Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Kamra tal-istampa / News releases / L-Ewropa tħoss is-sħana filwaqt li l-bidla fil-klima tinsab fl-ewwel post fil-lista ta' l-isfidi ambjentali

L-Ewropa tħoss is-sħana filwaqt li l-bidla fil-klima tinsab fl-ewwel post fil-lista ta' l-isfidi ambjentali

Biddel il-lingwa
Il-leġiżlaturi, in-negozjanti w individwi għandhom jaġixxu issa fuq firxa ta' kwistjonijiet ambjentali jew inkella jkollhom iħallsu prezz għoli aktar tard

STQARRIJA STAMPA - Brussell, 29 ta' Novembru, 2005

L-Ewropa tħoss is-sħana filwaqt li l-bidla fil-klima tinsab fl-ewwel post fil-lista ta' l-isfidi ambjentali



Il-leġiżlaturi, in-negozjanti w individwi għandhom jaġixxu issa fuq firxa ta' kwistjonijiet ambjentali jew inkella jkollhom iħallsu prezz għoli aktar tard

L-erba' snin l-aktar sħan irreġistrati kienu l-1998, l-2002, l-2003 u l-2004. Għaxra fil-mija tal-glaċieri Alpini sparixxew matul is-sajf ta' l-2003 biss. Bir-rata preżenti, tliet kwarti tal-glaċieri ta' l-Isvizzera se jkunu dabu sa l-2050. L-Ewropa ilha ma tara tibdil klimatiku ta' din l-iskala għal 5 000 sena, jgħid rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent (EEA), ibbażata f'Kopenħagen.

'L-ambjent Ewropew - Stat u dehra ġenerali fl-2005', stima ta' ħames snin fuq 31 pajjiż, tipprovdi dehra ġenerali ta' l-ambjent Ewropew u tindika l-isfidi li l-bidla fil-klima hija biss waħda minnhom. Oqsma oħra ta' tħassib jinkludu l-biodiversità, l-ekosistemi marini, ir-riżorsi ta' l-art u ta' l-ilma, it-tniġġis ta' l-arja u tas-saħħa. Għall-ewwel darba, ir-rapport għandu analiżi pajjiż, pajjiż b'indikaturi tar-rendiment u tqabbil għall-parteċipanti kollha: l-UE 25 flimkien mal-Bulgarija, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, ir-Rumanija, it-Turkija kif ukoll l-Isvizzera.

Ir-rapport igħid li t-temperatura medja ta' l-Ewropa telgħet b'0.95 grad Celsius matul is-seklu 20. Dan huwa 35 % ogħla miż-żieda medja globali ta' 0.7 gradi u t-temperaturi sejrin jibqgħu jogħlew. L-UE irrikonoxxiet dan u stabbiliet mira li tillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 2 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali.

'Mingħajr azzjoni effettiva fuq bosta sekli, it-tisħin globali sejjer jara folji tas-silġ idubu fit-tramuntana u t-tifrix ta' deżerti min-nofsinhar. Anki jekk nillimitaw it-tisħin globali għall-miri ta' l-UE ta' żieda ta' 2 gradi, sejrin inkunu qegħdin ngħixu f'kundizzjonijiet atmosferiċi li l-persuni umani qatt ma esperjenzaw. Hemm bżonn ta' aktar tnaqqis fl-emissjonijiet', tgħid Jacqueline McGlade, direttur eżekuttiv ta' l-EEA.

Leġiżlazzjoni antika dwar l-ambjent ta' l-UE, ħadmet, igħid ir-rapport. Naddafna l-ilma u l-arja tagħna, waqqafna bil-mod il-mod xi sostanzi li jagħmlu ħsara għall-ożonu u rduppjajna r-rati ta' riċiklaġġ ta' l-iskart. Għandna wkoll karozzi li jniġġsu inqas; mingħajr l-iżviluppi drammatiċi magħmulin mill-converters katalitiċi matul dawn l-aħħar għoxrin sena, ċerti emissjonijiet setgħu ikunu għaxar darbiet il-livell li jinsabu fihom bħalissa. Madankollu, kien hemm bżonn ta' għoxrin sena sabiex dawn l-azzjonijiet juru riżultati, igħid ir-rapport.

