Personal tools

li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Kamra tal-istampa / News releases / L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara

L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara

Biddel il-lingwa
Press Release Ippubblikat 24 Sep 2012 Mibdul l-aħħar 06 Feb 2013, 12:04 PM
Kważi terz tal-abitanti urbani tal-Ewropa huma esposti għal konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ materja partikulata (particulate matter (PM)) fl-arja. Il-materja partikulata hija fost l-aktar sustanzi niġġiesa importanti f’termini ta’ ħsara għas-saħħa, għaliex tippenetra fil-partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja. Matul l-aħħar deċennji, l-UE għamlet progress fit-tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu l-arja li jikkawżaw aċidifikazzjoni, iżda rapport ġdid ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li ħafna partijiet mill-Ewropa għandhom problemi persistenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ PM u ożonu troposferiku fl-arja ta' barra.

 Image © glamismac

F’ħafna pajjiżi, il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja xorta għadhom ogħla mil-limiti legali u rakkomandati li ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Fil-fatt, it-tniġġis tal-arja, fl-aktar bliet u reġjuni mniġġsa jnaqqas l-għomor tal-bniedem b’madwar sentejn.

Jacqueline McGLade, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA

Il-Kummissarju għall-Ambjent, Janez Potočnik, qal: “Dan ir-rapport iservi biex ifakkarna kemm il-kwalità tal-arja hija importanti għas-saħħa taċ-ċittadini tagħna. Din hija r-raġuni għaliex nixtieq li l-2013 tkun is-Sena ddedikata għall-Kwalità tal-Arja u għaliex se niffoka fuq it-tisħiħ tal-liġijiet tal-kwalità tal-arja tagħna biex inkunu nistgħu naffrotaw il-problemi li ġew identifikati llum."

Il-Professur Jacqueline McGLade, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qalet: “Il-politika tal-Unjoni Ewropea naqqset l-emissjonijiet ta’ ħafna sustanzi niġġiesa matul l-aħħar deċennju, iżda nistgħu nagħmlu aktar minn hekk. F’ħafna pajjiżi, il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja xorta għadhom ogħla mil-limiti legali u rakkomandati li ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Fil-fatt, it-tniġġis tal-arja, fl-aktar bliet u reġjuni mniġġsa jnaqqas l-għomor tal-bniedem b’madwar sentejn.”

Ir-rapport tal-2012 tal-EEA dwar ‘Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa’ jeżamina l-esponiment taċ-ċittadini għal sustanzi li jniġġsu l-arja u joffri stampa tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa. Ir-rapport huwa maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ politiki għal arja nadifa aktar effettivi.

