Is-Sena tal-Foresta: niċċelebraw il‑foresti għan-nies
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Image © EEA/John McConnico
Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti
‘Fil-belt, inkunu mifrudin minn xulxin u l-ħajja hija perikoluża. Il-foresta hija l-post fejn twelidna u hija d-dar tagħna. Ma nistgħux inħallu dan il-post. Il-foresta tagħtina s-sigurtà li fil-belt ma teżistix,’ jgħid membru tat-tribù Soura, Orissa, fil-Lvant tal-Indja.
Il-foresti mhumiex sempliċiment siġar: huma komunitajiet
L-2011 hija s-Sena tan-Nazzjonijiet Uniti ddedikata għall-Foresti, li tiffoka fuq in-nies li jgħixu fil foresti u jiddependu minnhom madwar id-dinja. Matul is-sena sejrin nirriflettu fuq ir rwol li jwettqu l-foresti fil-ħajja tagħna. Il-foresti huma komunitajiet magħmula minn pjanti, annimali, mikroorganiżmi, ħamrija, klima u ilma. Il-foresti huma wkoll l-interrelazzjonijiet kumplessi fost l-organiżmi (inklużi aħna) u l-ambjent li jgħixu fih.
Il-foresti jkopru aktar minn 30 % tal-wiċċ tad-dinja. Huma wieħed mill-aktar ‘imħażen’ importanti tad-diversità bijoloġika fuq l-art: il-foresta tilqa’ fiha aktar minn żewġ terzi tal-ispeċi terrestri magħrufa u l-akbar sehem ta’ speċi mhedda fid-dinja.
Il-foresti jgħinuna nibqgħu ħajjin: huma jnaddfu l-arja u l-ilma tagħna. Huma jrawmu l-ħamrija tagħna u jipprovdu lil ħafna minna b’ikel, kenn u mediċina. Il-foresti jirregolaw il-klima lokali, reġjonali u globali u jaħżnu l-karbonju li altrimenti jista’ jakkumula fl-atmosfera, u konsegwentement jikkontribwixxi għat-tisħin globali.
Min-naħa l-oħra, il-foresti huma wkoll mimlija riżorsi siewja li nistgħu nużaw aħna. Illum, il-foresti jirrappreżentaw uħud mill-għażliet ewlenin li niffaċċjaw bħala speċi. Nistgħu nibbilanċjaw ix-xewqa li nisfruttaw ir-riżorsi tal-foresti u l-art ma’ rwoli kruċjali oħrajn li jwettqu fis-sistema tas sostenn tal ħajja tal-pjaneta tagħna?
Tul il-paġni li ġejjin ser tiltaqa’ ma’ persuni interessanti li għandhom konnessjonijiet qawwija mal-foresti madwar id-dinja. Mill-Kongo sal-Indja u lura lejn l-Ewropa, ser nisimgħu stejjer dwar il-foresti u n-nies li jgħixu fihom. Iċċelebra s-sena 2011 billi taħseb dwar il-foresta lokali tiegħek u xi tfisser għalik u għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn