Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Signals - Kull nifs li nieħdu / Signals 2011 / Artikoli / L-Isfida tat-Tniġġis

L-Isfida tat-Tniġġis

Biddel il-lingwa

 Image © Associated Press

‘Il-ġonna u t-toroq kienu miksija b’madwar 15-il ċm ta’ tajn aħmar. In-nies kienu qegħdin jippruvaw ineħħuh minn djarhom u mill-affarijiet tagħhom bl-ilma u s-sapun. Oħrajn kienu sempliċiment qegħdin jippakkjaw ħwejjiġhom. F’dak il-lejl, jien ippruvajt naħsel il-bwiez tallastku tiegħi biex inneħħi t-tajn iżda ma stajtx. Dak il-kulur aħmar bl-ebda mod ma seta’ jitlaq,’ jgħid Gábor Figeczky, aġent kap tal-Fond Dinji għan-Natura fl-Ungerija.

Fl-4 ta’ Ottubru 2010 seħħ wieħed mill-agħar inċidenti ta’ tixrid tossiku fl-Ewropa ta’ dawn l-aħħar snin qrib il-belt ta’ Ajka fil-Kontea ta’ Veszprem, l-Ungerija, madwar 160 km fil-Lbiċ ta’ Budapest. Bħala konsegwenza tal-waqgħa tad-diga tat-tarf ta’ ġibjun għal impjant li jintuża għall-produzzjoni tal-aluminju, ħareġ ammont kbir ta’ tajn tal-alkalina li għerreq żona wiesgħa li kienet tinkludi tliet villaġġi. Il-konsegwenzi fit-tul tal-avveniment għadhom mhumiex magħrufa (EEA, 2010).

Dan huwa biss eżempju wieħed tal-isfidi li qegħdin niffaċċjaw f’termini tat-tniġġis mill‑attività industrijali. It-tixrid taż-żejt fil-Golf tal-Messiku, li beda f’April 2010, huwa episodju ieħor iddokumentat tajjeb ta’ tniġġis fl-istess sena. Dawn huma eżempji drammatiċi; madankollu, ħafna minna niġu f’kuntatt ma’ xi forma ta’ tniġġis fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Street flowerInsawru d-dinja u l-mekkaniżmi tagħha

L-impatti tal-bniedem fuq l-ambjent żdiedu b’mod kostanti. Qabel, l-impatti tagħna kienu primarjament jinħassu lokalment. Madankollu, fl-aħħar ftit deċennji, rajna l-impatti jinfirxu marreġjuni – bħal ngħidu aħna x-xita aċiduża. U issa, it-tibdil fil-klima, pereżempju, qiegħed ikollu impatti global.

It-terminu ‘anthropocene’, ibbażat fuq il-kelma Griega ‘anthropos’ li tfisser ‘bniedem’, beda jintuża biex jiddeskrivi l-era tagħna. Dan minħabba li l-użu tar-riżorsi mill-bniedem u t-taħlita kumplessa ta’ sustanzi li jniġġsu li rriżultat, saru forza dominanti, li ssawwar id‑Dinja u l-mekkaniżmi li jirregolawha.

Bħalna, l-ambjent tagħna huwa vulnerabbli għattniġġis. Ħafna drabi huwa jista’ jassorbi r-riżultati mhux mixtieqa tal-attivitajiet tagħna – it-tniġġis u l-iskart – u maż-żmien ibiddilhom f’sustanzi li ma jagħmlux ħsara. Tabilħaqq, din il-kapaċità li jassorbi u jittrasforma s-sustanzi li jniġġsu hija wieħed mis-servizzi essenzjali li l-ekosistemi f’saħħithom iwettqu għalina. Iżda l-ekosistemi għandhom kapaċità limitata f’dan ir-rigward. Jekk ngħabbuhom iżżejjed inkunu qegħdin nirriskjaw li nagħmlu ħsara lilhom u lill-ispeċijiet li jgħixu fihom — inklużi aħna stess.