Sejbiet ewlenin

  • Il-materja partikulata (PM) tirrappreżenta l-aktar riskju serju għas-saħħa tal-bniedem mit-tniġġis tal-arja fl-UE, u li tista’ twassal għal mortalità prematura. Ir-rapport jikkalkula li fl-2010, 21 % tal-popolazzjoni urbana, kienet esposta għal livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ PM10 ogħla mill-aktar valur ta’ limitu strett, ta’ kuljum, tal-UE, stabbilit biex iħares is-saħħa. Sa 30 % mill-popolazzjoni urbana kienet esposta għal livelli ta’ konċentrazzjoni tal-PM aktar fina, il-PM2.5, ogħla mill-valuri ta' limitu annwali (u anqas stretti) tal-UE. Skont il-livelli ta’ referenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li saħansitra huma aktar stretti minn dawk imposti mil-liġi tal-UE, sa 81 % u 95 % rispettivament tal-abitanti urbani kienu esposti għal konċentrazzjonijiet ta’ PM ogħla mill-valuri ta’ referenza stabbiliti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem; prova tal-urġenza għar-reviżjoni li jmiss tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja.
  • L-ożonu (O3) jista' jikkawża problemi għas-sistema respiratorja u jwassal għal mortalità prematura.  L-esponiment fil-bliet huwa għoli ħafna – fl-2010, 97 % tal-abitanti urbani tal-UE kienu esposti għal konċentrazzjonijiet tal-O3 ogħla mil-livell ta’ referenza tal-WHO. 17 % kienu esposti għal konċentrazzjonijiet ogħla mill-valur fil-mira tal-UE għall-O3. Fl-2009, 22 % tar-raba’ fl-Ewropa kienu esposti għal konċentrazzjonijiet qerrieda ta’ O3, li wasslu għal telf agrikolu.
  • Id-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) huwa kawża ewlenija tal-ewtrofikazzjoni (tkabbir eċċessiv ta' pjanti u alka fl-ilma) u aċidifikazzjoni, u jikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni ta' PM u O3. FL-2010, 7 % tal-abitanti urbani Ewropej kienu esposti għal livelli ta’ NO2 ogħla mill-valuri ta’ limitu tal-UE. L-emissjonijiet nazzjonali tal-ossidi tan-nitroġenu f'ħafna pajjiżi Ewropej xorta jaqbżu l-livelli massimi tal-emissjonijiet stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u mill-ftehimiet li saru min-Nazzjonijiet Uniti.
  • Il-benżo(a)piren (Bap) huwa karċinoġenu. Perċentwal konsiderevoli mill-popolazzjoni urbana tal-UE (20-29 % bejn l-2008 u l-2010) kien espost għal konċentrazzjonijiet ogħla mill-valur fil-mira tal-UE, li għandu jintlaħaq sal-2013. Għalhekk, iż-żieda fl-emissjonijiet tal-BaP fl-Ewropa fl-aħħar snin hija kwistjoni ta’ tħassib.
  • Id-diossidu tal-kubrit (SO2) jirrappreżenta suċċess kbir: l-emissjonijiet tnaqqsu b’mod sinifikanti fl-aħħar snin grazzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE li timponi l-użu ta' teknoloġija li telimina l-emissjonijiet u tnaqqas il-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils. L-2010 kienet l-ewwel sena li fiha l-popolazzjoni urbana tal-UE ma kinitx esposta għal konċentrazzjonijiet ta’ SO2 ogħla mill-valur ta’ limitu tal-UE.
  • Il-konċentrazzjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, il-benżen u l-metalli tqal (l-arseniku, il-kadmju, in-nikil, iċ-ċomb) fl-arja ta’ barra fl-UE huma normalment baxxi, lokalizzati u sporadiċi, bi ftit eċċess fil-limitu u l-valuri fil-mira stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-passi li jmiss

Fl-aħħar snin, l-EEA ippubblikat informazzjoni annwali dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u dwar il-qbiż tal-livelli massimi tal-emissjonijiet skont Id-Direttiva dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi (NEC). Aktar tard din is-sena, l-EEA beħsiebha tippubblika analiżi retrospettiva dwar jekk intlaħqux il-miri tad-Direttiva NEC rigward is-saħħa u l-ambjent għall-2010.

Il-Kummissjoni Ewropea, b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, qed tħejji reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja b’enfasi partikolari fuq il-politiki dwar it-tniġġis tal-arja fl-2013.

Sfond

Kwalità ħażina tal-arja tista' tikkawża mard tal-qalb, problemi respiratorji, kanċer tal-pulmun, diffikultajiet fit-teħid tan-nifs u mard ieħor. Ċerti sustanzi niġġiesa, minbarra li għandhom impatt fuq il-klima, jistgħu jwasslu għal ewtrofikazzjoni, tnaqqis fir-rendiment tal-għelejjel, tnaqqis fit-tkabbir ta’ foresti. Fl-aħħar snin, l-emissjonijiet ta’ diversi sustanzi niġġiesa naqsu, u f’ċerti żoni, dan wassal għal titjib fil-kwalità tal-arja . Madanakollu, dan it-tnaqqis mhux dejjem irriżulta fi tnaqqis korrispondenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-atmosfera. Il-problemi persistenti fil-kwalità tal-arja jeħtieġu sforzi ulterjuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ diversi sustanzi niġġiesa.

Għal aktar tagħrif

 

 

Geographic coverage

EEA32, Cyprus, Estonia, Poland, Denmark, Luxembourg, Ireland, Netherlands, Belgium, Latvia, Malta, Germany, Czech Republic, Hungary, Bulgaria, Sweden, Greece, Portugal, Spain, Italy, Austria, Finland, Romania, United Kingdom, France, Lithuania, Slovenia, Slovakia, Switzerland, Iceland, Liechtenstein, Norway, Turkey
Dokument ta’ Azzjonijiet
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100