Dawn l-istejjer ambjentali ta' suċċess issa qegħdin jiġu megħlubin bit-tibdil fil-modi ta' konsum personali. L-Ewropej qegħdin igħixu aktar, u aktar minna jgħixu weħidhom. Dan ipoġġi aktar pressjoni fuq l-ispazju fejn ngħixu. Bejn l-1990 u l-2000, aktar minn 800 000 ettaru, ta' l-art Ewropea sfat mibnija. Dan ifisser erja li hija tliet darbiet id-daqs tal-Lussemburgu. Jekk din it-tendenza tkompli, iż-żona urbana tagħna sejra tirdoppja fi ftit iktar minn seklu. Il-ġestjoni tat-tifrix urban hija essenzjali jekk irridu nipproteġu r-riżorsi naturali tagħna, jgħid ir-rapport.

Qegħdin nivvjaġġaw aktar 'l bogħod u aktar ta' spiss u qegħdin nikkunsmaw ir-riżorsi naturali tal-pjaneta b'darbtejn ir-rata medja tad-dinja. It-trasport huwa l-kontributur ta' l-emissjonijiet tal-gass serra li qiegħed jiżdied l-aktar malajr u sejjer jibqa' hekk għall-futur qarib. Eżempju, il-vjaġġi bl-ajru huma mistennija jirduppjaw bejn issa u l-2030. B'konsegwenza ta' hekk, ser inħallu traċċa ċara barra l-Ewropa, it-tnaqqis tar-riżorsi naturali u ħsara għall-ambjent dinji.

L-istħarriġ ta' l-Eurobarometru juru li aktar minn 70 fil-mija ta' l-Ewropej iridu li l-leġiżlaturi jagħtu importanza ugwali għal-linji politiċi ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Sabiex dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati, ir-rapport jenfasizza li l-leġiżlaturi għandhom jaħdmu id f'id fuq livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Għandhom jintegraw kunsiderazzjonijiet ambjentali fuq setturi bħalma huma t-trasport, l-agrikoltura u l-enerġija u għandhom jistabbilixxu qafas li fih, individwi u negozji jistgħu jieħdu azzjoni.

'Il-leġiżlaturi għandhom iħarsu 'l bogħod. Neħtieġu li bil-mod nitbegħdu mit-taxxi fuq xogħol u ninvestu fuq taxxi fuq it-tniġġis u l-użu mhux effiċjenti ta' materjali u art. Neħtieġu wkoll riformi fil-mod kif jiġu applikati sussidji għat-trasport, djar, enerġija u agrikoltura. Neħtieġu sussidji li jinkoraġġixxu prattiċi sostennibbli u teknoloġiji effiċjenti', tgħid il-Professoressa McGlade.

'Bl-inċentivi meħtieġa implimentati, riformi bħal dawn sejrin iwasslu għal aktar investiment, innovazzjoni u kompetittività. Diġà rajna dan fil-prattika f'ċerti pajjiżi u setturi. Tassazzjoni qawwija fuq il-petrol fl-Ewropa u standards regolatorji għoljin wasslu għal karozzi li huma darbtejn aktar effiċjenti fil-fjuwil milli karozzi fit-toroq Amerikani, f'dawn l-aħħar deċenni. Rajna xi ssarraf nuqqas ta' azzjoni f'termini ta' ħajjet in-nies u l-ambjent tagħna b'eżempji bħal tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-ħut, l-użu ta' l-asbestos fil-bini, xita aċiduża u ċomb fil-petrol. Azzjoni issa ssarraf sabiex jiġi żgurat il-futur', tgħid il-Professoressa McGlade.

Noti lill-editur:

Dwar l-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent (EEA): L-EEA hija bbażata f'Kopenħagen. L-aġenzija timmira li tgħin fl-ilħuq ta' titjib sinifikanti u li jista' jiġi mkejjel fl-ambjent Ewropew permezz ta' l-għoti ta' informazzjoni fil-ħin, fil-mira, relevanti u affidabbli għal-leġislaturi u għall-pubbliku.

