L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
tippubblika Signals kull sena u fih tipprovdi
stejjer ritratt dwar kwistjonijiet ta’ interess
għad-dibattitu dwar il-politika ambjentali u għall
pubbliku aktar wiesa’ fis-sena li tkun ġejja. Fil-pubblikazzjoni Signals 2011 aħna nenfasizzaw eżempji ta’ innovazzjoni
biex nikkontestaw il-perċezzjoni li aħna osservaturi passivi. Tabilħaqq,
messaġġ ewlieni ta’ Signals 2011 huwa r-rwol li lkoll kemm aħna nwettqu
fit-tiswir tad-dinja tal-lum u r-rwol li nistgħu nwettqu fit-tfassil tal-ġejjieni.
Bil-governanza, l-inizjattivi ekonomiċi u l-attitudnijiet adegwati, aħna nistgħu
nfasslu ġejjieni aħjar u aktar ġust.
Document Actions
Share with others