Ħarsa aktar mill-qrib lejn tliet sustanzi li jniġġsu

Jekk nikkonċentraw fuq tliet tipi biss ta’ sustanzi li jniġġsu, inkunu nistgħu nieħdu ftit idea talimpatti serji li qed ikollna fuq il-pjaneta tagħna: il-partikuli, in-nitroġenu u l-ożonu fil-livell tal-art. Dawn jixirqilhom attenzjoni partikolari minħabba l-effetti kumplessi u potenzjalment estensivi tagħhom fuq il-funzjonament talekosistema, ir-regolazzjoni tal-klima u s-saħħa tal-bniedem. U huma spiss xprunati mill-istess forzi komuni, pereżempju, l-industrijalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u l-konsum dejjem jiżdied.

L-emissjonijiet ta’ ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja naqsu b’mod sostanzjali matul dawn l-aħħar deċennji fl-Ewropa, u l-politika tal-arja hija waħda mill-istejjer ta’ suċċess kbir talisforzi ambjentali tal-UE. B’mod partikolari, din il‑politika naqqset l-emissjonijiet tas-sulfur, li huwa l-komponent prinċipali tax-‘xita aċiduża’, b’mod drammatiku.

Madankollu, aħna qegħdin inkomplu ngħabbu lill-ambjent b’tagħbija dejjem aktar kumplessa ta’ sustanzi li jniġġsu, li l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent mhumiex mifhuma tajjeb. Huwa stmat li bejn 70 000 u 100 000 sustanza kimika jinsabu diġà fil‑kummerċ u dan in-numru qiegħed jikber b’pass mgħaġġel. Kważi 5 000 minn dawn is-sustanzi huma prodotti f’volumi kbar, b’aktar minn miljun tunnellata fis-sena.

  • Il-materja ta’ partikuli, terminu li jintuża biex jiddeskrivi varjetà ta’ partikuli żgħar ħafna minn sorsi bħad-dħaħen tal-vetturi u ħiters domestiċi, taffettwa l-pulmun. L-espożizzjoni fit-tul u fl-ogħla livell tista’ twassal għal varjetà ta’ effetti fuq is-saħħa, li jvarjaw minn irritazzjoni minuri tas-sistema respiratorja sa mewt qabel iż-żmien.
  • It-tniġġis tan-nitroġenu jaffettwa l-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art u jwassal għall‑ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu u l-ekosistemi tal-baħar. Wara l-applikazzjoni tad-demel u l-fertilizzanti fl-art agrikola, in‑nutrijenti żejda jistgħu joħorġu fl-arja jew inixxu bħala nitrat fl‑ilma ta’ taħt l-art jew jiskulaw mal-ilma tal‑wiċċ. Din it-tagħbija ta’ tniġġis tal-ilma ħelu finalment tintrema fl-ibħra kostali, fejn jista’ jkollha konsegwenzi serji.
  • Għalkemm jaġixxi bħala saff protettiv fil-għoli fuq id-dinja, l-ożonu (O3) jista’ jagħmel il‑ħsara. It-terminu ‘Ożonu fil-livell tal-art’ jirreferi għall-ożonu fl-arja qrib il-wiċċ tal‑art. Dan ma joħroġx direttament fl-arja iżda jifforma meta jitħalltu flimkien sustanzi oħrajn. L-espożizzjoni għall-ożonu fil-livell tal-art jista’ jkollha implikazzjonijiet serji fuq is-saħħa tan‑nies u tista’ tnaqqas il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’. Il-produttività u l-kompożizzjoni tal‑ispeċijiet tal-ħabitats naturali jistgħu jinbidlu, tant li jpoġġu l-bijodiversità f’riskju.