Bħala parti mill-mandat tagħha, l-EEA tipprovdi reviżjoni komprensiva ta' l-istat ta' l-Ambjent Ewropew kull ħames snin. 'L-ambjent Ewropew - Stat u dehra ġenerali fl-2005' jinkludi:

  • Stima integrata ta' l-ambjent Ewropew b'kapitoli dwar:
    • L-Ambjent u l-Kwalità tal-Ħajja
    • L-Art
    • Il-Bidla fil-Klima
    • Il-Kwalità ta' l-Arja u Saħħa
    • Ir-Riżorsi ta' l-Ilma Ħelu
    • Il-Marina u l-Kosti
    • Il-Ħamrija
    • Il-Biodiversità u Ekosistemi
    • L-Ambjent u Setturi Ekonomiċi
    • Inħarsu 'l quddiem
  • Sett prinċipali ta' indikaturi, li huma numru żgħir ta' indikaturi li huma stabbli u li jistgħu jintużaw sabiex ikejlu l-effikaċja ta' l-istarteġija politika, bħall-progress lejn il-miri ta' Kjoto. Eżempju ta' indikatur prinċipali huwa l-emissjonijiet ta' gass serra. L-indikaturi jipprovdu informazzjoni fil-ħin u relevanti fuq tendenzi u movimenti li jseħħu fi ħdan l-ambjent.
  • Analiżi pajjiż, pajjiż ibbażata fuq disgħa mill-indikaturi ewlenin. L-analiżi tipprovdi tqabbil tar-rendiment f''karta li fiha jiġu rrekordjati l-punti tal-pajjiż (scorecard)', sostnut b'informazzjoni fornuta mill-pajjiżi nfushom.

    L-analiżi tal-pajjiż tħejjiet bi sħubija bejn il-pajjiżi u l-EEA sabiex jiġu fornuti perspettivi addizzjonali fuq livell ta' pajjiż fuq l-analiżi ta' scorecard. L-għażla ta' indikaturi inklużi fl-iscorecard hija r-responsabbiltà ta' l-EEA u mhux bilfors tirrifletti l-prijoritajiet tal-pajjiżi. Sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-kwistjonijiet fuq livell ta' pajjiż, xi ċifri inklużi hawnhekk huma minn sorsi nazzjonali u għalhekk jistgħu ma jkunux kompatibbli għal kollox mad-dejta miġbura mill-Eurostat, il-EEA u korpi oħra internazzjonali. L-EEA tassumi r-responsabbiltà għar-riżultat aħħari.
  • Sib kif sejjer il-pajjiż tiegħek billi tħares lejn Parti Ċ tar-rapport.
  • Pajjiżi koperti bir-rapport: L-UE 25 (L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) u l-Bulgarija, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, ir-Rumanija u t-Turkija.


Links


Tista' tagħmel aċċess għar-rapport minn hawnhekk:
http://reports.eea.europa.eu/state_of_environment_report_2005_1/

Sommarju eżekuttiv:
http://reports.eea.europa.eu/state_of_environment_report_2005_1/en/soer_files/MT-summary.pdf

Malta:
http://reports.eea.europa.eu/state_of_environment_report_2005_1/en/soer_files/MT-countryprofile.pdf

Karta tal-punti:
http://reports.eea.europa.eu/state_of_environment_report_2005_1/en/soer_files/MT-scorecard.pdf


Informazzjoni ta' Kuntatt

Għal mistoqsijiet relatati mal-midja kkuntattja lil:

Brendan Killeen
Uffiċjal għall-Istampa
Komunikazzjonijiet u Affarijiet tal-Korporattiva
telefon: +45 33 36 72 69
ċellulari: +45 23 68 36 71

Teresa Ruch Olsen
Uffiċjal għall-Istampa
Komunikazzjonijiet u Affarijiet tal-Korporattiva
telefon: +45 33 36 71 59
ċellulari: +45 23 68 36 69

Marion Hannerup
Kap tal-Komunikazzjonijiet u Affarijiet tal-Korporattiva
telefon: +45 33 36 71 60
ċellulari: +45 51 33 22 43

For public enquiries:

EEA Information Centre

Enquiry form (English)


Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33046 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100