu ruħhom b’nofs dak l-ammont.’ Huwa jkompli jgħid li ‘it-tnaqqis tal-faqar jeħtieġ aktar impjiegi u xogħol aktar produttiv.

It-test f’din it-taqsima ta’ Signals huwa parzjalment ibbażat fuq il-film dokumentarju ‘Blood in the Mobile’, bid-direzzjoni ta’ Frank Piasecki Poulsen. Congo photography copyright Mark Craemer.

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100