Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Kamra tal-istampa / News releases / L-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawn tibqa' għolja madwar l-UE

L-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawn tibqa' għolja madwar l-UE

Biddel il-lingwa
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.

L-ilma nadif għall-għawm huwa importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u din l-informazzjoni ser tippermettilhom li jesiġu li jkollhom l-ogħla kwalità tal-ilma fil-lagi, fix-xmajjar u fil-bajjiet. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija essenzjali biex l-ilma għall-għawm fl-Ewropa jkollu minitoraġġ kontinwu, speċjalment peress li qed jidhru aktar l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Ċipru l-iktar li għamlet progress, b'100 % tas-siti għall-għawm tagħha jilħqu l-valuri ta’ gwida stretti, segwita mill-Kroazja (97.3 %), Malta (95.4 %), il-Greċja (94.2 %) u l-Irlanda (90.1 %). Ir-riżultati joħorġu mir-Rapport Annwali dwar l-Ilma għall-Għawm tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea, li jqabblu l-kwalità tal-ilma f'aktar minn 21 000 sit għall-għawm kostali jew interjuri fl-UE-27. Il-Kummissjoni adottat ukoll sinjali u simboli ġodda li ser jintużaw biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u dwar ir-restrizzjonijiet għall-għawm (ara l-ħolqa hawn taħt).

Il-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik qal: "Nosserva bi pjaċir li l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa għadha għolja, għalkemm għad hemm lok għal titjib. L-Ilma nadif huwa riżors imprezzabbli, u ma għandniex inqisuh bħalli kieku ħaġa fatta. Ninkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw li t-tnaqqis żgħir li esperjenzajna s-sena l-oħra ntuh xejra 'l fuq."

Il-Professoressa Jacqueline McGlade, id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid: “L-ilma nadif għall-għawm huwa importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u din l-informazzjoni ser tippermettilhom li jesiġu li jkollhom l-ogħla kwalità tal-ilma fil-lagi, fix-xmajjar u fil-bajjiet. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija essenzjali biex l-ilma għall-għawm fl-Ewropa jkollu minitoraġġ kontinwu, speċjalment peress li qed jidhru aktar l-effetti tat-tibdil fil-klima.”

Ir-rapport qed jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Istati Membri matul l-istaġun għall-għawm tal-2010, sabiex l-għawwiema jistgħu jsibu żoni fejn il-kwalità tal-ilma hija mistennija li tkun tajba matul l-2011. Ir-rapport juri x-xejriet tal-kwalità tal-ilma għall-għawm mill-1990.

L-analiżi qed tiġbor flimkien id-dejta minn aktar minn 21,000 sit bl-ilma għall-għawm innominat madwar l-Ewropa, li madwar 70% minnhom huma siti kostali u l-kumplament huma ilmijiet għall-għawm interjuri. Is-siti huma kklassifikati bħala dawk konformi mal-valuri obbligatorji, dawk konformi mal-valuri ta’ gwida aktar stretti, jew dawk li mhumiex konformi.

Kwalità għolja ta’ ilma għall-għawm minkejja riżultati varji fl-2010

Fl-2010, 92.1% tal-ilmijiet għall-għawm kostali u 90.2% tal-ilmijiet għall-għawm interjuri laħqu l-istandards minimi ta’ kwalità. 1.2% biss tal-ilmijiet għall-għawm kostali u 2.8% biss tas-siti interjuri ma kienux konformi. Il-kumplament mhumiex ikklassifikati minħabba nuqqas ta’ dejta.

B’mod ġenerali, bejn l-2009 u l-2010 naqset il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm kostali – l-għadd tal-ilmijiet għall-għawm li laħqu l-valuri obbligatorju niżel bi 3.5%, filwaqt li l-għadd ta' dawk li laħqu l-valuri ta’ gwida niżel b’9.5%.

Il-kwalità tal-ilma interjuri naqset ukoll. L-għadd ta’ xmajjar u lagi li laħqu l-valuri ta’ gwida naqas b’10.2%, għalkemm il-konformità mal-valuri obbligatorji kważi baqa’ l-istess. Ix-xmajjar kienu partikolarment problematiċi, b’25% biss tal-ilmijiet tax-xmajjar għall-għawm laħqu l-valuri ta’ gwida.

Sfond

L-ilma għall-għawm fl-Ewropa għandu jkun konformi mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (2006/7/KE) adottata fl-2006, li taġġorna u tissimplifika l-leġiżlazzjoni preċedenti. Id-Direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sa Marzu 2008, għalkemm l-Istati Membri għandhom sa’ Diċembru 2014 biex jimplimentawha. Matul l-istaġun għall-għawm tal-2010, 20 Stat Membru mmonitorjaw u rrapportaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Iċ-ċittadini Ewropej jistgħu jiksbu tagħrif dwar il-kwalità tal-ilma tal-post favorit tagħhom għall-għawm billi jiċċekkjaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE). Is-sit jippermetti li l-utenti jniżżlu dejta u jiċċekkjaw mapep interattivi, mil-livell Ewropew sal-livell individwali ta’ stazzjon ta’ monitoraġġ. Il-pubbliku jista’ jirrapporta l-istat tal-ilma tal-lokal tiegħu billi jagħmel użu mill-websajt Eye on Earth.

Għal aktar dettalji ara:

Ir-Rapport dwar l-Ilma għall-Għawm tal-2010, li jinkludi d-dejta u l-preżentazzjoni tal-mapep

Is-Sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-siti tal-Ilma għall-Għawm

Niżżel is-simboli l-ġodda:  http://ec.europa.eu/environment/water/water-bathing/signs.htm

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33144 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100