Innovazzjoni: l-eżempju tal-enerġija

‘Qisek sibt labra f’munzell ħuxlief’ huwa kif Ocean Nutrition Canada tiddeskrivi l-iskoperta li għamlet il-kumpanija ta’ mikroorganiżmu moħbi fl-alka li kapaċi jipproduċi ż-żejt tat-tip triacylglycerol — bażi għall-ġenerazzjoni tal-bijofjuwil — b’rata ta’ 60 darba aktar minn tipi oħrajn ta’ alka li kienet tintuża qabel.

Billi jikkonvertu d-dijossidu tal-karbonju u d-dawl tax-xemx f’lipidi (aċidi grassi) u żjut, ċerti tipi ta’ alka jistgħu jiġġeneraw sa 20 darba aktar fjuwil għal kull 3.6. tomniet ta’ art mill-uċuħ tar-raba’ tradizzjonali.

Dan il-proġett huwa biss eżempju wieħed tar-riċerka li qiegħda ssir dwar l-għażliet ġodda tal-karburanti madwar id-dinja. Il-mikroalka b’ċellola waħda fiha żjut simili għaż-żjut veġetali li diġà ntużaw b’suċċess bħala bijofjuwils. Dan iż-żejt tal‑alka jista’ tabilħaqq ikun l-aktar soluzzjoni li tirrispetta l-ambjent disponibbli biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju li nħallu warajna kull darba li nsuqu karozza, nixtru frott li jinġieb mill-bogħod jew nivvjaġġaw bl-ajru.

Kuntrarju għall-fjuwils fossili, li jarmu l-karbonju, il-mikroalka tikkonsma d-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-atmosfera hija u tikber. B’riżultat ta’ dan, il-fjuwil tal-alka ma jiżdiedx mal-emissjonijiet netti tal-karbonju.

Barra minn hekk, kuntrarju għal sorsi oħrajn ta’ bijofjuwil bħal qamħirrun, il‑mikroalka ma teħtieġx l-iżvijar tal-art agrikola mill-produzzjoni tal-ikel. Fil‑fatt, skont il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka tal-Kanada – fuq quddiem nett f’dan il‑qasam tar-riċerka, xenarju ideali jkun li l-mikroalka tiġi kkultivata fl-ilma muniċipali li jintrema, li huwa mimli fertilizzanti bħall-ammonja u l-fosfati. Id-dijossidu tal‑karbonju jista’ jiġi ddevjat mix-xaftijiet ta’ ventilazzjoni industrijali sabiex jiġi pprovdut is-sors tal-karbonju. Ebda sors ieħor ta’ bijofjuwil ma jista’ jitkabbar b’dan il-mod.

Ocean Nutrition Canada hija fil-fatt kumpanija li tipproduċi supplimenti tal-ikel u kienet qiegħda tfittex ingredjenti ġodda meta għamlet l-iskoperta tagħha. Din ir-realtà turi perfettament, kemm il-potenzjal kif ukoll il-kunflitti li ser niffaċċjaw fil‑ġejjieni. Għandna nużaw uċuh tar-raba’/riżorsi biex nitimgħu lilna nfusna jew biex noħolqu l-fjuwil? Nistgħu noħolqu innovazzjonijiet fit-triq tagħna ’l quddiem?

Inżommu għajnejna fuq id-Dinja

Fil-kuntest ta’ din l-isfida dejjem aktar kumplessa tat-tniġġis, l-informazzjoni hija importanti ħafna għal skopijiet xjentifiċi u ta’ tfassil tal‑politika. Madankollu, l-EEA hija impenjata wkoll li tipprovdi aċċess lill-pubbliku ġenerali għal informazzjoni ambjentali rilevanti, f’waqtha u li tista’ tinftiehem. Fi kliem sempliċi, aħna rridu ninvolvu lin-nies fid-djalogu u nagħtuhom is‑setgħa.

Għal ħafna mill-utenti, ovvjament, id-dejta mhux ipproċessata tista’ tkun xi ftit jew wisq mingħajr tifsira. L-għan huwa li din issir aċċessibbli f’formats li jkunu aċċessibbli u rilevanti. B’ħidma flimkien ma’ Microsoft, l-EEA qiegħda timplimenta dawn l-ideat. It-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jfissru li – f’post wieħed – issa nistgħu niġbru, norganizzaw u niksbu aċċess għal dejta ta’ tipi differenti minn għadd potenzjalment kbir ta’ sorsi.

Il-pjattaforma ġdida ‘Eye on Earth’ tipprovdi informazzjoni dwar l-ilma tal-għawm lokali u l-kwalità tal-arja, ibbażata fuq dejta qrib il‑ħin reali mill-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-immudellar bil-kompjuter. Hija taqleb id-dejta xjentifika pjuttost ‘xotta’ u kumplessa f’format li huwa rilevanti għal u jista’ jinftiehem minn aktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE, fl-aħħar millaħħar f’25 lingwa.

Water Watch, pereżempju, tagħti lillutenti aċċess faċli għal informazzjoni dwar il‑klassifikazzjonijiet tal-kwalità tal-ilma miksuba minn 21 000 punt ta’ monitoraġġ f’postijiet tal-għawm f’27 pajjiż Ewropew. Blużu tat‑Teknoloġija Virtwali tal-‘Earth Mapping’ tal‑Microsoft, dawk li jżuru s-sit jistgħu jiffokaw fuq żona magħżula tal-mappa tal-Ewropa online jew, alternattivament, jistgħu jittajpjaw isem ta’ bajja partikolari fil-kaxxa tat-tfittxija.

Eye on Earth tagħti wkoll lill-membri tal‑pubbliku ċ-ċans li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-kwalità tal-bajjiet, tal-ilma u tal-arja, billi jissupplimentaw u jivvalidaw (jew forsi jikkonfutaw) l-informazzjoni uffiċjali. Din il‑komunikazzjoni f’żewġ direzzjonijiet hija pass importanti lejn l-involviment ta’ xulxin u l-għoti tas-setgħa lil xulxin.

Matul is-snin li ġejjin, aħna nittamaw li nkomplu ntejbu s-servizz tagħna, b’tipi ġodda ta’ informazzjoni, li jkunu ġejjin kemm mill‑monitoraġġ xjentifiku kif ukoll minn sorsi oħrajn, inklużi perspettivi lokali jew indiġeni.

L-Ewropa qiegħda tiġġedded

L-aċċess sigur għar-riżorsi naturali huwa kruċjali għall-Ewropa. Dan huwa partikolarment minnu fil-kuntest tad‑domanda għall-enerġija globali, fejn l-iskarsezza akbar tal-fjuwils fossili tista’ tistimula bidla għal sorsi tal-enerġija li huma disponibbli lokalment.

Bidla għal sorsi tal-enerġija ġodda tista’ taffettwa l-ambjent tal-Ewropa. L-impatti potenzjali jinkludu ż-żieda fit-teħid tal-art għall-bijofjuwils, it-tfixkil tal-ekosistemi permezz ta’ kapaċità ġdida tal-idroenerġija, it-tniġġis mill-ħsejjes u viżwali mit-turbini tar-riħ, u t-tniġġis u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-esplojtazzjoni taxshale taż-żejt. L-espansjoni tal-kapaċità tal-enerġija nukleari għandha tistimula d-dibattitu pubbliku dwar il-ħażna tal-iskart u r-riskji tas-sigurtà.

Jeħtieġ li nniedu innovazzjonijiet u nsibu niċeċ tas-suq li jnaqqsu l-ħtieġa globali tagħna għall-minerali, il-metalli u l-enerġija, filwaqt li niżviluppaw teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda. Aħna diġà ninsabu fuq quddiem nett fil-qasam tal-enerġija mix‑xemx, mir-riħ u mill-baħar.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 32973 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100